Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dekasteru tiegħu li għamel stallazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment?
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dekasteru tiegħu li għamel stallazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment?
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dekasteru tiegħu li għamel stallazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fid-diversi Taqsimiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ma saru l-ebda stallazzjonijiet jew kien hemm xi ħsieb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, għalkemm il-kumpanija Wasteserv Malta Limited bdiet studju fil-mi¿bla l-antika tal-Magħtab li jinkludi l-installazjoni tal-"Wind Monitoring Mast" biex jiġi studjat il-potenzjal tar-riħ f'dan is-sit. Dan l-istudju ġie kkummissjonat lill-kumpanija Malta University Services Limited u ser jiswa Lm6,153. Konxja mill-fatt illi l-iskart huwa sors ta' enerġija, il-kumpanija WasteServ Malta Limited qed tinvesti f'faċilitajiet moderni bħal dik li tinsab fis-sit ta’ Żwejra biex tirkupra din l-enerġija mill-iskart.
L-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ipġpjanar fix-xhur li għaddew lestiet energy audit tal-bini tagħha biex tevalwa ukoll fejn jista’ jkun hemm aktar konservazzjoni ta’ enerġija.
Minn-naħa l-oħra, fis-sena 2004 kemm il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent kif ukoll l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) krew electric car kull wieħed. Barra hekk fil-ġranet li għaddew numru ta’ vetturi mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u l- Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) bdew jużaw il-biodiesel.
Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi — Enerġija Solari
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dekasteru tiegħu li għamel stallazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li sa issa l-ebda dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħi ma għamel stallazzjoni għal riżorsi ta' enerġija alternattiva. Madankollu, fil-bini u l-immodernizzar ta' l-iskejjel qed tibda tiġi konsidrata l-vijabilita' ta' l-użu ta' enerġija solari.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien ilaħħaq is-sussidju li ħareġ il-Gvern Malti lill-konsumatur li għamel użu minn enerġija alternattiva (solar water heaters, battery operated cars, etc.) matul din l-aħħar sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
(Tweġiba mogħtija: 10/11/2004PM)
(Seduta Numru: 184)
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' appelli quddiem il-bord ta' l-appelli fuq permessi ta' żvilupp sa mit-twaqqif ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar?
Kemm minn dawn l-appelli ġew deċiżi favur l-applikant u kemm oħrajn ġew rifjutati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li minn meta twaqqaf il-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), il-Bord irċieva 5,925 appelli minn deċiżjonijiet varji.
Minn dawn ġew deċiżi 4,986 appelli.
L-informazzjoni ma tinżammx separatament.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm appelli dwar każi ta' enforcement quddiem il-MEPA sa mit-twaqqif tagħha fl-1992?
Kemm minn dawn kienu aċċettati u oħrajn rifjutati?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm dewmien fil-ħruġ tal-visa għall-persuna li l-applikazzjoni tagħha hija C1056259 wara li kien hemm rakkmandazzjoni pożittiva internament fil-korp tal-pulizija u wara li n-namrat tagħha, li huwa Malti, qed jassumi r-responsabbilta' finanzjarja u ċivili waqt iż-żjara tagħha f'pajjiżna?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bħal ma diġa' ġie infurmat l-Onorevoli Membru, l-applikazzjoni msemmija minnu ġiet miċħuda.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inħarġu visas mill-ġdid wara li l-istess persuni diġa' kellhom overstay f'pajjiżna u ngħataw ċans ieħor mill-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mhux disponibbli taħt forma kompjuterizzata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti mil-lokalita' ta' Ħal Qormi jattendu l-iskola sekondarja tas-subien Vincenzo Bugeja, Santa Venera f'forms 1, 2, 3, 4 u 5?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex ma kienx hemm tweġiba mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni għall-proposta tan-Nature Trust biex għalliema jiġu sekondati ma' din l-għaqda sabiex isir tagħlim ambjentali fl-iskejjel tal-gvern?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li diġa hemm żewġ għalliema sekondati mal-Birdlife u għalliem ieħor man-Nature Trust.
