Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sqaq Awzara

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta t-triq fi Sqaq Awzara, biswit il-kamra tan-nar ta' San Gorg, se tiġi resurfaced mill-ADT?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li qegħdin isiru site inspections fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant biex ikunu jistgħu isiru l-istimi neċċessarji biex din it-triq tkun tista’ tiġi ikkunsidrata biex issir.

Qormi — Triq id-Deheb Fin

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk jistgħux jinbidlu ż-żewġ twieqi li hemm fil-bejt ta' blokk 6, Triq id-Deheb Fin, Qormi minħabba li waħda minnhom tinsab miksura u l-oħra ma tinfetaħx u b'hekk ma tistax tiġi mnaddfa mir-residenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.

Qormi — Triq id-Deheb Fin

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex fil-housing estate f'Ta' Farsina, partikolarment fi blokk X3 fi Triq id-Deheb Fin, Qormi r-residenti qegħdin ibatu minn pressa baxxa ta' l-ilma, minkejja li biddlu l-kanen kollha ta' l-appartamenti minn fuq s'isfel saħansitra ta' quddiem il-bieb? Jista' il-Ministru jgħid għaliex din il-problema bdiet isseħħ f'dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid x'miżuri qed jittieħdu mill-WSC?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li minn investigazzjoni li għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizi ta' l-Ilma jirriżulta li fil-Binja X3 fi Triq id-Deheb Fin, Farzina, m'hemmx problema ta' pressa baxxa. F'dawn l-aħħar xhur, il-Korporazzjoni ma rċevietx ilmenti mir-residenti dwar nuqqas ta' pressa. Jirriżulta wkoll li xi wħud mill-kanen ta' ġox-shaft jiġifieri fis-sistema tal-plumbing interna tal-konsumaturi huma tal-ħadid galvaniżżat u ma jidhrux li huma ġodda. Tajjeb li jingħad li dawn l-aħħar xhur kien hemm xi drabi li l-ilma ġo ta' Farżina ġie sospiż għal xi sigħat minħabba x-xogħolijiet tat-toroq il-ġodda li qed isiru ġo Mdina Road u anke Ħaż-Żebbuġ. Pero f'dawn il-każijiet ma ġietx affettwata Binja X3 biss imma ż-żona kollha.

Qormi — Persuna b'diżabilita'

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex ma ntlaqgħetx it-talba għal reserved parking quddiem blokk B, flat 4, Ta' Pascarella housing estate, Qormi peress li hemm tifel b'diżabilita' li kontinwament jiġi ndukrat min-nanna tiegħu - peress li l-ġenituri jaħdmu filgħodu - u li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? Tista' il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' tapprova dan il-permess minħabba li dan it-tifel ikollu ta' bilfors jinġarr ta' kuljum minn dan l-appartament u peress li huwa nieqes mid-dawl u mis-smigħ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Furjana — SMEs

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12174, jista' il-Ministru ġentilment jindika liema postijiet jew zoni se jiġu offruti mill-awtorita' dwar it-trasport lil dawn l-SMEs li hemm joperaw fis-sit tal-park and ride system fil-Furjana? Kif se titmexxa l-proċedura mil-lum 'il quddiem wara li ġie approvat il-permess tal-MEPA għal dan il-proġett?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li fil-preżent qed jiġu kkunsidrati alternattivi raġonevoli għall-SMEs li qed joperaw illum fis-sit fejn iridu jiġu żviluppati park and ride site fil-Floriana. Meta dawn l-alternattivi jkunu identifikati, isiru diskussjonijiet direttament ma’ l-SMEs. Fil-ġranet li ġejjin, l-Awtorità dwar it-Trasport ser tippubblika sejħiet għal offerti waħda għall-iżvilupp u l-oħra għat-tħaddim ta’ l-operat.

Qormi — Triq id-Deheb Fin

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta se jinbeda l-bini ta' lift fi blokk 5, Triq id-Deheb Fin, Qormi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li għaddej il-proċess biex jiġu aġġudikati l-offerti għall-istallar tal-lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant.

Qormi — Triq id-Deheb Fin

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk it-twieqi fil-komun ta' blokk 2, Triq id-Deheb Fin, Qormi jistgħux jinbidlu mill-ġdid f'aluminium minħabba li dawk eżistenti jinsabu fi stat ħażin ħafna u qed ikunu ta' periklu għar-residenti nfushom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.

