Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Qormi — Wied is-Sewda

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol ta' tindif u tħammil fl-inħawi ta' Wied is-Sewda f'Ħal Qormi (minn Ħ'Attard sa Triq il-Wied), liema xogħol kien imwiegħed lill-kunsill lokali Qormi f'Jannar li għadda? Jista' jgħid jekk hux se jiġu rranġati dawk it-toroq mhux urbani fosthom Triq tal-Ħlas u Triq Ħ'Attard li tkissru wara l-għargħar tal-15 ta' Settembru li għadda? Jista' jikkonferma jekk dawn ix-xogħlijiet hux se jinbdew qabel Settembru li ġej?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6738.

Ħal Qormi/Marsa — Xogħol konness mal-proġett ta' l-għargħar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm, bejn wieħed u ieħor, se jdum sejjer ix-xogħol konness mal-proġett ta' l-għargħar fl-inħawi ta' Ħal Qormi u l-Marsa, peress li milli jidher dan ix-xogħol jinsab lura ħafna u l-partijiet fil-widien tan-naħiet ta' fuq għadu ma nbediex? Jista' jgħid jekk, bħala parti minn dawn ix-xogħlijiet, huwiex se jnaddaf il-Menqa fil-Marsa biex l-ilma tax-xita ikun jista' jmur lejn il-baħar mingħajr ebda problema?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol konness mal-proġett ta’ l-għargħar fl-inħawi ta’ Ħal Qormi u l-Marsa jikkonsisti fit-twessiegħ tal-korsa ta’ l-ilma tax-xita bejn Triq Manwel Dimech, Ħal Qormi u Triq Aldo Moro, Marsa. Qed isir ukoll it-twessiegħ tal-pont ta’ Triq l-Iljun biex jitnaqqsu l-ostakli għall-passaġġ ta’ l-ilma tax-xita. Dan ix-xogħol mistenni li jkun lest matul din is-sena. Rigward it-tindif tal-Menqa fil-Marsa ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol ingħata b’offerta u dan mistenni li jinbeda fil-futur qarib.

PBS — Programm "Istrina" - Fondi lill-għaqdiet volontarji

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi għaqdiet volontarji li qed jaħdmu b'risq l-annimali li bbenefikaw minn fondi li nġabru mill-programm tal-PBS "Istrina"? Jekk iva, liema kienu dawk l-għaqdiet u kemm kien l-ammont ta' fondi li ngħataw?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li ebda għaqda volontarja li taħdem b'risq l-annimali ma bbenefikat mill-fondi li nġabru mill-programm tal-PBS L-Istrina.

Produzzjoni ta' ilma permezz tar-reverse osmosis

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża għall-produzzjoni ta' l-ilma permezz tar-reverse osmosis għal kull metru kubu? Jista' jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża globali għall-produzzjoni ta' l-ilma permezz tal-proċess ta' reverse osmosis għas-snin 2002 u 2003, u kemm minn din l-ispiża kienet sussidjata? Jista' jgħid ukoll kemm minn dan l-ilma li ġie prodott peremzz tar-reverse osmosis ġie mitluf?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Triq Imdina — Tiswija ta' bankini

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma meta se jiġu rranġati l-bankini fil-parti t'isfel ta' Triq l-Imdina (minn Wied iċ-Ċawsli sa fejn ir-roundabout tal-fjuri) li tħallew fi stat diżastruż minkejja l-proġett ta' Triq l-Imdina? Hemm xi ħsieb li dawn jiġu rranġati waqt li qed issir it-tieni fażi tal-proġett f'din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li x-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant ser jiġi nkluż max-xogħol ta' manutenzjoni li jsir mid-direttorat tat-toroq, sabiex dan ikun jista' jsir aktar il-quddiem skond il-prijoritatjiet tad-Direttorat.

Triq Ħal Qormi — Pelican lights

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-pelican lights proposti u approvati mill-awtorita' dwar it-trasport fi Triq Ħal Qormi (ħdejn il-Maltapost) aktar minn sena ilu, għadhom ma sarux f'din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' installazzjoni ta' l-imsemmija pelican crossing qijed inkluż fil-programm tax-xogħlijiet li għandu d-Direttorat tat-toroq u mistennija tiġi nstallata fix xhur li ġejjin.

Ħal Qormi — Roundabout

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar mill-proġett li kien maħsub mill-Environmental Landscape Consortium biex tiġi rranġata r-roundabout ta' fejn l-Erbgħa Qaddisin f'Ħal Qormi? Hemm xi ħjiel meta dan se jinbeda u meta se jitlesta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jissottometti site plan tar-roundabout li qed jirreferi għaliha.

