Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gwardjan Lokali — Liċenzja

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm dewmien fil-ħruġ tal-liċenzja bl-applikazzjoni li għandha numru 38/04 għal gwardjan lokali? Jista' jgħid meta se toħroġ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni imsemmija li twasslet għand il-Pulizija nhar l-1 ta' Ottubru 2004, għadha qed tkun proċessata.

MEPA — Qtugh ta' l-Internet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet tammonta l-ispiża ffrankata mill-MEPA fir-rigward tal-qtugħ tas-servizz ta' l-internet lil numru ta' impjegati skond kif iddikjarat fid-diskors ta' l-estimi ta' l-istess organizzazzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li d-deċiżjoni ttieħdet biss fuq konsiderazzjoni ta’ ħtieġa jew le tas-servizz mill-persuna u mhux a bażi ta’ ffrankar ta’ flus.

Chamber of Environmental Planners — Warrant

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li tiġi regolata l-professjoni tal-planners permezz ta' warrant hekk kif kienet proposta miċ-Chamber of Environmental Planners?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Għalkemm fil-prinċipju wieħed jaqbel, hemm bżonn aktar diskussjoni fuq id-dettalji. Dan il-Ministru propens li jkollu aktar laqgħat biex eventwalment jintlaħaq qbil.

Environmental Impact Assessments — Rapporti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru environmental impact assessments matul din l-aħħar sena? Liema kienu dawk il-kumpanniji li għamlu dawn ir-rapporti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li din is-sena l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) irċeviet ħmistax il-Environment Impact Assessment. Il-kumpaniji li għamlu dawn ir-rapporti kienu: IRM Co. Ltd. AIS Environmental SLR Consulting ADI Associates EMDP Ltd. MUS. Ltd. Applied Economics Consulting Ltd. EKOplan Dr. Joe Doublet

Moniteraġġ ta' l-Arja — Station

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex qed jitħaddem station wieħed biss tal-moniteraġġ ta' l-arja? Kemm tiġi tiswa l-ispiża meta jitħaddem dan l-istation? Għaliex dawn l-istations ma jintużawx it-tnejn flimkien biex ikun hermm aktar areas koperti minn dan il-moniteraġġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Pollution Prevention and Control Unit fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) preżentament tħaddem żewġ air monitoring stations. Wara li sar il-Preliminary Assessment of Air Quality in Malta (NETCEN, 2002), dan ir-rapport identifika l-iktar siti mportanti fejn għandhom jiġu lokalizzati l-air monitoring stations, u r-raġunijiet għalfejn dawn il-lokalitajiet għandhom ikunu fissi. Ir-rapport imsemmi hawn fuq jidentifika l-ħtieġa li Malta u Għawdex ikollhom total ta’ ħames air monitoring stations. Tliet air monitoring stations oħrajn ser jiġu kkummissjonati s-sena d-dieħla minn żewġ proġetti parzjalment iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea. L-ispiża (indikattiva) ikkalkulata għal kull sena fuq air monitoring station wieħed hija ta’ madwar Lm 20,000 Iż-żewġ air monitoring stations disponibbli qed jintużaw u jinżammu kkalibrati b’mod effiċjenti biex ir-riżultati jkunu korretti.

MEPA — Membri tal-Bord

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża ta' ikel lill-membri tal-bord tal-MEPA waqt il-laqgħat tal-bord matul din is-sena? Min ħa dan il-kuntratt ta' dan is-servizz? Kemm-il darba jingħata dan is-servizz? Hemm xi klawsoli f'xi kuntratt jew xi ftehim mal-membri ta' dan il-bord li jridu jingħataw dan is-servizz?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Bord ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) jiltaqa' kull nhar ta' Ħamis bejn id-disgħa u nofs ta’ filgħodu u il-ħamsa ta' fil-għaxija. Il-Membri jibqgħu għaddejin bix-xogħol anki waqt il-lunch break, għalhekk l-Awtorita' tipprovdi l-ikel. L-ispiża tlaħħaq għal madwar Lm 73 fil-ġimgħa li ras għal ras jiġi xi Lm 3.50 kull persuna.

OPM — Enerġija Solari

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dekasteru tiegħu li għamel stallazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Minn naħa ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni huwa mpenjat biex fi żmien qasir tinkera karozza li taħdem bil-batteriji biex tintuża għall-bżonnijiet tad-Dipartiment. Din ser tinkera fil-parametri tat-tender bir-rata ta’ Lm6.10, VAT inkluż, kuljum. Minn naħa l-oħra l-Ministeru tal-Finanzi s’issa m’għamel ebda installazzjoni b’sorsi ta’ enerġija differenti.

