Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #30320 Sitting 475 2017-01-30 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunal EPRT — deċiżjonijiet

Question

Jista' l-Prim Minsitru jgħid kemm-il deċiżjonijiet tat-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT) qegħdin jiġu kkontestati fil-Qorti ta’ Malta u ta’ Għawdex?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jgħid għal liema perjodu qed jirreferi.

Transport Malta – uffiċjali – kriterji għaċ-ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ xi kriterji jintużaw minn Transport Malta għaċ-ċitazzjonijiet li jingħataw mill-uffiċjali ta’ Transport Malta stess lill-vetturi privati?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat illi l-kriterji li jintużaw mill-uffiċjali ta’ infurzar ta’ Transport Malta fil-ħruġ ta’ ċitazzjonijiet lill-vetturi huma dawk li dejjem intużaw u li joħorġu mis-setgħat mogħtija lilhom fil-Liġi.
Leg 12 PQ #29447 Sitting 467 2017-01-10 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar – refurbishing tal-uffiċini

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hi l-ispiża għar-refurbishing tal-uffiċini fid-daħla tal-Awtorità tal-Ippjanar, kif intgħażel il-kuntrattur u min hu l-kuntrattur?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li l-kuntrattur, iprojects Ltd, intgħazel permezz ta’ sejħa għall-offerti pubblika (open call for tenders). Il-valur tal-kuntratt huwa ta’ €406,858.40 VAT ezkluza. Hemm ukoll l-element tar-restawr tal-faccata tal-blokka. Il-kuntrattur, Vaults Co Ltd, intgħazel permezz ta’ sejħa ghall-offerti pubblika (open call for tenders). Il-valur tal-kuntratt huwa ta’ €46,663.30 VAT ezklua.

Is-Siġġiewi – Sqaq fi Triq il-Brandin – wiċċ tat-triq

Question

B'referenza għall-mistoqija parlamentari 29003, jista' l-Ministru jindika min hu l-Ministru responsabbli sabiex jingħata għall-ewwel darba wiċċ l-isqaq li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn spezzjoni li għamlet Transport Malta jidher li din it-triq kienet ingħatat xi forma ta’ wiċċ u għaldaqstant il-manutenzjoni tagħha taqa’ taħt il-Kunsill Lokali sakemm it-triq hi kkunsidrata pubblika.

Is-Siġġiewi — rotta 62

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-frekwenza tar-rotta 62 mis-Siġġiewi għall-Belt fil-ħinijiet ta' filgħodu tnaqsitx minn kull għoxrin minuta għal kull nofs siegħa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn spezzjoni li għamlet Transport Malta jidher li din it-triq kienet ingħatat xi forma ta’ wiċċ u għaldaqstant il-manutenzjoni tagħha taqa’ taħt il-Kunsill Lokali sakemm it-triq hi kkunsidrata pubblika.
Leg 12 PQ #29345 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ilma tal-pjan – residwi ta’ pestiċidi – riżultati ta’ testijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati tat-testijiet tal-ilma tal-pjan li juru l-livell ta' residwi ta' pestiċidi li ttieħdu f'dawn l-aħħar tliet xhur?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma li matul l-2016 saru analiżi fuq 39 stazzjon ta’ monitoraġġ tal-ilma tal-pjan f’Malta u Għawdex għal 34 pestiċidi. Fl-ebda każ ma nstabu livelli ta’ pestiċidi li jeċċedu l-livell ta’ 0. 1µg/l (parts per billion) indikat fid-Direttiva tal-Komunita’ Ewropea għall-protezzjoni tal-Ilma tal-Pjan (Dir 2016/118/EC).
Leg 12 PQ #29350 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar — overtime ta' persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29115 u 29261 u ċjoè: jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-overtime f'termini ta' sigħat u ħlas separatment tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bħala impjegata tal-Awtorità tal-Ippjanar minn Lulju 2016 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija maqsuma għal kull xahar ? Jista’ jgħid min approva dan l-overtime?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-overtime f'termini ta' sigħat u ħlas separatment tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bħala impjegata tal-Awtorità tal-Ippjanar minn Lulju 2016 sas-27 ta’ Novembru 2016. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li din l-impjegata fl-2011 meta l-overtime kien mizmum għall-impjegati kollha, thalliet taghmel 471 siegħa overtime f’sena u 555.75 siegħa overtime fl-2012.
Leg 12 PQ #29351 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Użu ta' fond

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29230 u ċjoè: jikkunsidra t-talba pendenti quddiem id-Dipartiment tal-Artijiet għall-fond li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kien ittieħed b'possession and use u li qed jiġi okkupat b'mod illegali hekk kif żvelat permezz ta’ mistoqsija parlamentari 25414 fis-seduta 389 fis-16 ta' Mejju 2016, sabiex jingħata lura lis-sidien oriġinali ġaladarba d-Dipartiment tal-Artijiet m'għandux aktar bżonnu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tal-Artijiet qiegħed jikkonsulta mad-Dipartiment li oriġinarjamnet għamel it-talba għall-akkwist ta’ din il-proprjetà biex jara jekk din il-proprjeta’ tistax tiġi rilaxxata lura lis-sidien oriġinali.

Birkirkara – Triq Bontadini – xogħol fuq il-wiċċ tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq Bontadini f’Birkirkara tingħata wiċċ ġdid hekk kif partijiet minnha jinsabu fi stat diżastruż?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali. Transport Malta hija nfurmata wkoll li l-Kunsill Lokali qiegħed fil-proċess li jorganizza xogħol estensiv fuq din it-triq liema proċess għadu fil-bidu u ser jirrikjedi fondi u konsultazzjoni estensivi.

