Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6825 u cioe' jista' jgħid min ħa l-offerta jew tender sabiex jiġi mneħħi l-materjal ta' l-asbestos li jinsab fil-power station tal-Marsa?
Jista' jgħid min hu responsabbli bħala konsulent li jara li x-xogħol isir skond proċeduri stabiliti ta' l-EU?
Min qed jieħu ħsieb li jsiru t-testijiet neċessarji magħrufa bħala AFT (Airborne Fiber Tests) ġewwa u barra l-area ta' l-attivita'?
Fejn qed jiġi storjat dan il-materjal li preżentement qiegħed jinqala'?
Response (GATT, AUSTIN)
It-Tender li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġie irtirata bil-ħsieb li terġa' toħroġ iktar tard.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed jikkonsidra xi forma ta' kumpens jew alternattiva oħra lill-bdiewa li hemm jaħdmu fl-art assenjata għar-relokazzjoni tal-beach rooms li hemm fil-Marfa skond il-Marfa Action Plan u skond applikazzjoni PA2349/04?
Jista' jgħid jekk dawn il-bdiewa hux se jitilfu l-għelieqi li għandhom bħalissa?
Jista' jgħid jekk hux se jsiru xi Environmental Impact Assessments dwar din l-area?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-kumpens dovut lill-bdiewa fil-kaz li jittieħdilhom xi raba minħabba xi żvilupp huwa regolat mill-liġi li tikkontrolla l-kiri tar-raba, Att XVI tal-1967. L-applikazzjoni PA 2349/04 għadha qed tiġi proċessata mill-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. Fil-fatt, l-ammont ta' art assenjata għar-relokazzjoni tal-beach rooms skond il-Marfa Action Plan għada qed tiġi riveduta biex tirrifletti l-oġġezzjonijiet li saru, għalhekk għadni m' inhix f' pożizzjoni li ngħid jekk hux se jittieħdu xi għelieqi.
L-Awtorita' talbet li minħabba l-kobor u s-siti ta' dawn l-applikazzjonijiet Environmental Impact Assessment irid isir.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7472 li oriġinarjament saru lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' tista' il-Ministru tgħid jekk fil-każ tal-part-time clerks fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni ma jħallsux il-kontribuzzjoni tas-Sigurta' Soċjali f'dan il-perjodu msemmi jiġux ikkonsidrati li mhux qed ikollhom kontinwita' fil-ħlas ta' din il-kontribuzzjoni għall-fini tal-pensjoni li jistgħu jingħataw fil-futur?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fost kundizzjonijiet oħra, ir-rata ta' pensjoni kontributorja mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali tiddependi mill-medja ta' kontribuzzjonijiet imħallsa minn sena għal sena. Għalhekk, perijodi skoperti minn kontribuzzjonijiet jistgħu jaffettwaw ir-rata tal-pensjoni li persuna jkollha dritta għaliha fil-futur.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7470 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul s'issa fl-ewwel xahar mill-introduzzjoni ta' l-Eco Tax (inkluż id-dħul minn VAT fuq it-taxxa ta' l-Eco Tax)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ewwel pagament ta’ l-ECO Contribution għal dawk il-persuni reġistrati għal ECO u li l-perjodu tagħhom għalaq fil-31 ta’ Ottubru 2004 għandhom flimkien mad-denunzja tal-VAT l-obbligu li jagħmlu l-pagament ta’ l-ECO Contribution sal-15 ta’ Diċembru 2004 fuq id-denunzja ta’ l-ECO Contribution.
Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet it-talba tal-kunsill lokali ta' Ħal Qormi dwar pedestrian pelican lights fil-parti ta' isfel ta' Triq l-Imdina (wara l-fabbrika tan-Nylon Knitting) li kienet saret lill-awtorita' dwar it-trasport? Kopji ta' l-ittri qed jintbagħatu separatament.
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita dwar it-Trasport kienet laqghet it-talba tal-Kunsill Lokali ta' Hal Qormi għall-installazjoni ta' l-imsemmija pelican crossing. Fil-preżent id-Direttorat tat-Toroq lesta' d-disinn ta' dawn il-lights u x-xogħol ta'nstallazjoni ġie inkluż fil-lista ta' prijoritajiet li għandu d-Direttorat sabiex dan ix-xogħol ikun jista' jsir iktar il-quddiem.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6924, jista' il-Ministru jgħid huwiex konxju mit-traffic jams li qed tikkawża l-bus lane fi Triq Aldo Moro bejn is-7.00 a.m. u t-8.30 a.m. (waqt il-peak hours)?
Saru xi analisi tat-traffiku waqt dawn il-ħinijiet mill-awtorita' dwar it-trasport qabel ma ġiet deċiża li ssir din il-bus lane?
Jaf il-Ministru li tal-linja mhux qed jużaw din il-bus lane b'mod effiċjenti waqt dawn il-ħinijiet minħabba li qed jinqabdu fit-traffiku li jwassal sal-pjazza ta' Raħal Ġdid?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi l-iskop tal-bus lane huwa biex iktar nies jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku billi tissepara l-karozzi tal-linja mill-vetturi privati. B'hekk tiżdied l-effiċenza tat-trasport pubbliku billi jkunu jistgħu iżommu ma' l-ħinijiet ta' l-iskedi.
