Legislature:
Category:
Reset
Active:

Junction tal-Marsa – rilokazzjoni tal-fabbriki li ser jitwaqqgħu

Question

Jista' l-Ministru jgħid sa meta għandhom jiġu rilokati l-fabbriki li ser jitwaqqgħu minħabba l-Junction tal-Marsa?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Junction tal-Marsa – rilokazzjoni tal-fabbriki li ser jitwaqqgħu

Question

Jista' l-Ministru jgħid sa meta għandhom jiġu rilokati l-fabbriki li ser jitwaqqgħu minħabba l-Junction tal-Marsa?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-negozjati dwar ir-rilokazzjoni tal-fabbriki li se jitwaqqgħu minħabba l-Junction tal-Marsa waslu fi stat avvanzat.
Leg 12 PQ #31712 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Organizzazzjonijiet volontarji – ħaddiema taċ-ċivil li ġew seconded

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30750, jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-organizzazzjonijiet volontarji li magħhom ġew seconded il-ħaddiema taċ-ċivil?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-organizzazzjonijiet volontarji huma KOPIN (Koperazzjoni Internazzjonali), M3P (Malta Media Memory Preservation), Nature Trust (Malta) u The Gaia Foundation.

Jobsplus – dokumenti tal-identità

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30782, dwar l-użu tal-liċenzja tas-sewqan bħala forma ta' identifikazzjoni sabiex jinġabru dokumenti minn Jobsplus, u peress li l-Ministru qal li l-indirizz tar-residenza jkun meħtieġ, jista' l-Ministru jemenda l-prassi sabiex il-liċenzja tas-sewqan tkun rikonoxxuta bħala dokument ta' identifikazzjoni ġaladarba din fiha r-residenza mniżżla fuqha?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-prassi adottata mill-Jobsplus hija li individwi li jingħataw servizz mill-korporazzjoni jridu juru ċertifikat ta’ identifikazjoni li jindika wkoll ir-residenza f’pajjiżna. Il-liċenzja tas-sewqan hija minnha nnifisha liċenzja u mhijiex ikkunsidrata bħala ċertifikat uffiċċjali ta’ identifikazzjoni. Għaldaqstant il-liċenzja tas-sewqan m’hijiex se tiġi kkunsidrata bħala dokument validu ta’ identifikazzjoni.

Junction tal-Marsa – fabbriki li se jitwaqqgħu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati biex il-fabbriki li se jitwaqqgħu minħabba l-junction tal-Marsa, jiġu rilokati? Jista' jgħid f'liema lokalità se jiġu rilokati?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Junction tal-Marsa – fabbriki li se jitwaqqgħu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati biex il-fabbriki li se jitwaqqgħu minħabba l-junction tal-Marsa, jiġu rilokati? Jista' jgħid f'liema lokalità se jiġu rilokati?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li n-negozjati msemmija diġa waslu fi stat avvanzat. Dettalji dwar dan jistgħu jingħataw aktar tard.

Għalliema tal-Braille

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hawnx għalliema li jgħallmu l-braille lill-persuni li jkunu neqsin kemm mid-dawl kif ukoll mis-smiegħ? Jista' jgħid fejn dawn il-persuni jistgħu jmorru biex jingħataw dan is-servizz?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm tliet għalliema fi ħdan id-Dipartiment Servizzi għall-Istudent li jgħallmu l-braille lil studenti li huma neqsin mid-dawl. L-għalliema ta’ dan is-servizz jagħtu s-sapport tagħhom lil tfal u studenti jew fid-djar jekk ikunu pre-school age jew inkella fl-iskejjel meta dawn l-istudenti jkunu fit-tagħlim obbligatorju.
Leg 12 PQ #31327 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Artijiet – Kap Uffiċjali Eżekuttiv

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra minn min kien kompost l-interviewing board fl-għażla tal-Kap Uffiċjal Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Interviewing board kien magħżul hekk: Għall - ewwel sessjoni kienu: Ms Nancy Caruana bħala Chair Mr Edmond Tabone Mr Lino Debono Minħabba li s- Sur Lino Debono ma setgħax ikompli minħabba problemi ta’ saħħa, għat-tieni u t-tielet sessjoni kien sostitut minn Mr Laurence Flask.

Żona ġdida għal gaġeġ tat-tonn fil-Grigal ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jagħti assigurazzjoni li l-istudji neċessarji li qegħdin isiru sabiex tiġi identifikata ż-żona l-ġdida tal-gaġeġ tan-tonn fil-grigal ta' Malta se jkunu lesti fil-ħin sabiex l-operaturi tal-gaġeġ tat-tonn jkunu rrilokaw sa qabel is-sajf?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern huwa kommess li jwettaq dak li wiegħed is-sena l-oħra sabiex il-gaġeġ tal-fish farms milquta, inkluz dawk fil-grigal ta’ Malta, ikunu kollha rilokati f’siti iktar ‘il barra u dan fiż-żmien imwiegħed u wkoll b’rispett sħiħ tar-regoli kollha applikabbli.
Leg 12 PQ #31271 Sitting 485 2017-02-20 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar – deċiżjonijiet li ġew mibdula

