Jista' il-Prim Ministru jgħid f'liema dipartimenti fil-ministeru tiegħu saret l-għażla ta' Green Leaders?
Saret sejħa għall-applikazzjonijiet fid-dipartimenti konċernati?
Xi kwalifiki għandhom dawn il-persuni? Kemm se jitħallsu ta' dan ix-xogħol?
Hemm xi allowances marbuta ma' din il-pożizzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-green leaders ġew nominati mis-Segretarju Permanenti wara li ntalbu mis-Segretarju Prinċipali Ewlieni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
M’hemm l-ebda ħlas jew allowances marbuta ma’ dan l-inkarigu.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema dipartimenti fil-ministeru tiegħu saret l-għażla ta' Green Leaders?
Saret sejħa għall-applikazzjonijiet fid-dipartimenti konċernati?
Xi kwalifiki għandhom dawn il-persuni? Kemm se jitħallsu ta' dan ix-xogħol?
Hemm xi allowances marbuta ma' din il-pożizzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Il-green leaders ġew nominati mis-Segretarju Permanenti wara li ntalbu mis-Segretarju Prinċipali Ewlieni fl-uffiċċju tal-Prim Ministru.
M'hemm l-ebda ħlas jew allowances marbuta ma' dan l-inkarigu.
Jista' il-Ministru jgħid f'liema dipartimenti fil-ministeru tiegħu saret l-għażla ta' Green Leaders?
Saret sejħa għall-applikazzjonijiet fid-dipartimenti konċernati?
Xi kwalifiki għandhom dawn il-persuni? Kemm se jitħallsu ta' dan ix-xogħol?
Hemm xi allowances marbuta ma' din il-pożizzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-green leaders ġew nominati mis-Segretarju Permanenti wara li ntalbu mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fl-uffiċċju tal-Prim Ministru.
M'hemm l-ebda ħlas jew allowances marbuta ma' dan l-inkarigu.
Jista' il-Ministru jgħid f'liema dipartimenti fil-ministeru tiegħu saret l-għażla ta' Green Leaders?
Saret sejħa għall-applikazzjonijiet fid-dipartimenti konċernati?
Xi kwalifiki għandhom dawn il-persuni? Kemm se jitħallsu ta' dan ix-xogħol?
Hemm xi allowances marbuta ma' din il-pożizzjoni?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-Green Leaders ġew nominati mis-Segretarju Permanenti wara li ntalbu mis-Segretarju Prinċipali Ewlieni fl-uffiċċju tal-Prim Ministru.
M'hemm l-ebda ħlas jew allownaces marbuta ma' dan l-inkarigu.
Jista' il-Ministru jgħid f'liema dipartimenti fil-ministeru tiegħu saret l-għażla ta' Green Leaders?
Saret sejħa għall-applikazzjonijiet fid-dipartimenti konċernati?
Xi kwalifiki għandhom dawn il-persuni? Kemm se jitħallsu ta' dan ix-xogħol?
Hemm xi allowances marbuta ma' din il-pożizzjoni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-green leaders ġew nominati mis-Segretarju Permanenti wara li ntalbu mis-Segretarju Prinċipali Ewlieni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
M'hemm l-ebda ħlas jew allowances marbuta ma' dan l-inkarigu.
Jista' il-Ministru jgħid f'liema dipartimenti fil-ministeru tiegħu saret l-għażla ta' Green Leaders?
Saret sejħa għall-applikazzjonijiet fid-dipartimenti konċernati?
Xi kwalifiki għandhom dawn il-persuni? Kemm se jitħallsu ta' dan ix-xogħol?
Hemm xi allowances marbuta ma' din il-pożizzjoni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-green leaders ġew nominati mis-Segretarji Permanenti wara li ntalbu mis-Segretarju Prinċipali Ewlieni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
M'hemm l-ebda ħlas jew allowances marbuta ma' dan l-inkarigu.
Jista' il-Ministru jagħti data preċiża ta' meta se jingħataw ir-refunds dwar il-ħlas tal-liċenzja tas-satelliti li kienu diġa' tħallsu matul is-sena li għaddiet?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-proċess tar-rifużjoni ta' l-imsemmija liċenzja tas-satellita ilu li nbeda, u sa llum 4,700 persuna irċevew lura l-ħlas tal-liċenzja.