Sfortunatament, l-effiċenza minn dejjem kienet kritika ewlenija fis-servizz, u l-pubbliku in generali għadu ma fhemx kompletament il-benefiċċju li jkun hemm lane apposta għall-użu tat-trasport pubbliku biss.
Hija ħaġa normali li għall-ewwel li tiġi ntrodotta bus lane jinħolqu konġestjonijiet tat-traffiku tal-karozzi privati. Pero' eventwalment, is-sitwazzjoni tistabbilixxi ruħha fi żmien qasir.
Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li qabel ma saret il-bus lane sar Safety Audit rigward it-triq konċernata.
Jiena ukoll infurmat li l-Awtorita dwar it-Trasport ser tagħmel fil-futur qarib analiżi tat-traffiku rigward is-sitwazzjoni eżistenti.
Jista' il-Ministru jgħid xi pjanijiet għandha l-Awtorita' dwar it-Trasport dwar Triq il-Biegħa f'Ħal Qormi minħabba l-problema li l-ilma tax-xita fit-triq m'għandux fejn imur ħlief ġo Palazzo Stagno li hija proprjeta' skedata u meqjusa bħala bini ta' importanza storika?
Jista' jgħid għaliex l-awtorita' injorat il-proposti mressqa mill-kunsill lokali Qormi dwar bini ta' culvert żgħir fil-bidu tat-triq sabiex tinstab soluzzjoni għal din il-problema?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex meta l-gwardjani tal-ħabs jiġu rrapportati lill-Bord tal-Ħabs, l-istess assistant manager li jressaq dan ir-rapport ikun preżenti fuq l-istess bord waqt id-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-konfront tal-gwardjani nvoluti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li meta uffiċjal jiġi rrapurtat mill-Assistant Manager li qiegħed fuq il-Bord tad-Dixxiplina, dan jastjeni milli jieħu sehem kemm fit-trattazjoni kif ukoll fid-deċiżjoni li tittieħed.
F'każi bħal dawn huwa jaqra biss l-akkuża.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex hemm xi gwardjani fil-ħabs li qed jiġu sfurzati jaħdmu aktar mill-ħinijiet normali tax-xogħol tagħhom permezz ta' l-overtime?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li dak l-overtime li jkun neċessarju fil-ħabs, post li għandu esiġenzi partikolari, jitqassam permezz ta' roster. Safejn hu possibli l-uffiċjal jitħalla fil-liberta' jaħdimx dak l-overtime huwa stess jew jagħtih lill-uffiċjal ieħor.
Infakkar l-Onor. Interpellant illi wara kollox l-uffiċjali tal-Ħabs jaħdmu f'korp dixxiplinat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru ġentilment iwieġeb mistoqsija parlamentari 6824?
Response (BORG, TONIO)
Bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6824, ninsab infurmat illi l-ammont ta' oġġetti miġbura bis-servizz tal-bulky refuse u l-ispiża marbuta ma' dan is-servizz mill-Kunsilli Lokali f'Malta u Għawdex għas-sena finanzjarja 2003/2004 kienet kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex tfal li jgħixu fi Triq il-Kummerċ (bejn Ħal Qormi u Santa Venera) mhux qed jiġi pprovdut lilhom trasport għal dawn l-iskejjel: skola Ġuże Galea, f'Ħal Qormi u Marija Tereża Nuzzo fil-Ħamrun? Jista' il-Ministru jgħid jekk jistax isir xi arranġament biex it-trasport ta' dawn l-iskejjel jgħaddi minn dawn l-inħawi minħabba l-periklu li hemm fil-bypass ta' l-Imrieħel?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-trasport meħtieġ ġie offrut u provdut. Iżda hemm xi diffikultajiet da parti ta' l-istudenti konċernati.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jinqala' u jibda x-xogħol fuq il-bridge l-antik li hemm faċċata tax-showroom ta' l-Orbit Network skond kif approvat f'Permess ta' Żvilupp PA 458/04 u PA 3677/98 sabiex tiżdied arkata oħra għall-ilma ta' l-għargħar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor.Interpellant għar-risposta li ngħatat għad-domnda parlamentari Nru. 6277.
F'dik ir-risposta kien intqal ċar li l-arkata, skew arch, li qed jirreferi għaliha l-Onor. Membru mhix ser tintmess minħabba l-valur stroriku tagħha.
Ix-xogħol f'dawn l-inħawi ta' Ħal Qormi jifformaw parti minn pjan komprensiv ta' titjib f'miżuri ta' kontroll kontra l-għargħar għall-inħawi, iżda x-xogħol li sar u qed isir bħalissa tqies li hu ta' prijorita' akbar.
