Legislature:
Category:
Reset
Active:

Testijiet tal-liċenzji tas-sewqan

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex persuni li qed jeħlu mit-test tal-liċenzja tas-sewqan qed joffrulhom li jerġgħu jitilgħu għat-test fil-ġurnata tas-Sibt li jkun imiss fejn qed jintalbu aktar fees minħabba overtime tal-learners u l-persuni li jmexxu dawn it-testijiet? Jista' jgħid kemm huma l-fees relatati mat-test tal-liċenzja tas-sewqan? Jista' jgħid jekk hemmx xi ħlasijiet extra minħabba overtime li jsir minn dawn il-ħaddiema?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Id-Direttorat tal-Liċenzji u Testijiet mhux qed iġiegħel lil min jeħel mit-test tas-sewqan biex jerġa' jitla' għat-test fil-ġurnata tas-Sibt. Kandidati li jeħlu u jkunu jixtiequ jerġgħu jersqu għat-test mingħajr dewmien, qed tingħatalhom l-opportunita' li bi ħlas ‘extra’ ta’ Lm 10 jkunu jistgħu jersqu għat-‘test’ is-Sibt. Dan qed isir fuq talba li r-rappreżentanti tal-‘Motoring Schools’ għamlu mad-Direttorat.

Toroq — Asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11398 u cioe' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista tat-toroq mhux asfaltati li saru f'kull lokalita' matul dawn l-aħħar tliet snin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Riżorsi u Infrastruttura — Trasferiment ta' impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk f'dawn il-jiem kienx hemm xi trasferimenti ta' ħaddiema fl-impjieg ta' watchman f'diversi postijiet li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Jista' jgħid x'kienu l-kriterji li bihom ġew magħżula dawn il-persuni? Jista' jgħid jekk l-għażla ta' dawn il-persuni li ġew trasferiti kenitx minħabba motivazzjoni politika?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li riċentament sar trasferiment ta' numru ta' ħaddiema li kienu jagħmlu xogħol ta' Watchman, fejn dawn ġew allokati xogħol skond il-grad tagħhom. Il-kriterji li bihom ġew magħżula dawn il-persuni, kienu jifformaw parti minn eżerċizzju li twettaq dan l-aħħar, sabiex in-numru ta' ħadddiema fuq xogħol ta' Watchman ikun kompatibbli man-numru ta' siti li jinħtieġlu dan is-servizz. Fl-istess eżerċizzju ġew identifikati wkoll xi siti li ma jaqgħux taħt ir-responsabilta' diretta tat-Taqsima tax-Xogħlijiet u li kienu koperti bis-servizz ta' Watchman mill-istess Taqsima. Dan l-eżerċizzju sewa wkoll sabiex ħtiġijiet ta' mpjegati li kellhom diversi sezzjonijiet fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet imtlew bil-ħaddiema li ġew trasferiti riċentament. Ir-risposta għat-tielet parti tad-domanda hija fin-negattiv.

Enemalta/WSC — Meters

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-Enemalta u l-WSC introduċiet policy ġdida fir-rigward ta' stallar tal-meters tad-dawl u ta' l-ilma ta' drive-ins u front gardens fejn is-sidien qed jiġu mitluba li dawn il-meters jeħlu 'l barra mill-bini? Jikkonferma l-Ministru li din il-proċedura se tagħti lok għal aktar abbuż? Jaqbel il-Ministru li se jinħoloq inkonvenjent akbar għas-sidien ta' dawn id-drive-ins u front gardens meta l-meters mhux se jkunu taħt il-kontroll assolut ta' dawn is-sidien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċedura li meters tal-ilma jitwaħħlu f'postijiet qrib il-building lines f'binjiet li fihom drive-ins u front gardens saret propju sabiex jitnaqqas il-possibilta' ta' abbuż billi xi ħadd seta' jagħmel by pass fuq is-servizz tal-ilma qabel il-meter u b'hekk ikun jista' jinsteraq l-ilma. Dan l-abbuż ikun ferm akter diffiċli jekk il-meter ikun imwaħal malli tibda l-propjeta' privata. Barra minn hekk il-Korporazzjoni qed issibha diffiċli biex tikkontrolla leakages f'propjeta' privata qabel il-meter, filwaqt li l-proċedura ta' kif jiġu nstallati meters ta' l-elettriku tirrekjedi li jiġu nstallati ġewwa u mhux barra.

Enemalta/WSC — Meters

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-policy il-ġdida ta' l-Enemalta u l-WSC dwar it-twaħħil tal-meters fi drive-ins u front gardens hux se tiġi applikata fuq servizzi li kienu diġa' imwaħħla fl-antik?

Response (GATT, AUSTIN)

B'zieda ma' l-informazzjoni li nghatat fir-risposta ghall-mistoqsija parlamentari numru 11532, ninsab infurmat li l-Korpoazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma ghandha l-hsieb li l-meters li qeghdin f'pozizzjoni l'boghod mit-triq jinhargu kollha vicin tat-triq minn fejn wiehed jidhol fil-propjetajiet li ghandhom is-servizz ta' l-ilma u li ghandhom drive-in jew front garden. Naturalment, dan mhux process li jista jsir f'daqqa u jrid jiehu tul ta' zmien.

