B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23825, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-ħlas tas-somom tal-assigurazzjoni li ġew imwegħda lill-ex-ħaddiema tax-xatt?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif imħabbar fil-Baġit għas-sena 2017, il-Gvern alloka s-somma ta’ €8 miljun għat-twaqqif ta’ fond li minnu għandhom isiru l-ewwel ħlasijiet lil ex-ħaddiema tax-Xatt fost gruppi ta’ ħaddiema oħra. Il-Bord li twaqqaf biex jamministra dan il-fond qiegħed jitlaqqa’ u diġa’ għamel għadd ta’ konsultazzjonijiet meħtieġa. Dan sabiex eventwalment ifassal mekkaniżmu u proċeduri ġusti dwar kif għandhom jiġu ttrattati dawn il-każijiet u kif għandhom isiru l-ħlasijiet b’mod trasparenti u kontabbli hekk kif ikun ippjanat.
Transport Malta – Tariffa tal-Enforcement Officers
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li -l-Enforcement Officers ta’ Transport Malta li jintużaw biex jagħlqu t-toroq mill-kuntratturi u minn individwi, kellhom żieda fit-tariffa minn €14 għal €24 (VAT eskluża) mill-1 ta' Jannar 2017?
Response (MIZZI, JOE)
Nikkonferma li Transport Malta rrevediet it-tariffa tal-Enforcement Officers tagħha. Dan minħabba numru ikbar ta’ xogħlijiet u talbiet għas-servizzi ta’ nfurzar, li kien jirrikjedi li Transport Malta żżid n-numru ta’ uffiċjali għal dan l-iskop, u dan ovjament kien ifisser żieda f’iktar spejjeż għall-Awtorita’.
Ta’ min wieħed iżid li l-kuntratturi mhux obbligati li jużaw is-servizzi tal-uffiċjali ta' Transport Malta iżda jistgħu jużaw dawk tal-Gwardjani Lokali jew tal-Pulizija li r-rati tagħhom ivarjaw.
MCAST – Higher Diploma in Environment and Water Technology
Question
Jista’ l-Ministru jassigura li l-kors ta’ Higher Diploma in Environment & Water Technology li jinsab fil-prospectus tal-MCAST, isir matul is-sena skolastika li jmiss peress li f'dawn l-aħħar tliet snin qatt ma sar, minkejja li kien qed jiġi reklamat u minkejja li kien hemm studenti interessati fih?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-kors Higher Diploma in Enviroment and Water Technology huwa programm bi ħlas fuq bażi part-time li jirrikjedi numru minimu ta’ għaxar (10) applikanti eliġibbli biex jiftaħ. Sfortunatament, sal-lum dan in-numru minimu qatt ma ġie milħuq meta dan il-programm ġie offrut. Ladarba n-numru jintlaħaq, il-programm ikun jista’ jiġi offrut lill-applikanti eliġibbli. Kors ieħor fl-istess qasam li jista’ jiġi kkunsidrat mill-applikanti huwa dak ta’ B.Sc. in Environmental Engineering li jiftaħ kull sena fuq bażi full-time.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30397 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u ċioè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn vetturi li daħlu għall-iskema tal-Konverżjoni għal-LPG sa minn meta din bdiet topera?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 30398.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30392 u jgħid kemm applikazzjonijiet daħlu minn ħaddiema tas-Servizz Pubbliku biex jiġu seconded għal ma’ Organizzazzjoni Volontarja mill-2013 sal-lum? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew milqugħa u kemm ġew irrifjutati skont il-Ministeri fejn saru l-applikazzjonijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Annessa tinsab l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant li tikkonċerna impjegati li huma parti mid-dekasteru tiegħi.
Tabella
2013
2014
2015
2016
Applikazzjonijiet approvati:
1
1
3
3
Applikazzjonijiet mhux approvati:
0
1
0
0
TOTAL
1
2
3
3
Fid-dawl tal-fatt li d-distrett li fih jinkludi s-Siġġiewi, fih l-inqas numru ta' pulizija, jista' l-Ministru jikkunsidra li j¿id il-pulizija fid-distrett, sabiex l-għassa tas-Siġġiewi tkun miftuħa iktar ta’ spiss?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi ninsab infurmat illi n-numru ta’ Pulizija fid-distretti, huwa bbażat skont l-esġenzi tas-servizz ta’ kull distrett partikolari. Tajjeb li wieħed isemmi, li l-Pulizija f’kull għassa, jkunu meħtieġa li barra li jkunu fl-għasses, jaqdu doveri oħra fil-lokalita` li jkunu jaħdmu fiha u dan jinkludi wkoll ronda fl-istess lokalita`. Madankollu mhux eskluż illi jiġi kkunsidrat li jkun hemm żieda fin-numru ta’ Pulizija, anke` fid-distrett illi jinkludi s-Siġġiewi, wara t-tmiem tar-reklutaġġ illi jmiss.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-uffiċini tal-Jobsplus ma jaċċettawx dokumenti tal-identità bħall-Passaport u l-Liċenzja tas-Sewqan sabiex jinġabru dokumenti uffiċjali, minkejja li dawn huma maħruġa minn awtoritajiet pubbliċi u huma rikonoxxuti internazzjonalment?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li bħala prassi kull persuna li trid tirċievi xi servizz tal-Jobsplus, trid turi ċertifikat ta’ identifikazjoni li jindika wkoll ir-residenza f’pajjiżna. Fil-każ ta’ individwi Maltin, dawn iridu juru l-karta tal-identità, filwaqt li fil-każ ta’ individwi barranin, iridu jippreżentaw il-karta ta’ residenza maħruġa minn Identity Malta, jew fin-nuqqas tagħha l-passaport maħruġ minn pajjiżhom, flimkien ma’ dokument li juri r-residenza attwali tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jiżdiedu l-pajjiżi li fihom jopera l-programm Consul on the Move matul l-2017 u l-2018?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s'issa l-programm 'Consul on the Move' għadu fi stadju ta' proġett pilota, u r-riżultati tiegħu għadhom qegħdin jiġu evalwati.