Żvilupp Urban u Toroq — Enerġija Solari

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dekasteru tiegħu li għamel stallazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien informat li fl-ADT ma ttieħdet l-ebda inizjattiva simili kif ġiet mistoqsija mill-Onor. Galdes, ħlief li twaħħlu cats' eyes li jixgħelu bil-lejl u s-sors ta' l-eneġija tagħhom tittieħed mill-eneġija solari permezz ta' solar panel imwaħħla mal-wiċċ ta' l-istess cats' eyes. Minn dawn twaħħlu żewġ tipi:- - Dawk li jiġu ankrati fl-art li ammontaw għal Lm720.00 - Dawk li ġew inkullati mal-wiċċ tat-triq li ammontaw għal Lm1,058. Informat ukoll li minn naħa tal-Uffiċċju tad-Direttur għas-Servizzi Korporattivi ġie iffirmat kuntratt fil-21 ta' Mejju ta' l-2004, għal kiri ta' vettura elettrika għal perijodu ta' ħames snin, għall-użu tad-Dipartiment, bir-rata ta' Lm6.05 kuljum.
Leg 10 PQ #8759 Sitting 188 2004-11-16 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Enerġija Solari

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dekasteru tiegħu li għamel stallazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-tweġiba hija fin-negattiv.

Santa Venera — Skola Vincenzo Buġeja

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8681 u cioe' jista' jgħid kemm studenti mil-lokalita' ta' Ħal Qormi jattendu l-iskola sekondarja tas-subien Vincenzo Bugeja, Santa Venera f'forms 1, 2, 3, 4 u 5?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' l-istudenti li jattendu l-iskola sekondarja tas-subien Vincenzo Bugeja huma hekk : Form 1 - 2 studenti Form 2 - 4 Form 3 - 4 Form 4 - 1 Form 5 - 3 Total - 14

MEPA — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża li għamlet il-MEPA fuq safar matul din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-ispiża li għamlet l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fuq safar matul is-sena finanzjarja li ntemmet fit-30 ta' Settembru 2004 tammonta għal Lm 42,263. Ta' min jinnota li parti minn din l-ispiża hija rimbursata mill-Unjoni Ewropea.
Leg 10 PQ #8749 Sitting 187 2004-11-15 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Enerġija Solari

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dekasteru tagħha li għamel stallazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li t-tweġiba għall-mistoqsija li għamel l-onorevoli nterpellant hija fin-negattiv.

Teknoloġija ta' l-Informatika — Enerġija Solari

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dekasteru tiegħu li għamel stallazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan id-dekasteru m'għandu ebda dipartiment tal-Gvern.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Enerġija Solari

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dekasteru tiegħu li għamel stallazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fid-Dipartimenti ta' l-Avjazzjoni Ċivili, tat-Telegrafija mingħajr Fili, id-Diviżjoni tal-Kummerċ u d-Diviżjoni tal-Konsumatur m'għandhomx sorsi ta' enerġija kif indikati fid-domanda.

Riżorsi u Infrastruttura — Enerġija Solari

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dekasteru tiegħu li għamel stallazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li s-sistema ta' misħun li topera permezz ta' Solar Panels ġiet stallata fl-iSports Hall il-ġdid tal-Kottonera. Il-panels infushom stallati fil-post u xi apparat ieħor, bħal pompi li jiċċirkulaw l-ilma u l-filters ta' l-ilma, ammontaw għal madwar Lm8,200. Il-Ministeru wkoll kera karozza li taħdem bl-elettriku għal Lm5.17ċ kuljum.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Enerġija Solari

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dekasteru tiegħu li għamel stallazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Enerġija Solari

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dekasteru tagħha li għamel stallazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kummissjoni Elettorali — AEC's/Counting Assistants

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex l-AECs u l-counting assistants li servew fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-kunsilli lokali għadhom ma tħallsux? Jista' jgħid meta se jinħarġu ċ-ċekkijiet dovuti lil dawn il-persuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-ħlas lill-Counting Assistants li servew fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali sar f’Lulju ta’ din is-sena filwaqt li ċ-ċekkijiet ta’ l-assistenti kummissjonarji ser jintbagħtu bil-posta dan ix-xahar stess.

OPM — Enerġija Solari

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dekasteru tiegħu li għamel stallazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.