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30903 u jgħid kemm inqalbu deċiżjonijiet mit-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT), jiġifieri minn rifjut għall-ħruġ tal-permess, skont kull lokalità, minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 31271, in-numru ta’ appelli kontra r-rifjut tal-permess tal-izvilupp deċizi mit-Tribunal ta’ Revizjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar sabiex joħrog il-permess tal-izvilupp minn April 2013 kif jidhru hawn taht. F’kull lokalita’ kien hemm dan l-ammont ta’ deċizjonijiet hekk kif gej: Attard 8 Balzan 2 Birkirkara 4 B'Bugia 10 Dingli 9 Fgura 2 Floriana 3 Fontana - Ghawdex 1 Ghajsielem - Ghawdex 2 Gharb - Ghawdex 3 Gharghur 3 Ghasri - Ghawdex 1 Gzira 7 Hamrun 3 Iklin 4 Kalkara 1 Kercem - Ghawdex 2 Lija 6 Luqa 4 Marsa 3 M'Scala 5 M'Xlokk 3 Mdina 2 Mellieha 18 Mgarr 10 Mosta 19 Mqabba 3 Msida 4 Mtarfa 4 Nadur - Ghawdex 3 Naxxar 12 Paola 3 Pembroke 2 Qala - Ghawdex 6 Qormi 13 Qrendi 2 Rabat 13 Safi 1 San Gwann 7 San Lawrenz - Ghawdex 8 Sannat - Ghawdex 1 Senglea 2 Siggiewi 11 Sliema 19 San Giljan 13 St. Paul's Bay 25 St. Venera 3 Swieqi 10 Ta'Xbiex 3 Tarxien 1 Valletta 15 Victoria - Ghawdex 2 Vittoriosa 2 Xaghra - Ghawdex 7 Xewkija - Ghawdex 3 Xghajra 1 Zabbar 10 Zebbug 14 Zebbug-Ghawdex 4 Zejtun 4 Zurrieq 3
Leg 12 PQ #30902 Sitting 483 2017-02-15 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Agri-Turiżmu — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30391 u jgħid kemm applikazzjonijiet daħlu, skont il-lokalità, għall-agri-turiżmu, u kemm minn dawn ġew milqugħa u kemm ġew rifjutati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif mitlub huwa hawn anness: Status L.C. Granted Pending Dingli 1 Għajnsielem 1 Għaxaq 1 Kerċem 1 San Pawl il-Baħar 1
Leg 12 PQ #30903 Sitting 483 2017-02-15 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar – deċiżjonijiet li ġew mibdula

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inqalbu deċiżjonijiet mit-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT), jiġifieri minn rifjut għall-ħruġ tal-permess, skont kull lokalità, minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #30904 Sitting 483 2017-02-15 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar – deċiżjonijiet li qed jiġu kkontestati fil-Qorti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il deċiżjoni tat-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT) mogħtija minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija, qegħdin jiġu kkontestati fil-Qorti ta' Malta u Għawdex?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30904, id-deċizjonijiet tat-Tribunal ta' Revizjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jistgħu jigu kontestati quddiem il-Qorti tal-Appell (sede nferjuri), fejn skont ir-Reġistru tal-Qorti tal-Appell hemm ħames (5) appelli pendenti sad-data tat-13 ta' Frar 2017. Informazzjoni migjuba mill-website dwar is-servizzi tal-Qorti ta' Malta: http://www.justiceservices.gov.mt

MCAST – kors tas-CPC – applikazzjoni posposta – każ ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jara għalfejn il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, u li applikat għall-kors l-MCAST tas-CPC għat-tag tas-sewqan ta' trakkijiet u trasport pubbliku, qed tiġi posposta ripetutament, l-ewwel f'Novembru imbagħad f'Jannar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-kors ma ġiex postpost. Billi kien hemm numru kbir ta’ applikazzjonijiet inqasmu fi gruppi tant li bħalissa għaddej it-taħriġ lil grupp numru 26. Kull grupp jieħu 30 student. Il-persuna msemmija hija mniżżla mal-grupp li jmiss jibda f’Marzu. Is-sistema li min applika l-ewwel jiġi mgħajjat għall-kors l-ewwel qed tiġi applikata (first come, first served).
Leg 12 PQ #30990 Sitting 483 2017-02-15 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għas-Saħħa

Ħal Qormi — Polyclinic - generator

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-polyclinic ta' Ħal Qormi mhuwiex mgħammar b'generator sabiex jipprovdi provvista ta' dawl f'istanzi meta dan jinqata', kif ġara fis-7 ta' Frar fejn kien hemm pazjenti li spiċċaw tilfu l-appuntament tagħhom minħabba d-dewmien? Jista' jara li l-polyclinic ikun mgħammar b'generator?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-amministrazzjoni preċidenti kien hemm biss ċentru tas-saħħa wieħed li kellu nstallat generator adekwat. Din l-amministrazzjoni bdiet tinstalla generators f’diversi ċentri tas-saħħa. Filfatt f’Novembru tal-2015 ġie installat generator adekwat fic-ċentru tas-saħħa tal-Furjana u f’Awwissu tal-2016 ġew installati iktar generators, dak taċ-ċentru tas-saħħa ta’ Raħal Ġdid kif ukoll tar-Rabat. Fix-xhur li ġejjin ser jiġu nstallati generators fi polikliniċi oħra.