Power Stations — Chlorine/chlorine dioxide

Question

Jista' il-Ministru jirrpovdi breakdown ta' l-ammonti ta' chlorine u chlorine dioxide li ntużaw bħala bioċidi mill-power stations tal-Marsa u Delimara rispettivament matul is-snin 1990 sa l-2004?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li tipikament 26 tunnellati ta' Chlorine kienu jintużaw kull sena mindu bdiet taħdem il-Power station ta' Delimara fl-1992 sa l-aħħar tas-sena tat-2002. Minn Marzu 2003 sa Diċembru 2004 beda jintuża Chlorine Dioxide bir-rata ta' 2.8 tunnellata fis-sena. Fil-power station tal-Marsa bejn l-1990 u Ġunju tal-2000 kienu jintużaw xi 20 tunnellata ta' Chlorine kull sena. Minn Ġunju tal-2000 beda jonqos l-użu tal-Chlorine u bejn l-2001 u nofs ta' l-2004 ma ntuża xejn Chlorine għax kienu qed jiġu ttestjati prodotti oħra. Minn nofs is-sena 2004 il-quddiem beda jintuża xi 13.8 kg ta' Chlorine Dioxide kuljum.

Power Stations — Nitrogen Oxides

Question

Jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' l-ammonti ta' nitrogen oxides li ħarġu bħala emissjonijiet mill-power stations tal-Marsa u Delimara rispettivament matul is-snin 1990 sa l-2004?

Response (GATT, AUSTIN)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra meta jerġa' jiltaqa' l-Parlament.

Power stations — Volatile organic compounds

Question

Jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' l-ammonti ta' volatile organic compounds (VOCs) li ħarġu bħala emissjonijiet mill-power stations tal-Marsa u Delimara rispettivament matul is-snin 1990 sa l-2004?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-ammonti ta' volatile organic compounds li joħorġu mill-power station tal-Marsa huma negliġibbli u ma jiġux mkejla.

Delimara: Power Station — Monitoraġġ ambjentali

Question

Jista' il-Ministru jinformana dwar x'monitoraġġ ambjentali qed isir fir-rigward tal-power station f'Delimara?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li ċ-ċmieni tal- power station ta' Delimara huma mgħammra b'apparat li janaliżża l-gas li jkun ħiereġ. Il-gassijiet mkejla huma NOx, SOx, CO, CO2 u O2 u wkoll il-particulates. Hemm wkoll apparat simili fuq il-boilers bħala parti mis-sistema ta' kontroll ta' l-istess boilers fejn il-livell ta' CO, CO2 u O2 jiġi mkejjel biex jiġi ottimiżżat il-proċess tal-ħruq. L-emissions miċ-ċmieni jiġu wkoll iċċekjati perjodikament permezz ta' apparat li jista jinġarr. Emissions għal ġol-baħar wkoll jiġu mkejla perjodikament u kampjuni jintbgħatu fl-laboratorji indipendenti biex jiġu analiżżati.

Delimara: Power station — Flue gas desulphurisation

Question

Jista' il-Ministru jinformana dwar jekk hemmx ħsieb li tiġi mplimentata teknoloġija ta' flue gas desulphurisation (FGD) fir-rigward tal-power station ta' Delimara? Jekk le, jista' jispjega għaliex u x'alternattivi qed jintużaw?

Response (GATT, AUSTIN)

L-ammonti ta' sulphur oxides li tipproduċi power station jistgħu jiġu kontrollati jew billi jintuża żejt li jkun fih ammont inqas ta' sulphur jew billi jiġi mnaddaf il-gas li joħroġ miċ-ċumnija permezz ta' trattament apposta. L-Enemalta temmen li huwa iktar ekonomiku li jiġi evitat il-produzzjoni tal-SOx milli jsiru investimenti sostanzjali f'apparat kapitali biex jitnaddaf il-gas li joħroġ miċ-ċumnija. Għal dan il-għan l-Enemalta diġa qed tuża żejt b'Sulphur content ta' 1%. Barra minn dan ikun hemm spejjez rikorrenti kbar biex titħaddem is-sistema tat-tindif u biex il-prodotti li jibqa jitwarrbu b'mod li ma ssirx ħsara. Apparat tat-tindif irid wkoll spazju sostanzjali u allura ftit li xejn jista' jiġi akkomodoat fil-power stations.

