Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qormi — Triq il-Wied

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 11548 u 11956 u jgħid x'qed iżomm lill-ADT milli jibda x-xogħol ippjanat iktar minn sena ilu fi Triq il-Wied f'Ħal Qormi, li jinkludi l-bini mill-ġdid tal-footbridgeli twaqqa' fl-għargħar ta' l-2003, it-twaqqigħ tal-bridge eżistenti u l-bini ta' pelican crossing road hump, u l-bini ta' culvert ta' madwar 1km? Jista' jgħid għaliex għal dan ix-xogħol, li kien approvat mill-ministru ta' qablu, sal-lum ħarġet tender waħda uffiċjali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

B'referenza għax-xogħlijiet msemmija mill-Onorevoli Interpellant ninsab infurmat li d-Direttorat qed ihejji program għall-bini ta' toroq ġodda kif ukoll għax-xogħol ieħor ta' dan il-qasam. Iż-żewġ tenders li għadhom ma ħarġux se jiġu ippublikati skond il-prijoritajiet li jirriżultaw. Rigward it-tender għat-twaqqieh tal-bridge eżistenti li ġiet ippublikata f'Marzu 2004, wara li saru diskussjonjiet mall-Kunsill Lokali ġie dċiż li dan ix-xogħol ma jibdiex qabel ma jinħarġu it-tenders l-oħra.

Power stations — Fly ash

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11704 u jipprovdi breakdown ta' l-ammont annwali ta' fly ash iġġenerat mill-power stations tal-Marsa u ta' Delimara rispettivament għal perjodu li jibda mill-1990 sa 2004?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Power stations — Heavy fuel oil/gasoil

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11703 u jgħidilna kemm kienet l-ispiża għax-xiri ta' heavy fuel oil u gasoil rispettivament għal użu fil-power stations tal-Marsa u ta' Delimara għall-perjodi 2002/2003 u 2003/2004? X'differenza għamlet f'termini ta' spiża l-introduzzjoni ta' low-sulphur fuels għal użu fil-power stations?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kontravvenzjonijiet — Ħmieġ tal-klieb

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħarġu kontravvenzjonijiet relatati mal-ħmieġ tal-klieb fit-toroq matul din l-aħħar sena? Kemm minnhom saru mill-gwardjani lokali u kemm mill-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004, u din is-sena s'issa, il-Pulizija qabdet 17-il persuna bi ksur tar-regolament dwar ħmieġ tal-klieb. Infurmat ukoll illi matul is-sena 2004 u fl-ewwel tlett xhur ta' din is-sena kien hemm 12-il taħrika oħra li saru mill-gwardjani lokali dwar l-istess kontravvenzjonijiet.

Ċitazzjonijiet — Littering

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħarġu ċitazzjonijiet relatati ma' littering matul din l-aħħar sena? Kemm minnhom saru mill-pulizija u kemm mill-gwardjani lokali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004, u din is-sena s'issa, il-Pulizija qabdet 58 persuna bi ksur tal-Att dwar Żibel u Skart (Kap. 206). Infurmat ukoll illi matul is-sena 2004 u fl-ewwel tlett xhur ta' din is-sena l-gwardjani lokali ħarġu 66 taħrika fuq kontravvenzjonijiet relatati ma' littering.

Ċitazzjonijiet — Rimi ta' skart

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imħarrka persuni relatati ma' rimi ta' skart u kemm ġew ikkonfiskati vetturi ta' dawk li nqabdu jarmu matul din l-aħħar sena?

Response (BORG, TONIO)

B'żieda mat-tagħrif li jien tajt bi Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 12066 dwar id-Dipartiment tal-Pulizija, ninsab infurmat illi kien hemm vettura waħda li ġiet konfiskata. Infurmat ukoll illi l-gwardjani lokali ħarġu 16-il taħrika fuq kontravvenzjonijiet relatati ma' rimi ta' skart.