Jista' il-Ministru jgħid x'deċiżjoni ttieħdet mill-ministeru tiegħu dwar il-kwestjoni dwar il-prezzijiet ta' asfaltar offruti mill-kuntratturi lokali għal xogħlijiet fit-toroq li hu responsabbli minnhom il-gvern ċentrali? Kien hemm xi soluzzjoni għal din il-kwestjoni li ilha għaddejja għal aktar minn sena u bix-xogħol li jinsab wieqaf f'diversi nħawi madwar il-pajjiż?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi l-Awtorita Dwar it-Trasport xi xhur ilu irrivedit ir-rati tagħha sabiex jirriflettu aħjar il-prezzijiet reċenti tal-materjal.
Sadanittant qed issir valutazzjoni tat-tenders bir-rati li kienu sottomessi sabiex tibgħat għall-kuntratturi u jippruvaw jaslu għall-kompromess. Dan il-proċess wassal sabiex diġa ingħataw numru ta' tenders. Sadanittant fil-jiem li ġejjien mistennija ssir laqgħa mal-kuntratturi fejn fost l-oħrajn ser tiġi spjegata il-formula li ġiet użata mill-Awtorita biex waslet għar-rati l-ġodda.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien id-dħul s'issa, fl-ewwel xahar mill-introduzzjoni ta' l-Eco Tax (inkluż id-dħul minn VAT fuq it-taxxa ta' l-Eco Tax)?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7125, jista' il-Ministru jgħid jekk fil-każ li dawn il-part-time clerks ma jħallsux il-kontribuzzjoni tas-Sigurta' Soċjali f'dan il-perjodu msemmi, jiġux ikkonsidrati li mhux qed ikollhom kontinwita' fil-ħlas ta' din il-kontribuzzjoni għall-fini tal-pensjoni li jistgħu jingħataw fil-futur?
Response (GALEA, LOUIS)
Nitlob lil Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jitnaddaf il-parkeġġ ta' fejn il-korsa taż-żwiemel fil-Marsa (faċċata tal-fabbrika tal-Lowenbrau)? Jista' jgħid jekk dan it-tindif huwiex isir regolarment mid-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi fi ħdan il-ministeru tiegħu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-parkeġġ ta' fejn il-korsa taż-żwiemel fil-Marsa, faċċata tal-fabbrika tal-Lowenbrau, jaqa' fil-konfini tal-Kunsill Lokali tal-Marsa. Nixtieq inżid li ħafna drabi d-Dipartiment għas-Servizzi ta' l-Indafa jkollu jagħmel tindif ta' dan il-post peress li jirċievi diversi lmenti dwar rimi ta' skart illegali.
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux xi rapporti jew feasibility studies mill-Ministeru tiegħu jew xi entita' tiegħu dwar il-privatizzazzjoni tal-kumpannija Sea Malta? Jekk saru dawn ir-rapporti, jista' jgħid min kienet il-kumpannija li għamlithom?
F'dawn ir-rapporti saret xi valuation of shares ta' l-istess kumpannija? X'kien ir-riżultat ta' din il-valutazzjoni? Fin-negattiv jew fil-pożittiv? Jekk saru dawn ir-rapporti, jista' jgħid x'kienu l-konklużjonijiet tagħhom dwar is-sale tas-Sea Malta mill-gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Waqt li nikkonferma illi saru kemm 'feasibility studies' kif ukoll 'share valuation' ma jidhirx li f'dan l-istadju delikat tal-proċess ta' privatiżżazzjoni għandi nagħti d-dettalji mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-kumpanniji li pparteċipaw fir-Request for Proposals għall-privatizzazzjoni tas-Sea Malta? Jista' jagħti d-dettalji ta' dawn is-sidien jew kumpanniji? Minn dawn il-kumpanniji, jista' jgħid kemm minnhom s'issa aċċessaw id-data rooms tal-kumpannija Sea Malta? Jista' jgħid kemm minn dawn il-kumpanniji li jipparteċipaw fir-request for proposals għamlu s-sottomissjonijiet tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-PQ 7360.
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi pjan ta' ristrutturar għal kumpannija Sea Malta f'każ li l-privatizzazzjoni tagħha ma tkunx vijabbli?
Jista' jgħid jekk saritlux xi rakkomandazzjoni jew proposta ta' ristrutturar ta' din il-kumpannija? Jekk iva, jista' jgħid xi spiża teħtieġ biex din il-kumpannija tiġi ristrutturata?
Response (GATT, AUSTIN)
In vista tal-proċess ta' privatizazzjoni li għadu għaddej, jidhirli li hu prematur li nirrispondi din id-domanda fid-dettal għalkemm nista' ngħid li ġew kunsidrati diversi "restructuring scenarios".
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema impjegati bħalissa fis-sistema kollha tal-gwardjani lokali, inkluż fit-tribunali lokali u l-ħaddiema impjegati ma' l-aġenziji tal-gwardjani lokali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-ammont ta' ħaddiema impjegati bħalissa fis-sistema kollha tal-Gwardjani Lokali, inkluż fit-Tribunali Lokali u l-ħaddiema mpjegati ma' l-aġenziji tal-Gwardjani Lokali hu ta' 180, maqsumin kif ġej:
Kummissarji tal-Ġustizzja 9
Prosekuturi 9
Uffiċjali Awtorizzati 10
Skrivani tat-Tribunal 18
Gwardjani Lokali 117
Administrators (aġenziji tal-Gwardjani 17
Lokali)