Id-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi tal-Ministeru, korrentement qiegħed ikompli b'dan il-proċess bl-iskop li l-pagamenti kollha dovuti isiru fl-iqsar żmien possibli.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 9591 u 9861 u l-ittra maħruġa mill-Kummissarju tal-Pulizija bil-każ nru. LW/38/2004, minħabba li r-raġuni mogħtija mill-Kummissarju tal-Pulizija mhix ċara, jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti r-raġuni ewlenija għaliex it-talba tal-persuna għal-liċenzja ta' gwardjan lokali ma ġietx milqugħa sabiex il-persuna tkun tista' tħares l-interessi tagħha bil-liġi?
Response (BORG, TONIO)
Ma nħossx illi t-tagħrif mitlub għandu jkun ippublikat. Pero' jekk l-applikant imsemmi mill-Onorevoli Interpellant iħoss li jinħtieġ aktar tagħrif, nissuġerilu li jitlob lill-Kummissarju tal-Pulizija jagħtih it-tagħrif meħtieġ.
B'riferenza għall-applikazzjoni għal reserved parking bin-numru 596 quddiem l-awtorita' dwar it-trasport, jista' il-Ministru jagħti raġuni għaliex il-bord irrifjuta din it-talab? Jista' jgħid kif din it-talba ġiet rifjutata minkejja li l-ebda tabib ma żar lil din il-persuna b'diżabilita'?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari rigward l-applikazzjoni għal Reserved Parking bin-numru 596, ir-raġuni li din it-talba ma ġietx milqugħa hija li skond ir-rapport tat-tabib mehmuż ma' l-applikazzjoni, id-disabilità ta’ l-istess applikant mhux severa ħafna u ma jużax wheelchair.
Annessa ma' l-applikazzjoni kien hemm ir-rapport tat-tabib u dan intuża għall-fini ta’ l-ipproċessar ta’ l-applikazzjoni. Fil-każ li l-applikant ma jaqbilx ma' din id-deċiżżjoni, jistà jappella billi japplika għand il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni B’Diżabilità.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm dewmien esaġerat fl-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet għal reserved parkings għal persuni b 'diżabilita'?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Infurmat mid-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku li sal-14 ta' Jannar 2005 ma kienx hemm applikazzjonijiet pendenti għal Reserved Parking. Għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħidilna fuq liema bażi qed jagħmel din il-Mistoqsija.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed isiru żjarat mit-tobba waqt l-applikazzjonijiet għal reserved parking għal persuni b'diżabilita'?
Jekk dan mhux qed iseħħ, jista' il-Ministru jgħid kif il-bord qed jiddetermina dawn l-applikazzjonijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari, qed jiġi mgħarraf li ma' l-applikazzjoni, l-applikant jissottometti ċertifikat mit-tabib sabiex dan jintuża għall-fini ta' l-ipproċessar ta' l-istess applikazzjoni.
Jista' il-Minsitru jgħid kif saret l-għażla ta' green leaders?
Saret sejħa għall-applikazzjonijiet fid-dipartimenti konċernati? Xi kwalifiki għandhom dawn il-persuni? Kemm se jitħallsu ta' dan ix-xogħol?
Hemm xi allowances marbuta ma' dan l-impjieg?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul s'issa mit-taxxa ta' l-Eco Tax sa minn meta ġiet introdotta? Jista' jagħti rendikont f'liema fond dawn il-flus qed imorru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ ECO Contribution miġbura mill-1 ta’ Settembru 2004 sa l-aħħar ta’ Diċembru 2004 kien ta’ Lm370,844.57.