Għalkemm f'dan l-istadju wieħed jista' jgħid li r-riżultati huma pożittivi, deċiżjoni dwar jekk il-programm hux ser ikun estiż għal pajjiżi oħra għad trid tittieħed wara li jintemmu ż-żjarat skedati għal din is-sena.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm irġiel fis-Servizz Pubbliku li applikaw biex jaħdmu mid-dar u minn liema Ministeru? Kemm minnhom ġew aċċettati u kemm oħrajn li ġew rifjutati u fuq liema bażi ġew rifjutati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill l-Onor. Interpellant biex jispeċifka għal liema perjodu qed jirreferi.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nisa fis-Servizz Pubbliku li applikaw biex jaħdmu mid-dar u minn liema Ministeru? Kemm minnhom ġew aċċettati u oħrajn li ġew rifjutati u fuq liema bażi ġew rifjutati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill l-Onor. Interpellant biex jispeċifka għal liema perjodu qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hawnx għalliema li jgħallmu l-braille lill-persuni li jkunu neqsin kemm mid-dawl kif ukoll mis-smiegħ? Jista’ jgħid minn fejn jingħata dan is-servizz?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25549 dwar is-somma mwegħda mill-Gvern lil dawk li kienu msieħba fil-korpi, jista’ l-Ministru jgħid fejn waslet l-evalwazzjoni ta' miżuri li kellha ssir?
Rakkomandazzjonijiet minn rifjut għall-ħruġ tal-permess
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30318 u jgħid kemm inqalbu rakkomandazzjonijiet minn rifjut għal ħruġ tal-permess mill-Kummissjoni tal-Ippjanar għas-sena 2016, f'liema lokalitajiet f’Malta u Għawdex u jekk hux fl-skema tal-Bini jew ODZ?
Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ – skemi għall-impjieg ta’ ħaddiema ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx skemi miftuħa mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ biex jgħinu fl-impjieg ta' ħaddiema ġodda? Liema huma dawn l-iskemi u kemm tingħata għajnuna fuq il-paga u l-bolla tal-istess ħaddiema ġodda?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. interpellant li bħalissa l-Jobsplus għandha l-Access to Employment li toffri sussidju tal-paga lil dawk l-individwi li jħaddmu persuni skont il-kriterji stabbiliti tal-proġett. Dawk li jimpjegaw jirċievu sussidju ta’ €85 għal perjodu ta’ 26, 52 jew 104 ġimgħat skont il-kriterji mfassla. Dawk li jimpjegaw persuni b’diżabilità jirċievu sussidju ta’ €125 fil-ġimgħa għal massimu ta’ 156 ġimgħa. Għal aktar tagħrif inħeġġeġ lill-Onor. interpellant jidħol fuq is-sit elettroniku tal-korporazzjoni fejn hemm id-dettalji kollha tal-iskema: https://jobsplus.gov.mt/schemes-jobseekers/a2e-scheme
Konvenżjoni għall-Maltin – pubblikazzjoni ta’ ktieb
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex ippubblikat il-ktieb dwar il-Konvenzjoni għall-Maltin li Jgħixu Barra li saret fl-2015, kemm saru kopji ta’ dan il-ktieb u kemm ġie jiswa?
Response (VELLA, GEORGE)
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin stampa 110 kopji u 320 CD dwar ir-IV Konvenzjoni għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta li saret fl-2015.
