Jista’ l-Ministru jgħid jekk instabux karozzi fit-toroq Maltin li jaħdmu bl-LPG mingħajr ma sar xogħol fuqhom minn Installers awtorizzati? X’passi ttieħdu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat illi meta vettura tiġi konvertita biex taħdem bl-LPG minn persuna awtorizzata mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS), din il-modifika tiġi nnotata fuq iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-vettura maħruġ minn Transport Malta. Ninsab ukoll infurmat illi mill-ispezzjonijiet li twettqu fuq vetturi fit-toroq Maltin mill-uffiċjali ta’ infurzar ta’ Transport Malta, ma nstabu ebda vetturi li ġew konvertiti biex jaħdmu bl-LPG u li ma kellhomx din il-modifika innotata fuq iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tagħhom.
Malta Enterprise – skemi għall-impjieg ta’ ħaddiema ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx skemi miftuħa mill-Malta Enterprise biex jgħinu fl-impjieg ta' ħaddiema ġodda? Liema huma dawn l-iskemi u kemm tingħata għajnuna fuq il-paga u l-bolla tal-istess ħaddiema ġodda?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm applikazzjonijiet daħlu minn ħaddiema tas-Servizz Pubbliku biex jiġu seconded għal ma’ Organizzazzjoni Volontarja mill-2013 sal-lum? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew milqugħa u kemm ġew irrifjutati skont il-Ministeri fejn saru l-applikazzjonijiet?
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-bridge fil-bypass tal-Imrieħel, u jekk hemmx data meta dan se jibda u meta se jitlesta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-pont pedonali tul il-Bypass tal-Imrieħel beda u għandu jitlesta sal-aħħar tat-tieni kwart ta’ din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol fuq il-proġett ta' ħdejn iċ-Ċimiterju tal-Addolorata? Kemm se jiswa u meta se jitlesta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-26 ta’ Jannar tal-2017 ġie ppublikat ir-riżultat tal-Pre Qualification Questionnaire tal-Competitive Dialogue fuq iċ-ċimiterju tal-Addolorata u bħalissa qed jinkiteb l-ITPD (Invitation to Participate in Dialogue).
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti fuq l-SMS Alert ta' Transport Malta fejn wieħed jinforma lill-Awtorità dwar karozzi li qed idaħħnu, matul l-2014, l-2015 u l-2016? Jista' jgħid kemm-il karozza ttellgħet għat-test kaġun ta' dawn l-SMSs mill-pubbliku? Jista' jgħid kemm-il karozza ġiet iċċertifikata li ma laħqitx il-livelli stabbiliti wara li saru dawn it-testijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċedura tas-sistema tal-emission alert hija li vettura trid tkun irċeviet aktar minn tlett rapporti permezz ta’ SMS minn numri tal-mobajl differenti fi żmien tlett xhur sabiex tkun eleġibbli għall-ispezzjoni. Jitneħħew ukoll dawk ir-rapporti mil-lista ta’ SMSes li ma jkollhomx id-dettalji tajbin jew kompleti. Wara dan il-proċess sid il-vettura jiġi mitlub sabiex itella l-vettura għal spezzjoni permezz ta’ notifika illi jirċievi bil-posta.
Meta vettura tittella’ għal spezzjoni u ma tkunx laħqet il-livell stabbilit ta’ emissjonijiet, sid il-vettura jingħata appuntament ieħor. F’dan l-istadju is-sid tal-karozza tinħariġlu multa. Dan il-proċess jibqa’ għaddej sa ma l-vettura tgħaddi mill-ispezzjoni. F’każ li vettura ma tittellax għal spezzjoni, is-sid tal-vettura jingħata appuntament ieħor fejn ikun mitlub li jtella’ il-vettura tiegħu. Iżda wara żewg appuntamenti fejn sid il-vettura ma jkunx tella’ l-vettura għal spezzjoni hekk kif rikjest, issir restrizzjoni fuq il-liċenzja tal-vettura sabiex din ma tkunx tista’ tiġi mġedda. Ir-restrizzjoni fuq il-liċenzja titneħħa biss wara li sid il-karozza jtella’ l-vettura għall-ispezzjoni u din tgħaddi.