Qormi — Triq l-Imdina

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li fix-xogħol relatat ma' Triq l-Imdina, Ħal Qormi biswit il-ġnien Ġorġ Zammit f'Tal-Ħandaq, jinbena ċint żgħir li jifred it-triq minn mas-soft area eżistenti (kif hemm fil-parti t'isfel tal-ġnien u l-parking area) bħala lqugħ mill-vetturi li jgħaddu fl-inħawi, fuq talba ta' xi residenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Sea Malta — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12057 u jgħid kemm inħarġu promozzjonijiet lill-ħaddiema tal-kumpannija Sea Malta fil-grad ta' messaġġier mis-sena 2000 'il hawn? Jista' jagħti lista ta' dawn il-ħaddiema u d-data tal-promozzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li ma kien hemm l-ebda messaġġier li ħa 'promotion' mis-sena 2000 'l hawn.

Qormi — Triq San Ġwakkin

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12003 u jgħid meta d-direttorat tat-toroq beħsiebu jirranġa l-kantuniera li hemm fi Triq Attard, k/m Triq San Ġwakkin fejn tinsab l-art abbandunata li hemm fl-inħawi ta' Triq San Ġwakkin, Ħal Qormi, skond pjanta li qed tintbagħat separatament, sabiex il-vetturi jkunu jistgħu jgħaddu mingħajr periklu minn din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn site inspection li saret fit-toroq msemmija mill-Onorevoli Interpellant irriżulta li dawn it-toroq jinstabu f’kundizzjoni tajba u xi wħud minnhom kienu asfaltati riċentament. Rigward l-art li hemm fi Triq Attard k/m Triq San Ġwakkin, liema art tinsab barra mil-linja ta’ l-iżvilupp, it-toroq proposti skond l-scheme alignment tal-MEPA ikunu jistgħu jsiru wara li tiġi esproprjata l-art imsemmija, liema xogħol isir skond prijoritajiet li jirriżultaw lid-Direttorat u b’rabta ma’ żvilupp ieħor fl-inħawi.

Sea Malta — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inħarġu promozzjonijiet lill-ħaddiema tal-kumpannija Sea Malta fil-grad ta' messaġġier mis-sena 2000 'il hawn? Jista' jagħti lista ta' dawn il-ħaddiema u d-data ta' dawn il-promozzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Intrapriżi Industrijali — EMAS/ISO1401

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11680, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hawn fabbriki jew intrapriżi industrijali li għandhom ċertifikazzjoni internazzjonali, bħal EMAS jew ISO1401? Jista' jgħid liema huma dawn l-intrapriżi industrijali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li f'Malta hawn intrapriża waħda li għandha ċertifikazzjoni internazzjonali ta' l-EMAS. Din hija l-ST Microelectronics (Malta) Ltd. Rigward l-ISO 14001, l-Awtorita' Maltija dwar l-iStandards għandha informazzjoni li hawn Malta hawn tlett intrapriżi li għandhom din iċ-Ċertifikazzjoni. Dawn huma: ST Microelectronics (Malta) Ltd. Methode Electronics (Malta) Ltd. Trelleborg Dowty Malta

Qormi — Triq il-Vitorja

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-Enemalta tistax tapprova t-twaħħil ta' lampa ġdida fi Triq il-Vitorja, Qormi fl-inħawi fejn jinsab il-ħanut Rainbow stationary, minħabba li r-residenti qed jilmentaw minn nuqqas ta' dawl f'din il-parti tat-triq? Din it-talba diġa' kienet tressqet mill-kunsill lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Qormi — Triq San Ġwakkin