Il-Kotba ġew jiswew €6,131.33 u s-CDs ġew jiswew €1,235.50
Jista’ l-Ministru jgħid kemm swew l-antiporti tal-ħġieġ li saru fid-daħla prinċipali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin f’Palazzo Parisio, u l-antiporta tal-ħġieġ li saret fid-daħla tas-segretarjat fl-ewwel sular biswit l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-antiporta tal-ħġieġ li saret fid-daħla prinċipali tal-Ministeru ġiet tiswa €16,295.80 (VAT inkluża) filwaqt illi l-antiporta tal-ħġieġ li saret fil-daħla tas-segretarjat fl-ewwel sular biswit l-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti swiet €11,375.20 (VAT inkluża).
Dawn l-antiporti saru biex l-impjegati jkollhom ilqugħ mill-kesħa u sħana wara li għal snin twal ħadd ma ħa ħsieb li jkollhom kundizzjonijiet diċenti.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – direttorati ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm twaqqfu direttorati ġodda fil-Ministeru fl-2016 u xi rwol għandhom?
Response (VELLA, GEORGE)
Fl-2016, l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ħoloq żewġ direttorati ġodda minn dak li kien qabel id-Direttorat għall-Protokol u Servizzi Konsolari. Għaldaqstant issa hemm id-Direttorat għall-Protokol u d-Direttorat għas-Servizzi Konsolari. Din il-qasma fid-Direttorat saret fid-dawl taż-żieda fil-volum tax-xogħol u responsabbiltajiet li issa għandhom Direttur speċifiku responsabbli għalihom.
Id-Direttorat għall-Protokol ghandu rwol prominenti kif ukoll huwa l-ewwel punt ta’kuntatt fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, mal-kommunita diplomatika. Dan id-direttorat huwa responsabbli biex jikkoordina l-loġistika ta’ żjarat Statali u anki dawk Uffiċjali; u jieħu ħsieb il-ħatra ta’ Ambaxxaturi jew Kummissarji Għolja ġodda u li jkunu akkreditati għal Malta,kif ukoll il-membri rispettivi tal-Korp Diplomatiku f’Malta. Bl-istess mod, id-direttorat jieħu ħsieb l-akkreditazzjoni tal-Ambaxxaturi jew Kummissarji Għolja Maltin għal barra minn Malta u hu wkoll responsabbli mill-akkreditazzjoni ta’ Konsli Onorarji li jkunu jirrappreżentaw lil Malta f’pajjiżi barranin u dawk li jirrappreżentaw lil pajjiżhom f’Malta. Id-Direttorat għall- Protokoll hu responsabbli ukoll għall- permessi diplomatiċi għall-bastimenti, ajruplani, żjajjar militari kif ukoll l-użu tal- uniformi militari.
Id-Direttorat għas-Servizzi Konsolari huwa l-ewwel punt ta’ riferiment għall-pubbliku fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. Fil-fatt dan id-Direttorat huwa essenzjalment responsabbli għall-assistenza konsolari in ġenerali, per eżempju assistenza lil ċittadini Maltin li jkunu jinsabu f’sitwazzjoni ta’ periklu barra minn Malta, kif ukoll, avviżi dwar vjaġġar lejn pajjiżi li fihom jista’ ikun hemm xi tip ta’ periklu minħabba sitwazzjoni politika instabbli jew xi sitwazzjonijiet oħrajn fejn’ il-ħajja ta’ ċittadini Maltin tista’ tkun f’periklu. . Id-Direttorat jassisti wkoll koppji Maltin li jsibu diffikultà fil-proċess biex jaddottaw tfal barranin; japprova u jawtorizza dokumenti pubbliċi u dokumenti kummerċjali (Legalizzazzjoni); jieħu ħsieb jikkoordina Boroż ta’ Studju; u jservi bħala mezz ta’ komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-pajjiżi konċernati.
L-għan aħħari tat-twaqqif ta’ żewġ Direttorati kien biex ikun assigurat li kull direttorat jiffoka fuq l-oqsma speċifiċi tiegħu u b’hekk jagħti servizz aħjar lill-pubbliku u l-komunità diplomatika rispettivament.
Consul on the Move – Ċittadini Maltin — passaporti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarrġu passaporti lill-Ċittadini Maltin permezz tal-programm Consul on The Move li daħal fis-seħħ f’Mejju tas-sena l-oħra?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li permezz tal-programm Consul on the Move minn Mejju 2016 sat-30 ta' Jannar 2017 inħarġu dawn il-passaporti:
L-Awstralja
96
New Zealand
12
Il-Kanada
19
Ir-Renju Unit
8
L-Istati Uniti tal-Amerika
23
Total
158
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn vetturi li daħlu għall-iskema tal-Konverżjoni għal-LPG sa minn meta din bdiet topera?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li sa’ l-aħħar ta’ Diċembru 2016, l-ammont ta’ vetturi li daħlu għall-iskema tal-Konverżjoni għal-LPG huma s-segwenti:
Sena
Ammont
2013
61
2014
306
2015
250
2016
249
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk instabux karozzi fit-toroq Maltin li jaħdmu bl-LPG mingħajr ma kien sar xogħol fuqhom minn Installers awtorizzati? X’passi ttieħdu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.