Jobsplus – Head Office — operator

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex telefonati li jsiru lill-operator fuq in-numru tal-Jobsplus Head Office jiġu interrotti flok jgħaddu għand l-operator?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat minn Jobplus li ma jirriżultax li kien hemm interruzjoni ta’ telefonati. Madankollu, mhux eskluż li jista’ jkun hemm konġestjoni ta’ telefonati f’istanti fejn ikun hemm numru kbir ta’ telefonati fl-istess waqt.

Malta Enterprise – Skema Micro Invest

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Malta Enterprise qed titlob aktar dokumenti mis-snin ta’ qabel biex wieħed japplika għall-iskema Micro Invest, liema dokumenti huma maħruġa mill-istess Gvern jew awtoritajiet tiegħu, minkejja il-wegħda tal-Gvern li jnaqqas il-burokrazija?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta' dokumentazzjoni mitluba ma’ l-applikazzjoni tal-Micro Invest għas-sena 2017 huwa filfatt anqas mill-2014 min mindu l-iskema reġat ġiet imnedija. Għalkemm inġenerali l-ammont ta' dokumentazzjoni mitluba tiddependi minn emendi li jsiru f'din l-iskema minn sena għal oħra, fejn per eżempju dawn l-aħħar tlett snin żdiedet b'mod konsiderevoli l-assistenza li wieħed jista' jieħu taħt din l-iskema, finalment l-ammont ta' dokumentazzjoni li trid tiġi sottomessa tiddependi fuq it-tip tal-applikant u fuq it-tip ta' assistenza li qed tiġi mitluba.
Leg 12 PQ #30886 Sitting 482 2017-02-14 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Birgu — Casino di Venezia – kawża ta’ arretrati fuq ċnus

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslu l-proċeduri fil-kawża miftuħa mill-Gvern fir-rigward ta' arretrati ta' ċnus għall-użu tal-binja magħrufa bħala l-Casino di Venezia fil-Birgu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li ġejt nfurmat mid-Dipartiment tal-Artijiet li l-proċeduri li hemm quddiem il-Qrati ta’ Malta, huma sub judice, u li għal dawn qed jidher l-Avukat Ġenerali f’isem il-Gvern ta’ Malta.
Leg 12 PQ #30887 Sitting 482 2017-02-14 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Birgu — Żvilupp ta’ hotel biswit il-Casino di Venezia

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma jekk l-iżvilupp għal hotel biswit il-Casino di Venezia fil-Birgu hux miżmum, minħabba l-kawża li hemm pendenti fuq arretrati ta' ċnus? Jekk dan mhux il-każ, jistax jinforma lill-Kamra għalfejn ix-xogħol jinsab wieqaf?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lil Onor. Interpellant li ġejt nfurmat mid-Dipartiment tal-Artijiet li l-proċeduri li hemm quddiem il-Qrati ta’ Malta huma kontra tlett kumpanniji: Port Cottonera Hotel Development Co Limited, Galleys Development Co Limited u Vittoriosa Gaming Limited. Il-kawza nfethet biex, fost affarijiet ohra, inkluz il-ħlas ta’ arretrati taċ-ċnus etc, biex il Qorti tiddikjara 1. l-Kummissarju tal-Artijiet maħlul mill-konċessjoni enfitewtika f’dawk il-partijiet mill-Port Cottonera Emphyteutical Site li jolqtu (a) l-Casino Di Venezia, il-porzjoni ta’ art li tkejjel mal-480 metru kwadru u l-arja relattiva u (b) il-biċċa art tal-kejl ta’ 2500 metru kwadru u The Residence of the Palace of the Captain of the Galleys’ Squadron u dan minħabba li l-kumpanniji waqgħu lura fil-ħlas tal-kanoni taċ-ċens relattiv. 2. Tordna lill-kumpanniji intimati biex jerħu minn idejhom il-pussess ta’ dawk il-partijiet relativi mill Port Cottonera Emphyteutical Site u jroddu lura l-istess siti lill-Kummissarju tal-Artijiet, ħielsa minn kull okkupant u bil-benefikati kollha li saru fuq is-sit. Għaldaqstant, jidher li minhabba dawn it-talbiet u ohrajn ta’ natura legali, kif ukoll ragunijiet finanżjarji, ix-xogħol mhux jitkompla.
Leg 12 PQ #30900 Sitting 482 2017-02-14 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Junction tal-Marsa – rilokazzjoni ta’ fabbriki minħabba t-twaqqigħ tal-junction

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati biex il-fabbriki li ser jitwaqqgħu minħabba l-junction tal-Marsa jiġu rilokati? Jista' jgħid f'liema lokalità ser jiġu rilokati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.