EU — European spatial development perspective

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu jew id-dipartimenti fi ħdanu kellhomx diskussjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea dwar il-European spatial development perspective? Jista' jgħid jekk ġewx sottomessi xi proposti jew proġetti marbuta ma' dan il-pjan? Jekk iva, x'kienu jinkludu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

EU — European Spatial development perspective

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu jew id-dipartimenti fi ħdanu kellhomx diskussjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea dwar il-European spatial development perspective? Jista' jgħid jekk ġewx sottomessi xi proposti jew proġetti marbuta ma' dan il-pjan? Jekk iva, x'kienu jinkludu?

Response (GATT, AUSTIN)

Le.

EU — European spatial development perspective

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu jew id-dipartimenti fi ħdanu kellhomx diskussjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea dwar il-European spatial development perspective? Jista' jgħid jekk ġewx sottomessi xi proposti jew proġetti marbuta ma' dan il-pjan? Jekk iva, x'kienu jinkludu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tipparteċipa fi tlett inizjattivi li huma relatati ma l- European Spatial Development Perspective (ESDP). Dawn huma l-European Spatial Planning Observatory Network (ESPON), L-Intermetrex u l-Polymetrex. L-ewwel inizjattiva għandha l-għan li tippromwovi koperazzjoni f'riċerka relatata mal-prinċipju ta' polycentricity filwaqt li ż-żewġ proġetti l-oħra jgħarfu l-aspetti ta' koperazzjoni bejn livelli reġjonali differenti u bejn bliet li għandhom sistemi differenti ta' ppjanar.

Qormi — Triq id-Deheb Fin

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex id-dipartiment tal-manutenzjoni ma jridx li jinbidel il-madum tal-kontrabejt ta' blokk X3 fi Triq id-Deheb Fin, Qormi li ma jirrikjedix iktar minn xogħol ta' tlett ijiem? Tista' tgħid għaliex ġie injorat rapport mill-perit tal-kunsill lokali dwar il-ħsarat li hemm f'dan il-kontrabejt?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-bejt li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant jinħtieġ manutenzjoni, liema xogħol hu responsabbilta' ta' l-inkwilini. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija mhux il-każ li ġie njorat ir-rapport indikat iżda f'dawn il-każijiet id-deċiżjoni aħħarija hi tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar.

Delimara — Power station

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11678 u jgħid minn fejn kien inxtara l-apparat (turbini, generators, boilers, eċċ.) għal power station ta' Delimara?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-komponenti prinċipali tal-impjanti tal-ġenerazzjoni f'Delimara nxtraw kif ser jiġi ndikat: L-ewwel fażi Turbini ta' l-steam: BHEL ta' l-India Generation: BHEL ta' l-India Il-boilers: Wagner Biro ta' l-Austria Fażi IIA Il-kuntrattur prinċipali kien John Brown Engineering ta' l-Ingilterra u l-apparat jikkonsisti minn: Turbini tal-gas tal-GE u manifatturati minn EGT ta' Franza. Generaturi: Brush ta' l-Ingilterra. Fażi IIB Il-kuntrattur prinċipali kien Nuovo Pignone ta' l-Italja u l-apparat jikkonsisti minn: Turbini tal-gas u turbina ta' l-steam minn GE ta' l-Amerika. Generaturi: Brush ta' l-Ingilterra. Heat recovery steam boilers minn Stork Ketels tal-Olanda.

Wasteserv — Tenders

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11453 u jippreżenta l-lista ta' tenders li nħarġu bejn April 2003 s'issa mill-Wasteserv? Min ħa dawn it-tenders u kemm kienu jammontaw?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Dipartiment ta' l-agrikoltura — Trasferiment ta' impjegat

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-ħaddiem tad-dipartiment ta' l-agrikoltura li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ġie trasferit minn dipartiment għal ieħor u mhux qed jingħata xogħol f'post wieħed wara li kien ilu diversi snin jaqdi s-servizzi tiegħu fejn kien qabel? Jista' jgħid ma' min ġie mibdul dan il-ħaddiem? Jista' jgħid jekk kienx hemm motivazzjoni politika wara dan it-transfer?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-impjegat in kwestjoni li jagħmel xogħol ta’ “general duties” ġie trasferit mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura wara li ngħalqet il-mixtla ta’ Kordin biex jagħmel l-istess xogħol mal Border Inspection Posts. Dan ġie trasferit skond l-esiġenzi tad-dipartiment u ma kienx hemm motivazzjoni ulterjuri wara dan it-trasferiment.