Barra minn hekk it-tagħlim ambjenatli fl-iskejjel tal-Gvern isir fuq bażi regolari.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm din il-burokrazija fl-implimentazzjoni tan-National Park fi Xrob l-Għaġin f'Delimara?
Jista' jgħid kemm intilfu fondi minn barra l-pajjiż minħabba d-dewmien tal-ministeru biex jagħti l-committment tiegħu għal dan il-proġett?
Jista' jgħid għaliex wara li saru diversi laqgħat kontinwi man-Nature Trust qed jitlob li jiġi preżentat business plan dwar dan il-proġett?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill Onor. Interpellant li kemm in-Nature Trust, kif ukoll dan il-Ministeru ħadmu flimkien fuq xogħol preliminari biex ġiet sottomessa Outline Development Permission lill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), sabiex l-arja magħrufa bħala Xrobb l-Għaġin f’Delimara tiġi żviluppata f’Nature Park/Marine Life and Reseach Centre. L-Onor. Interpellant jifhem li il-Gvern ikun irid jifli il-pjan dettaljat tal-proġett li jkun qed jiġi propost qabel ma jidħol f’xi commitment ta’ dan it-tip. Huwa proprju għalhekk li ntalab dan il-Business Plan aktar dettaljat minn dak li ngħata s’ issa. Ninforma wkoll li n-negozjati sabiex jinstabu fondi barranin għal dan il-proġett għadhom għaddejin.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha tagħti fondi l-MEPA mill-proġetti li fihom kien hemm planning gain u min huma l-għaqdiet li għad iridu jingħatawlhom dawn il-fondi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-kontijiet pendenti li bħalissa għandha quddiemha l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għar-rimbors ta' fondi mitluba minn għaqdiet jammontaw għal madwar Lm 15,000. L-għaqdiet in kwestjoni huma l-Fondazzjoni Natura (għall-proġett ta' Wied Għollieqa – madwar Lm14,000) u l-Fondazzjoni Wirt Artna (għall-proġett tal-Victoria Lines – madwar Lm1,000).
Fil-każ tal-proġett ta’ Wied Għollieqa, l-arranġamenti biex isiru l-pagamenti dovuti diġa’ qed isiru.
Jista' il-Ministru jgħid min qed jieħu ħsieb li jorganizza ż-żjajjar lill-postijiet kulturali li kienu jsiru mid-dipartiment tal-kultura? Jista' jgħid għaliex m'għadhomx jiġu organizzati minn dan id-dipartiment? Jista' jgħid kemm qed ikunu l-fees relatati ma' dawn iż-żjarat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi ż-żjajjar kulturali li kien jorganizza id-Dipartiment tal-Kultura ma tkomplewx wara Mejju 2003. Dan għal żewġ raġunijiet, ċioe:
a) id-dħul minn dawn iż-żjarat kien jammonta għal mhux aktar min nofs l-ispiża;
u
b) żjarat kulturali bdew jiġu organizzati mis-settur privat.
Jista' il-Ministru jgħid f'liema dipartimenti tal-gvern sar xi investiment jew istallar għal sorsi ta' enerġija alternattiva f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment u fiex intnefaq?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Enemalta milli tibda tinbena s-substation fi Triq ix-Xitwa, Ħal Qormi skond il-permess ta' żvilupp PA5738/02 maħruġ mill-MEPA u wara li l-art imsemmija ġiet rilaxxata mill-joint office skond il-pubblikazzjoni fil-gazzetta tal-gvern ta' nhar il-Ħamis 24 ta' Lulju 2004?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed isiru l-aħħar arranġamenti għat-trasferiment ta' l-art sabiex ikun jista' jinbeda x-xogħol.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il persuna ngħatat taħrika mill-gwardjani lokali u l-pulizija dwar ħmieġ ta' klieb fit-toroq f'din l-aħħar sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2004 il-Pulizija ħarket 10 persuni dwar ħmieġ ta' klieb fit-Toroq. Infurmat ukoll li matul din is-sena il-gwardjani lokali ħarġu 92 taħrika dwar l-istess raġuni.