Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru ta' l-Affarijiet Rurali u Ambjent — Tenders

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jippreżenta lista bin-numru ta' tenders u offerti li nħarġu bejn April 2003 s'issa? Jista' ukoll jelenka l-ismijiet tal-kumpanniji u ndividwi li ngħataw dawn l-offerti u jgħid xi ħlasijiet ħadu mill-ministeru u l-awtoritajiet, dipartimenti u aġenziji fi ħdanu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Peress li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tirrikjedi ħafna xogħol biex tinġabar l-informazzjoni jista’ l-Onor. Interpellant jkun aktar speċifiku dwar xi każijiet speċifiċi li jista’ jkollu f’moħħu.

Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Safar

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jelenka f'lista n-numru ta' safriet minn persuni, uffiċjali f'dipartimenti, aġenziji u awtoritajiet fi ħdan il-ministeru bejn April 2003 s'issa? Jista' jelenka l-ismijiet ta' dawk li siefru, f'liema post u l-iskop ta' dan is-safar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għada qed tinġabar, tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

WSC — Meters tad-dawl

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu s'issa dawk il-familji jew individwi li bbenefikaw mir-refund fuq il-ħlas ta' l-istallazzjoni tal-meter tad-dawl wara li daħlu s-sistema ta' solar water heating fir-residenza tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Jinea nfurmat li dawk il-familji jew individwi li bbenefikaw mir-refund fuq il-ħlas ta' l-istallazzjoni tal-meter tad-dawl wara li daħlu s-sistema ta' solar water heating fir-residenza tagħhom kien ta' 124.

Enemalta — Refunds fuq kontijiet tad-dawl

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jelenka n-numru ta' nies jew fabbriki jew kumpaniji li qed jingħataw skont lura jew refund fuq id-dawl minħabba li fid-djar, fabbriki jew postijiet oħra stallaw sistemi ta' enerġija differenti u qed jitfgħu lura l-elettriku fil-grid tal-korporazzjoni Enemalta? Kemm huwa dan is-sussidju? Xi spejjeż oħra relatati ma twaħħil ta' meters ġew mitluba li jħallsu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Sistema ta' enerġija elettrika permezz tar-riħ

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi taħditiet mill-korporazzjoni Enemalta ma investituri li jixtiequ jiżviluppaw sistema ta' enerġija ta' l-elettriku permezz tar-riħ? Jista' jgħid fiex kienu jikkonsistu dawn it-taħditiet? Kien hemm xi forma ta' qbil fuq il-proposta tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Imdina Road

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex fil-parti ta' Triq l-Imdina fejn qed isir ix-xogħol twaħħlu tabelli li jindikaw li dawk ir-residenti li joqogħdu fi Triq Ġuże Cardona u l-housing estate tal-madwar iridu jibqgħu telgħin sa Ħaż-Żebbuġ u wara jerġgħu jinżlu Ħal Qormi biex joħorġu u jidħlu lura ħdejn djarhom? Jaqbel li dan se joħloqilhom inkonvenjent qawwi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tabelli li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant twaħħlu qabel ma' bdew ix-xogħlijiet fi Triq l-Imdina meta t-triq kienet għadha “dual carriageway” u jirriflettu dak l-arranġament ta’ traffiku. Il-vetturi li joħorgu minn Triq Guże Cardona jistgħu jiksru l' isfel lejn Ħal Qormi u għaldaqstant il-marki tal-karreġġata qed jindikaw dan l-arranġament. Il-kuntrattur responsabli tax-xogħlijiet ser jieħu l-passi meħtiega biex jitgħattew dawn is-sinjali.

Magħtab — Scott Wilson Report

Question

Minħabba l-interess nazzjonali, jista' il-Ministru jippreżenta kopja tad-dokument sħiħ ta' l-iScott Wilson report dwar il-Magħtab lill-oppożizzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Minerals Resources Assessment Report

Question

Minħabba l-interess nazzjonali, jista' il-Ministru jippreżenta kopja tad-dokument sħiħ tal-minerals resources assessment report lill-oppożizzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Universita' ta' Malta — VIP parking area

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-VIP parking area ta' l-Universita' ta' Malta hijiex riżervata wkoll għall-membri parlamentari?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Membri tal-Parlament jistgħu jużaw il-'VIP parking area' meta jkunu fuq żjarat uffiċjali fl-Universita'.

Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Konsulenti

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jindika l-ammont ta' flus li tħallsu f'konsulenzi mill-gvern bejn April 2003 s'issa? Jista' ukoll jelenka l-ismijiet tal-konsulenti mqabbda mill-ministeru u l-awtoritajiet, dipartimenti u aġenziji fi ħdanu u jgħid xi ħlasijiet ħadu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma nistax nagħti l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-Mistoqsija. Dwar it-tieni parti, jista’ l-Onor. Interpellant jispeċifika għall-liema perjodu eżatt jeħtieġ l-informazzjoni

Impjant ta' Sant'Antnin — EIA

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10528 u cioe' jgħid kif saret l-għażla tal-kumpannija biex isir l-EIA dwar l-impjant ta' l-iskart f'Sant'Antnin? Jista' jgħid kemm intefgħu offerti? Kemm kienu jammontaw? X'konsiderazzjonijiet ittieħdu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-għażla tal-kumpanija biex isir l-Environment Impact Assessment (EIA) dwar l-impjant ta’ l-iskart f’Sant Antnin saret permezz ta’ sejħa għall-offerti b’Avviż numru WSM/011/2003 tal-kumpanija Wasteserv Malta Ltd fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tas-7 t’Ottubru 2003, liema sejħa għalqet fit-30 t’Ottubru 2003. Għal din is-sejħa ntefgħu żewġ offerti minn l-SLR Environmental u l-Adi Associates. L-offerta tal-kumpanija Adi Associates kienet ta’ Lm 43,693.80. Il-kumpanija SLR Environmental tefgħet żewġ offerti alternattivi, l-ewwel waħda għas-somma ta’ Lm 86,620, u t-tieni waħda għas-somma ta’ Lm 52,180. Minħabba li l-irħas offerta ma ssodisfatx il-kundizzjonijiet kollha tat-tender, l-SLR Environmental ġew ikkommissjonati biex jagħmlu dan ix-xogħol skond ir-rati stabbiliti fl-offerta. Il-konsiderazzjonijiet li ttieħdu huma dawk stipulati fis-sejħa għall-offerti.

Protokol ta' Kyoto

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu s'issa biex jiġu mplimentati l-obbligi tal-protokol ta' Kyoto apparti? X'infuzar sar s'issa fuq dawn l-obbligi internazzjonali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Għalkemm Malta hi firmatarja tal-Protokoll ta’ Kjoto, taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bdil fil-Klima Malta ma hiex imniżżla f’Anness Numru 1, u għalhekk ma għandha l-ebda obbligazzjonijiet biex tillimita jew tnaqqas il-livelli ta’ emmissjonijiet ta’ gassijiet serra taħt il-Protokoll ta’ Kjoto.

Ħal Qormi — Stallazzjoni ta' lift f'appartament tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid fiex waslu l-proċeduri għall-istallazzjoni ta' lift fi block 6, fi Triq il-Fontanier, f'Ħal Qormi minħabba li f'dan il-block jgħixu persuni b'diżabilita'? Tista' tgħid meta se jinbeda dan ix-xogħol meħtieġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, fis-16 ta' Frar 2005, l-Awtorita' tad-Djar applikat lill-MEPA għal permess biex jiġi stallat il-lift li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant. Hekk kif joħroġ il-permess l-Awtorita' tkun tista' tipproċedi bil-ħruġ tas-sejħa għall-offerti għall-istallar tal-lift.

Liċenzji tas-sewqan — Testijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għamlu t-test għal-liċenzja tas-sewqan mill-1 ta' Mejju li għadda u kemm minn dawn weħlu minn dan it-test?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

In-numru ta’ persuni li għamlu t-test għal-liċenzja tas-sewqan mill-1 ta’ Mejju 2004 sa l-aħħar ta’ Jannar 2005 kien ta’ 4632. In-numru ta’ dawk li weħlu mit-test kien ta’ 2536.

Liċenzji tas-sewqan — Testijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed imexxu dawn it-testijiet għal-liċenzja tas-sewqan? Xi kwalifiki għandhom u x'taħriġ jingħataw biex jagħmlu dan ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi hemm sitt persuni li qed imexxu t-testijiet għall-liċenzja tas-sewqan. Dawn ġew impjegati wara li saret sejħa pubblika mall-ETC u ġew magħżula fuq kriterji ta' adattabilita' u ħadu taħriġ professjonali skond il-kriterji li ħarġu mill-Awtorita'.