Floriana — SME's

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-SME's li hemm joperaw fis-sit fejn hemm propost il-park and ride system fil-Furjana humiex se jiġu offruti post alternattiv fejn ikunu jistgħu joperaw u jaqilgħu l-għajxien tagħhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta ser toffri post alternattiv minn fejn qed joperaw l-SMEs fil-preżent.

Skola San Alwiġi — Eżami tat-Taljan fil-livell Avvanzat

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex waqt l-eżami tat-Taljan fil-livell Avvanzat l-istudenti ngħataw 20 minuta biss f'paper 1 tal-Listening Comprehension u li sar fl-iskola San Alwigi? Jista' jgħid jekk din hijiex proċedura stabilita jew għaliex kien hemm dewmien fil-qari tal-comprehension?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħin mogħti għal-Listening Comprehension f'Paper 1 tat-Taljan fil-livell Avvanzat kien ta' 30 minuta kif indikat fuq il-karta ta' l-eżami ta' l-istudenti u ta' l-eżaminaturi. Ninsab informat li dan il-ħin inżamm fl-iskola ta' San Alwiġi fejn sar l-eżami. Informat ukoll li il-proċedura ta' dan l-eżami hija stabbilita' fis-sillabu tal-2005-2007 li kien ippublikat fl-2003. L-eżaminaturi kellhom qari ta' madwar 600 kelma li kellu jinqara darbtejn u l-kandidati kellhom jagħmlu taqsira tiegħu f'bejn 200 u 250 kelma. Waqt il-qari l-istudenti setgħu jieħdu n-noti.

European Spatial Development Perspective

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu jew id-dipartiment fi ħdanu kellhomx diskussjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea dwar il-European Spatial Development Perspective? Jista' jgħid jekk ġewx sottomessi xi proposti jew proġetti marbuta ma' dan il-pjan? Jekk iva, x'kienu jinkludu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

F'dawn l-aħħar xhur il-Ministru esplora diversi programmi tal-Unjoni Ewropeja u opportunitajiet oħra ta' ffinanzjar. Tajjeb li wieħed jenfasizza li dawn il-programmi m'humiex esklużiva għall-Ministeru tal-Iżvilupp Urban u Toroq biss imma diversi entitajiet governattivi jew privati jistgħu jipparteċipaw. Il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq bħalissa huwa nvolut fuq xi erba' programmi. Dak imsemmi mill-Onorevoli Interpellant jiġifieri l-European Spatial Development Perspective mhux programm li fuqu l-Ministeru għamel xi sottomissjonijiet.

Qormi — Triq il-Vittorja

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12002 u jgħid jekk l-Enemalta tistax tapprova t-twaħħil ta' lampa ġdida fi Triq il-Vittorja, Qormi fl-inħawi fejn jinsab il-ħanut Rainbow stationary, minħabba li r-residenti qed jilmentaw minn nuqqas ta' dawl f'din il-parti tat-triq? Din it-talba diġa' kienet tressqet mill-kunsill lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-P.Q. 1877.

Delimara — Power station

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 11677 u 11959 u jgħid kemm ġiet tiswa biex tinbena u tibda topera l-power station il-ġdida f'Delimara? Ittieħed xi forma ta' self ta' flus mill-gvern sabiex dan il-proġett seta' jitwettaq? Jekk iva, minn liema bank jew istituzzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li n-nefqa Kapitali tal-Power Station ta' Delimara mis-sena 1987 sas-sena 2000 kienet bejn wieħed u ieħor ta' Lm98 Miljun. Il-loans li saru minħabba l-bini tal-Power Station saru mal-Bank of Austria, BHEL u l-Kuwait Fund 1990 bħala banek barranin. Mid Med Bank u Bank of Valletta ukoll kienu involuti fil-finanzjarjament kemm b'loans kif ukoll b'overdrafts.

Toroq — Asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 11228, 11398 u 11958 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista tat-toroq mhux asfaltati li saru f'kull lokalita' matul dawn l-aħħar tliet snin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.