Birkirkara – Triq Bontadini – xogħol fuq il-wiċċ tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq Bontadini f’Birkirkara tingħata wiċċ ġdid hekk kif partijiet minnha jinsabu fi stat diżastruż?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara li huwa mhux f’pożizzjoni li jibni mill-ġdid din it-triq mill-fondi tiegħu. Madankollu l-Kunsill qiegħed f’taħdidiet ma’ Transport Malta u Water Services Corporation sabiex tinstab soluzzjoni ħalli din it-triq tinbena minn fondi ċentrali. Irrid inżid, għal kull bwon fini, li l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara kellu żieda ta’ €96,808.38 fl-allokazzjoni tiegħu għas-sena kurrenti.
Leg 12 PQ #29446 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar – surface car park

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hi l-ispiża għas-surface car park li qed issir fid-daħla tal-uffiċini tal-Awtorità tal-Ippjanar, kif intgħażel il-kuntrattur u min hu l-kuntrattur?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nfurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li l-kuntrattur, V&C Contractors Ltd, intgħazel permezz ta’ sejħa għall-offerti pubblika (open call for tenders). Il-valur tal-kuntratt huwa ta’ €145,250.15, VAT ezklu¿a.
Leg 12 PQ #29230 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Użu ta’ Fond

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkunsidra t-talba pendenti quddiem id-Dipartiment tal-Artijiet għall-fond li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kien ittieħed b'possession and use u li qed jiġi okkupat b'mod illegali hekk kif żvelat permezz ta’ mistoqsija parlamentari 25414 fis-seduta 389 fis-16 ta' Mejju 2016, sabiex jingħata lura lis-sidien oriġinali ġaladarba d-Dipartiment tal-Artijiet m'għandux aktar bżonnu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #29261 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar — overtime ta' persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29115 u ċjoè: jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-overtime f'termini ta' sigħat u ħlas separatment tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bħala impjegata tal-Awtorità tal-Ippjanar minn Lulju 2016 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija maqsuma għal kull xahar ? Jista’ jgħid min approva dan l-overtime?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #29221 Sitting 462 2016-12-14 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għas-Saħħa

Testijiet tal-ilma tal-pjan — residwi ta' pestiċidi

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati tat-testijiet li ttieħdu f'dawn l-aħħar tliet xhur tal-ilma tal-pjan li juru l-livell ta' residwi ta' pestiċidi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #29114 Sitting 461 2016-12-12 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar – promozzjoni ta’ persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-sejħa skont il-collective agreement tal-Awtorità tal-Ippjanar, li biha l-persuna lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ingħatat promotion għal Skala 8?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li gejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ma ngħatat l-ebda promotion għal skala 8.
Leg 12 PQ #29115 Sitting 461 2016-12-12 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar – overtime ta’ persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-overtime f'termini ta' sigħat u ħlas separatment tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bħala impjegata tal-Awtorità tal-Ippjanar minn Lulju 2016 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija maqsuma għal kull xahar ? Jista’ jgħid min approva dan l-overtime?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #29120 Sitting 461 2016-12-12 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għas-Saħħa

Siġġiewi – għoti tal-mediċini ‘Warfarin’ mill-Berġa tas-Saħħa

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 29024, jista' l-Ministru jara li t-test tad-demm li jikkonċerna l-Warfarin jibda jingħata fil-Berġa tas-Siġġiewi biex jiġi evitat l-iskariġġ għall-pazjenti, speċjalment dawk anzjani?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-testijiet tal-INR għal-pazjenti li jieħdu l-warfarina jsiru fit-8 ċentri tas-Saħħa ġewwa Malta kif ukoll fl-isptar Ġenerali t’Għawdex. Din is-sistema l-gdida u iktar efficjenti fejn il-pazjent b’semplici tingiza ikun jaf dak il-hin ir-rizultat u jinghata d-doza addata ghalih , bdiet minn din il-legizlatura ezattament minn April tal-2014.

Testijiet tal-ilma tal-pjan

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati tat-testijiet tal-ilma tal-pjan li juru l-livell ta' residwi ta' pestiċidi li ttieħdu mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f'dawn l-aħħar tliet xhur?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #29024 Sitting 459 2016-12-06 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għas-Saħħa

Siġġiewi – għoti tal-mediċini ‘Warfarin’ mill-Berġa tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jara li l-mediċina Warfarin tibda tingħata fil-Berġa tas-Saħħa tas-Siġġiewi sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent għall-anzjani b'mobilità limitata u li bħalissa jkollhom imorru f'lokalità oħra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal kull mediċina oħra, il-warfarina tista' tkun dispensata biss minn spiżeriji liċenzjati u allura mhux mill-Bereġ tas-Saħħa.

Trasport Pubbliku – ħaddiema — break

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għalfejn ix-xufiera tat-Trasport Pubbliku qegħdin jingħataw break ta' kwarta biss f'ġurnata xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-iskedi tax-xogħol għax-xufiera mfassla mill-kumpanija Malta Public Transport Services huma skont kif inhu stipulat fil-Ftehim Kollettiv tagħhom kif ukoll bi qbil mal-istess ħaddiema. Dan jinkludi il-ħinijiet tas-sewqan, il-breaks kif ukoll il-ħinijiet ta’ mistrieħ.