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta d-direttorat tat-toroq beħsiebu jirranġa l-kantuniera li hemm fi Triq Attard, k/m Triq San Ġwakkin fejn tinsab l-art abbandunata li hemm fl-inħawi ta' Triq San Ġwakkin, Ħal Qormi, skond pjanta li qed tintbagħat separatament, sabiex il-vetturi jkunu jistgħu jgħaddu mingħajr periklu minn din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Tipjip f'postijiet pubbliċi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ġew immultati s'issa, jew imressqa l-qorti, minħabba tipjip f'postijiet pubbliċi? Jista' jgħid kemm kien l-ammont s'issa ta' multi li nħarġu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn meta ġew fis-seħħ ir-Regolamenti ta' l-2004 dwar it-Tipjip f'Postijiet Miftuħin għall-Pubbliku, kien hemm 80 persuna li ġew imressqa l-Qorti bi ksur ta' dawn l-istess Regolamenti. Minn dawn, 23 kellhom il-każ deċiż u l-ammont ta' flus immultat kien jammonta għal Lm1,305.

Wied is-Sewda

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata mill-ġdid it-triq jew mogħdija li tinsab biswit l-irziezet li jinsabu fil-bidu ta' Wied is-Sewda - pjanta qed tintbagħat separatament - wara li kienet tkissret minħabba l-għargħar li seħħ f'Settembru 2003? Il-Ministru kien qal li se jirranġa dawn il-mogħdijiet iżda sal-lum dawn għadhom ma sarux.

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-manutenzjoni tat-triq jew mogħdijiet biswit l-irziezet li jinsabu fil-bidu ta’ Wied is-Sewda m’hix responsabilta’ tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.

Qormi — Triq l-Imdina - Culverts

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jitnaddfu l-culverts li hemm fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi (faċċata tal-pompa tal-petrol) minħabba intejjen li ħerġin minnhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li dawn il-culverts huma pjanati li jiġu mnaddfa fil-perjodu li ġej mid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika, hekk kif regolarment isir fil-perjodu ta’ wara ix-xitwa.

Qormi — Triq l-Imdina - Culverts

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11576 u cioe' jgħid meta hemm il-ħsieb li jitnaddfu l-culverts li hemm fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi - faċċata tal-pompa tal-petrol - minħabba l-intejjen li ħerġin minnhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li dawn il-culverts huma pjanati li jiġu mnaddfa fil-perjodu li ġej mid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika, hekk kif regolarment isir fil-perjodu ta’ wara ix-xitwa.

Qormi — Triq il-Wied - Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11548 u cioe' jgħid x'qed iżomm lill-ADT milli jibda x-xogħol ippjanat iktar minn sena ilu fi Triq il-Wied f'Ħal Qormi, li jinkludi l-bini mill-ġdid tal-footbridgeli twaqqa' fl-għargħar ta' l-2003, it-twaqqigħ tal-bridge eżistenti u l-bini ta' pelican crossing road hump, u l-bini ta' culvert ta' madwar 1km? Jista' jgħid għaliex għal dan ix-xogħol li kien approvat mill-ministru ta' qablu, sal-lum ħarġet tender waħda uffiċjali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

ADT — Qormi - Triq l-Imdina

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11572 u cioe' jgħid jekk fi Triq l-Imdina f'Ħal Qormi hemmx il-ħsieb li l-ADT tiżbogħ is-sinjali tal-parkeġġ mill-ġdid minħabba li dawk li kien hemm marru maż-żmien? Jista' jara jekk dan il-parkeġġ jistax isir forma ta' kaxxi, kif sar f'postijiet oħra, mhux sempliċement sinjal wieħed tul it-triq u b'hekk ikun hemm aktar kontroll u nuqqas ta' inkonvenjent għar-residenti li jgħixu fil-viċin u li għandhom il-garaxxijiet fl-inħawi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Dan il-każ ġie rapurtat lill-kumpanija responsabli għal road markings u b’hekk dawn is-sinjali tal-parkeġġi se jsiru mill-aktar malajr possibli. Rigward il-proposta li dan il-parkeġġ isir b’forma ta’ kaxxi, din se tiġi evalwata u kunsidrata.

Toroq — Asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 11228 u 11398 u cioe' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista tat-toroq mhux asfaltati li saru f'kull lokalita' matul dawn l-aħħar tliet snin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.