Liċenzji tas-sewqan — Testijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex kiber b'mod allarmanti n-numru ta' persuni li mhux qed jikkwalifikaw minn dan it-test għal-liċenzja tas-sewqan? Jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-istatistika li turi xahar b'xahar matul din l-aħħar sena l-persentaġġi ta' dawk li għaddew minn dan it-test?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

F’Mejju 2004 ġie introdott f’Malta u Għawdex, test tas-sewqan tal-prattika’ li huma kompatibbli ma' l-Istati Membri l- oħra ta’ l-Unjoni Ewropeja. Skond il-Ħames skeda ta’ l-avviż legali 191 ta’ l-2002, amendata b’Avviż Legali 14 ta’ l-2004 (S.L. 65.18), dan it- test jikkonsisti f’mhux anqas minn 25 minuta ta’ sewqan fit-triq għall-kategorija ta’ muturi u karozzi u 45 minuta għall-vetturi l-oħra. Dan ma jinkludix l-ewwel kuntatt ma’ l-applikant, il-preparazzjoni tal-vettura, il-verifika teknika tal-vettura, il- manuvri speċjali u l-għoti tar-riżultat tat-test tal-prattika’. Għalhekk it-test jirrekjedi preparazzjoni intense mill-applikant. Fil-fatt qiegħed jirriżulta li l-kandidati prospettivi mhux qegħdin ikunu ppreparati sewwa u b’hekk qed jsiru ħafna żbalji u nuqqas ta’ osservazzjonijiet waqt il-manuvri tas- sewqan. Persentaġġi ta’ persuni li għaddew mit-test (minn Mejju 2004 sa Jannar 2005) li jikkomparaw fil-qrib ma' pajjiżi oħra ta’ l-Unjoni Ewropea: XHAR/SENA PERSENTAĠĠ MEJJU 2004 47.75 ĠUNJU 2004 57.35 LULJU 2004 57.53 AWISSU 2004 43.19 SETTEMBRU 2004 46.87 OTTUBRU 2004 36.42 NOVEMBRU 2004 26.95 DIĊEMBRU 2004 41.59 JANNAR 2005 43.92

Licensing & Testing Department — Tiġdid ta' liċenzji tas-sewqan

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex fl-aħħar ġranet ta' kull xahar qed ikun hemm kjuwijiet ta' persuni li jridu jġeddu l-liċenzja tagħhom? Jista' jgħid għaliex il-poplu qed jiġi mġiegħel iħallas iktar għal inqas effiċjenza minn din l-awtorita'?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-Awtorita’ dwar it-Trasport dejjem tfakkar lil dawk il-persuni li ser jġeddu il-liċenzja tagħhom sabiex ma jħallux għall-aħħar tax-xhar u jaħsbu kmieni. Sabiex iġġedded il-liċenzja m’hemmx għalfejn tiġi id-Direttorat personalment iżda tista wkoll tuża xi wieħed minn dawn il-metodi. 1. Tibgħat bil-posta lil-ADT l-polza ta’ l-assigurazzjoni flimkien ma’ cheque (u jekk ikun meħtieġ il-VRT test) u tirċievi l-liċenzja mġedda lura bil-posta jew 2. Tawtorizza lill-aġenzija ta’ l-assigurazzjoni biex għan-nom tiegħek tħallas il-liċenzja tal-vettura. Il-poplu mhux qiegħed jkun mġiegħel jħallas aktar għaliex m’hemm l-ebda ħlas żejjed fir-rigward tal-liċenzji tal-vetturi. Il-ħlas tal-liċenzji tal-vetturi ilhom ma jogħlew mis-sena 1997.

ADT — Liċenzji tas-sewqan

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema kienu dawk il-fees ġodda relatati mal-ħlas tal-liċenzji li ġew introdotti mill-awtorita' dwar it-trasport u kemm kienet iż-żieda ta' ħlasijiet fuq dawk li kien hemm?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L’uniku fee ġdid relatat mall-ħlas tal-liċenzji tal-vetturi huwa dak ta’ Lm15 u dan jiġi mitlub biss meta l-ħlas tal-liċenzja tal-vettura titħallas wara xahar li tkun skadiet il-liċenzja.