Dawn il-flus tpoġġew f’
Revenue Account Number
0338 –
ECO Contribution
li jinżamm mill-
Accountant General
.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 9909, jista' il-Ministru jgħid għaliex meta kien hemm offerta b'orħos prezz għall-istess servizz ingħatat dik aktar għolja bi kważi Lm500? Ma jaħsibx li din tmur kontra l-kunċett ta' value for money u mhix prattika viabbli?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li kien proprju minħabba l-kunċett ta’ value for money li ntgħażlet din l-offerta. Dan għaliex value for money fih żewġ elementi : is-servizz offrut u l-prezz. Ninsab infurmat illi l-kumpanija li tefgħet l-offerta bl-orħos prezz ma tiggarantixxix il-livell ta’ servizz mixtieq. Għalhekk intgħażlet il-kumpanija li tefgħet it-tieni orħos prezz imma bil-livell ta’ servizz mixtieq garantit.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9591, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex minkejja li nqabeż iż-żmien dovut bil-liġi fejn il-kummissarju irid jagħti risposta fuq il-ħruġ ta' din il-liċenzja numru 38/04 għal gwardjan lokali, sal-lum din għadha ma ħarġitx?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-applikant li saret referenza għalih mill-Onorevoli Interpellant ser ikun infurmat bl-eżitu ta' l-applikazzjoni tiegħu fil-futur qarib.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu l-kuntratturi u l-offerti tagħhom għat-tender għall-ġarr ta' pajpijiet u ħadid ta' l-armar tal-Karnival?
Minn dawn l-offerti, liema waħda ntgħażlet u x'kienu r-raġunijiet għalfejn intgħażlet din l-offerta u mhux l-orħos waħda kif titlob il-prattika?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi d-dettalji li talab l-Onor interpellant jinsabu fit-tabella li tidher hawn taħt. Fil-għażla ta’ offerti jittieħdu in konsiderazzjoni diversi kriterji inkluż il-prezz u s-servizz offrut fil-passat. Għalhekk jista’ jagħti l-każ li, bħalma ġara din id-darba, ma tintgħażilx l-orħos offerta.
Tabella li turi l-Offerti dwar Ġarr ta’ Materjal
għall-Karnival ta’ Malta 2005
Kuntrattur
Prezz
Għażla
Ta’ Pina Professional Transport
Lm2,700
Mhux magħżul
Borg Brothers
Lm 3,450
Mhux magħżul
Frans Borg Transport
Lm 3,145
Magħżul
Jista' il-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża tal-ħsara li rriżultat minħabba l-ilma tax-xita li daħal fl-uffiċini tal-bord ta' l-appell fil-MEPA? Jista' jgħid min kienu l-perit u l-kuntratturi inkarigati minn dan ix-xogħol? X'passi ttieħdu biex tiġi msewwija din il-ħsara u jiġu rranġati n-nuqqasijiet li kien hemm fil-bini ta' dawn l-uffiċini?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-ispiża tal-ħsara li rriżultat minħabba l-ilma tax-xita li daħal fl-uffiċini tal-Bord ta’ l-Appell fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kienet tammonta għal madwar LM 3,000 (tlett elef lira Maltin).
Il-perit inkarigat minn dan ix-xogħol kienu l-uffiċċju tal-periti Cassar, Grech and Ebejer u bħala kuntratturi, il-kumpanija AX Construction Ltd.
Din il-ħsara kienet ikkaġunata minn sadd fil-culverts b’materjal li kien akkumula. Ser jittieħdu l-passi neċessarji biex dan ikun evitat.
Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' l-introduzzjoni tal-green wardens? X'inhuma l-problemi biex dawn jiġu fis-seħħ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-Kabinett approva fil-prinċipju l-Emendi fl-Att għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent biex ikun hemm regolamenti li jipprevjenu r-rimi ta’ skart bl-addoċċ u l-infurzar ta’ pieni aktar ħorox għal min iħammeġ.
Bħalissa għaddej proċess ta’ diskussjoni ma’ l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali sabiex isir il-qafas legali għall-introduzzjonita’ l-infurzar u l-immaniġġjar ta’ dawn ir-regolamenti.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Wasteserv għandhiex statistika dwar l-ammont ta' materjal ta' asbestos li hemm maħżun fl-isptarijiet, fil-power station, Malta Drydocks, Malta Shipbuilding u fil-fabbriki?
X'inhi l-istrateġija biex dan il-materjal jitneħħa gradwalment mingħajr il-periklu għas-saħħa tal-ħaddiema fuq dawn il-postijiet tax-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) qiegħda fil-proċess li tiġbor statistika rigward l-asbestos għar-rimi li hemm maħżun fil-postijiet imsemmija fil-mistoqsija parlamentari.
Fuq it-tieni parti tal-mistoqsija dwar it-tneħħija ta' dan il-materjal għandha tiġi ndirizzata lill-Ministru kkonċernat.