Fabbriki/Intrapriżi industrijali — Ċertifikazzjoni internazzjonali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn fabbriki jew intrapriżi industrijali li għandhom ċertifikazzjoni internazzjonali, bħal EMAS jew ISO1401? Jista' jgħid liema huma dawn l-intrapriżi industrijali?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Commuted parking payment scheme

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet minn kunsilli lokali għal commuted parking payment scheme? Liema kienu dawk il-kunsilli lokali li xtaqu jdaħħlu din is-sistema? Jista' jgħid fiex waslu l-proċeduri meħtieġa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Wasteserv — Tenders

Question

Jista' il-Ministru jippreżenta l-lista ta' tenders li nħarġu bejn April 2003 s'issa mill-Wasteserv? Min ħa dawn it-tenders u kemm kienu jammontaw?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għada qed tinġabar, tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Toroq — Asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11228 u cioe' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista tat-toroq mhux asfaltati li saru f'kull lokalita' matul dawn l-aħħar tliet snin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Safar

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11231 u cioe' ġentilment jelenka f'lista n-numru ta' safriet minn persuni, uffiċjali f'dipartimenti, aġenziji u awtoritajiet fi ħdan il-ministeru bejn April 2003 s'issa? Jista' jelenka l-ismijiet ta' dawk li siefru, f'liema post u l-iskop ta' dan is-safar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ safriet minn persuni u uffiċjali fi ħdan il-Ministeru minn April 2003 sa l-aħħar ta’ Frar 2005 huwa kif gej: Agrikoltura - 393 Sajd - 86 Żvilupp Rurali - 41 Ambjent - 49 Biċċerija - 115 Director of Review - 4 Ninsab ukoll infurmat li s-safriet li saru minn impjegati ta’ l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) bejn April 2003 s'issa kienu 305, li minnhom 234 kienu fuq ambjent, 33 kienu relatati ma’ Ppjanar u 38 kienu jkopru suġġetti oħra. Is-safriet li saru minn impjegati tal-kumpanija Wasteserv Malta Co Limited bejn April 2003 s'issa kienu 26. Numru kbir ta’ safriet ta’ l-uffiċjali f’dan il-Ministeru huma marbuta mal-ħidma ta’ pajjiżna bħala membru ta’ l-Unjoni Ewropea, u għalhekk l-ispejjeż tas-safar huma ntitolati għal rifużjoni mill-Kummissjoni Ewropea. Tajjeb ukoll li l-Onor. Membru japrezza wkoll li dawn iż-żewġ setturi jingħataw l-akbar priorita’ fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

Enemalta — Kontijiet tad-Dawl u l-Ilma

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11234 u cioe' jelenka n-numru ta' nies jew fabbriki jew kumpaniji li qed jingħataw skont lura jew refund fuq id-dawl minħabba li fid-djar, fabbriki jew postijiet oħra stallaw sistemi ta' enerġija differenti u qed jitfgħu lura l-elettriku fil-grid tal-korporazzjoni Enemalta? Kemm huwa dan is-sussidju? Xi spejjeż oħra relatati ma twaħħil ta' meters ġew mitluba li jħallsu?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li bħalissa l-Enemalta għandha tlett konsumaturi li stallaw sistemi ta' enerġija differenti u qed jitfgħu jew ħa jitfgħu lura l-elettriku fil-grid tal-Korporazzjoni Enemalta. Tnejn minnhom f'Malta (Domestiku u kummerċjali) u wieħed f'Għawdex (Domestiku). Jingħata 2 cents għal kull unit li jintefgħa lura fil-grid tal-Enemalta. L-ispejjeż relatati ma twaħħil ta' meters huma ta' Lm20 għal kull applikazzjoni.

Enemalta — Sistema ta' enerġija elettrika

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11235 u cioe' jgħid jekk hemmx xi taħditiet mill-korporazzjoni Enemalta ma' investituri li jixtiequ jiżviluppaw sistema ta' enerġija ta' l-elettriku permezz tar-riħ? Jista' jgħid fiex kienu jikkonsistu dawn it-taħditiet?Kien hemm xi forma ta' qbil fuq il-proposta tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Lampi ġodda

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11236 u cioe' jgħid kemm twaħħlu lampi ġodda matul din l-aħħar sena? Kemm kienet tammonta l-ispiża fuq din l-istallazzjoni ġdida?

Response (GATT, AUSTIN)

Minn meta saret id-devoluzzjoni tat-tidwil tat-Toroq lill-Kunsilli Lokali, fis-sena 2004 l-Enemalta waħħlet biss sitt lampi ġodda fil-Belt Valletta u ħamsa oħra fil-Fgura. Dawn kienu parti minn proġetti li kienu ġa mibdija qabel ma seħħet id-devoluzzjoni. L-ispiża totali, inkluża dik ta' tqegħid ta' Cables taħt l-art, laħħqet is-somma ta' Lm8944.

Settur privat — Applikazzjonijiet għal SME's

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw persuni jew kumpaniji mis-settur privat fl-iskema ta' bini ta' spazju għal SME's skond il-guidelines maħruġa mill-MEPA? Kemm-il persuna ffirmaw l-agreement mal-ministeru s'issa? Fejn huma l-postijiet li qed issir din it-talba fihom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infumat li l-postijiet li qed issir it-talba għalihom huma kif jidhru pubblikament fuq is-sit tal-MEPA taħt SME Industrial Parks.