Minħabba l-proċedura kif spjegat hawn fuq, in-numru ta’ vetturi li kienu eleġibbli għal spezzjoni m’ huwiex ekwivalenti għan-numru ta’
smses
li tkun irċeviet l-Awtorita’.
Għaldaqstant, l-informazzjoni mitluba hija hekk kif ġej:
Sena
Numru ta’ SMS’s
Vetturi msejha ghat-test
Vetturi li m’ghaddewx
2014
11,329
258
34
2015
13,235
227
37
2016
16,340
368
60
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji jintbagħtu uffiċjali ta’ Transport Malta fl-irħula Maltin u Għawdxin biex jagħtu ċ-ċitazzjonijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li uffiċjali ta’ Transport Malta għandhom l-awtorizzazzjoni li jagħtu ċitazzjonijiet skont il-parametri tal-leġislazzjoni u regolamenti stabbiliti.
Jista’ l-Ministru jagħti n-numru taċ-ċitazzjonijiet li nħarrġu minn Uffiċjali ta’ Transport Malta, minn Jannar 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija, maqsuma skont il-lokalità fejn ingħataw?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ftehim bejn Uffiċjali ta’ Transport Malta u l-LESA — ċitazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistix xi tip ta’ ftehim bejn l-Uffiċjali ta’ Transport Malta u l-Local Enforcement System Agency (LESA) dwar ċitazzjonijiet li jingħataw lill-vetturi privati f’Malta u Għawdex?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew allokati housing soċjali fis-Sitt Distrett, skont il-lokalità, sa mill-2013, maqsuma skont il-lokalità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, mill-1 ta’ Jannar 2013 sallum, l-Awtorità tad-Djar allokat 3 postijiet ġewwa Ħal Luqa, 22 post f’Ħal Qormi u 10 postijiet fis-Siġġiewi.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm applikazzjonijiet daħlu, skont il-lokalità, għall-Agri-Turiżmu, u kemm minn dawn ġew milqugħa u kemm ġew irrifjutati?
Ħal Qormi – culvert fil-kantuniera bejn Triq il-Ħammieri u Triq ix-Xitwa
Question
Jista' l-Ministru jara li jiġi stallat culvert fil-kantuniera bejn Triq il-Ħammieri u Triq ix-Xitwa Ħal Qormi minħabba l-ammont konsiderevoli ta’ ilmijiet li jinġabru f'każ ta' maltemp?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment se jistudja din it-talba biex jara kif tista’ tkun solvuta din il-problema.
Ħal Qormi – culvert fil-kantuniera bejn Triq il-Ħammieri u Triq ix-Xitwa
Question
Jista' l-Ministru jara li jiġi stallat culvert fil-kantuniera bejn Triq il-Ħammieri u Triq ix-Xitwa Ħal Qormi minħabba l-ammont konsiderevoli ta’ ilmijiet li jinġabru f'każ ta' maltemp?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li fi Triq il-Hammieri kif ukoll f’side streets oħrajn, saru numru ta’ culverts kemm mill-kunsill kif ukoll mill-Gvern Ċentrali bħala parti mill-proġett ta’ kontra l-għargħar minn fondi Ewropej mill-Ministeru għall-Infrastruttura u t-Trasport. Il-postijiet fejn saru dawn il-culverts ġew iddentifikati wara studji tekniċi mill-periti tal-istess Ministeru fejn il-Kunsill iħoss li l-problema tal-għargħar fi Triq il-Ħammieri ġiet indirizzata permezz tax-xogħol li sar f’dan il-proġett msemmi hawn fuq.
Rakkomandazzjonijiet minn rifjut għall-ħruġ tal-permess
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm inqalbu rakkomandazzjonijiet minn rifjut għal ħruġ tal-permess mill-Kummissjoni tal-Ippjanar għas-sena 2016, f'liema lokalitajiet f’Malta u Għawdex u jekk hux fl-skema tal-Bini jew ODZ?
Jista’ l-Prim Ministru jgħidilna kemm inqalbu deċiżjonijiet mit-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT) jiġifieri minn rifjut għal ħruġ tal-permess u f'liema lokalitajiet f’Malta u Għawdex?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jgħid għal liema perjodu qed jirreferi.