Qormi — Subway

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex is-subway li hemm biswit il-mini ta' Sta. Venera li tagħti minn Triq il-Bajjada, Qormi għal Triq is-Sebħ mhix titnaddaf regolarment u tingħata l-manutenzjoni meħtieġa kif suppost? Jista' jikkonferma liema dipartiment hu responsabbli għal dawn ix-xogħlijiet? Tista' tittieħed xi inizjattiva biex din is-subway tkun aċċessibbli għal persuni b'diżabilita'?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Fir-rigward ta' l-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lilll-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal-mistoqsija parlamentari numru 4951. Fir-rigward tat-tielet parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport ser tibgħat perit sabiex jispezzjona l-imsemmija subway sabiex tara x'l-aħjar li jsir.

Ħaġar Qim — Bdiewa li tteħdulhom l-għelieqi tagħhom

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb minn naħa tal-ministeru li joffri post alternattiv lill-15-il bidwi li se jitteħdulhom l-għelieqi tagħhom li jinsabu fl-inħawi ta' Ħaġar Qim fl-Imnajdra wara sentenza mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali fl-10 ta' Ottubru 2003 minn sidien privati kontra l-Kummissarju ta' l-Artijiet u dan wara li dawn il-bdiewa ġew imġiegħla jevakwaw l-art sal-15 ta' Awissu 2004 wara li kienu ilhom joperaw fl-inħawi sa mill-1987 fuq ftehim ta' kirja li kien intlaħaq bejnhom u bejn id-dipartiment ta' l-artijiet? Qed nibgħat kopja tar-referenza tal-każ under separate cover.

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Toroq — Asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'se jsir mid-draft agreements imnedija mill-awtorita' dwar it-trasport li hemm pendenti ma numru ta' kunsilli lokali dwar toroq li għadhom mhux asfaltati fil-lokalita' tagħhom? Jista' jikkonferma jekk kienx hemm xi bidla fil-policy minn naħa tal-gvern wara l-ħatra tiegħu bħala ministru tat-toroq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3855. Madanakollu, jien informat illi fil-preżent m'hemmx il-ħsieb li jsiru aktar kuntratti għal din is-sena.

Ħal Qormi — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma meta se jiġi ffirmat id-draft agreement ippreparat mill-awtorita' dwar it-trasport flimkien mal-kunsill lokali ta' Ħal Qormi dwar dawn it-toroq: Triq il-Kaċċatur, Triq l-Armal, Triq Santa Katerina, Sqaq iz-Zenqa, Triq Bertu Hyzler u Triq ir-Ragħaj li ilu biex jiġi ffirmat minn Jannar 2004? Jekk il-Ministru m'għandux il-ħsieb li jiffirma dan il-ftehim, jista' jagħti l-konferma tiegħu meta dawn it-toroq se jitlestew minn naħa tad-Direttorat tat-Toroq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 6611, fir-rigward ta' toroq fil-lokalita' ninsab informat illi dawn qegħdin inklużi fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-direttorat u x-xogħol fihom isir aktar 'il quddiem skond il-prioritajiet li jkollu quddiemu d-direttorat.

MEPA — Area fi Triq il-Bajjada, Qormi

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk policy Q011 li kienet proposta fil-public consultation draft dwar area fi Triq il-Bajjad, Qormi hijiex se tinbidel wara li l-kunsill lokali ta' Ħal Qormi kien ressaq oġġezzjoni għaliha u wkoll kien ippropona li din l-area titħalla bħala buffer zone sabiex jitnaqqas l-impatt industrijali f'din l-area?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba għal din il-Mistoqsija tingħata f' seduta oħra.

MEPA — Arei li nħakmu mill-għargħar

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-MEPA ħaditx miżuri jew policies neċessarji fir-rigward tal-widien u l-areas li nħakmu mill-għargħar fil-15 ta' Settembru li għadda? Hemm ħsieb li jkun hemm xi pjan jew policy paper li tiggwida l-iżvilupp f'dawn l-areas?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’ seduta oħra.

Ħal Qormi — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma meta se jinbeda x-xogħol fuq Triq in-Nassab u Triq Marko Montebello, f'Ħal Qormi wara li t-tenders għal dawn ix-xogħlijiet ħarġu madwar tmien xhur ilu? Jista' jgħid għaliex qed jittieħed dan id-dewmien kollu fl-għoti ta' dawn it-tenders?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab informat illi f'Settembru 2003 kienet ħarġet tender sabiex isiru toroq: Triq in-Nassab u triq Marco Montebello, hekk kif imsemmi mill-Onor. Interpellant. Dawn it-tenders ma kienux ingħataw minħabba li l-prezzijiet mitluba mill-kuntrattur kienu konsiderevolment ogħla mil-limiti stabiliti mid-direttorat. Madanakollu, l-imsemmija tenders reġgħu inħarġu fi Frar 2004 u fil-preżent għadhom qed jiġu aġġudikati.