Legislature:
Category:
Reset
Active:

Reviżjoni ta' kera

Question

Tista' il-Ministru tgħid fiex waslet ir-reviżjoni tas-sussidju tal-kera tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li r-reviżjoni tas-sussidju fuq il-kera li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant waslet fl-istadju ta' verifika.

Bejjiegħa tal-ħaxix

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li tiġi emendata l-liġi dwar l-organizzazzjoni tal-monti jew li tinħareġ legal notice minħabba l-problema tal-bejjiegħa tal-ħaxix? Jekk iva, meta mistenni jseħħ dan it-tibdil?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bħalissa qed isiru diversi konsultazzjonijiet bl-iskop li jiġu emendati liġijiet, u avviżi legali marbuta mal-Kummerċ u attivitajiet Kummerċjali oħra. Għadu ftit kmieni biex wieħed jgħid meta ser isir dan it-tibdil għaliex għad iridu jiġu konsultati entitajiet kollha li huma nteressati fuq dan is-suġġett, fosthom il-Kunsilli Lokali.

Enemalta — 31st March depot

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex fl-utilities topic paper maħruġa mill-MEPA madwar sentejn ilu kien hemm indikat li l-istorage eżistenti f'Ħas-Saptan kien biżżejjed biex issir ir-relocation tat-31st March depot u issa saret applikazzjoni ta' estensjoni għall-ħażna akbar ta' fuel f'dan il-post? Jista' jagħti r-raġunijiet għaliex l-Enemalta dan l-aħħar biddlet il-pjani tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Farruġ — Industrial estate

Question

Jista' il-Ministru jemenda l-master plan ta' l-industrial estate ta' Ħal Farruġ billi jagħmel buffer zone fl-inħawi ta' Triq l-Egrett Isfar mill-fabbriki li għad iridu jinbnew biex jiġi evitat l-inkonvenjent tal-ħmieġ, ħsejjes u ntejjen li jistgħu joħorġu mill-SMEs proposti f'din l-area?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Farruġ — Industrial area

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema dipartiment hu nkarigat mit-tindif u l-management ta' l-industrial estate ta' Ħal Farruġ? Jista' jgħid kif qed jitħallew industriji jarmu l-iskart tagħhom barra t-triq filwaqt li jagħtu n-nar l-iskart f'tankijiet jew fl-art b'dannu għar-residenti ta' l-inħawi? Jista' jara li jittieħdu l-passi neċessarji għat-tindif u l-management ta' dan l-industrial estate?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Santa Venera — MEPA

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-MEPA hux se tagħti permess lill-għaqda tal-kumitat festi esterni, Santa Venera sabiex jinħaraq in-nar ta' l-art minn Triq il-Kbira San Ġużepp biswit l-akwadott u Casa Leone?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat

Santa Venera — ADT

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-ADT hux se tagħti permess lill-għaqda tal-kumitat festi esterni Santa Venera sabiex jinħaraq in-nar ta' l-ajru minn fuq il-mini ta' Triq Reġjonali, Santa Venera minħabba li din is-sena se jiġi ċċelebrat il-ftuħ tal-knisja l-ġdida f'din il-parroċċa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond l-Ordinanza dwar Regolament tat-Traffiku, kapitlu 65, klawżola 52 (2), l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta għandha dritt tirrestrinġi jew tipprojbixxi l-użu ta' triq minn vetturi bil-mutur fuq bażi temporanja għal skopijiet relatati ma' xogħlijiet fit-toroq biss. Permessi għal attivitajiet oħra ma jinħarġux minn din l-Awtorita'. Madanakollu l-ADT qegħda teżamina l-proposti ta' traffic management alternattiv sabiex tinstab soluzzjoni għal mod kif il-Parroċċa ta' Sta Venera tkun tista' tiċċelebra l-festi tal-knisja kif jixraq.

Ħal Farruġ — Triq Ħal Qormi

Question

Jista' il-Ministru jikkunsidra t-tħawwil ta' siġar u xtieli fil-proġett ta' Triq Ħal Qormi f'Ħal Farruġ - liema siġar mhumiex inklużi fil-pjanta ta' dan il-proġett - sabiex inaqqsu l-impatt tat-tinġis fuq ir-residenti ta' din it-triq ikkawżat mit-traffiku li hemm f'din iz-zona?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-Awtorita’ tat-Trasport qed tagħmel eżerċizzju ta’ ppjanar ta’ landscaping tul ir-rotta tat-triq li ser tkun mibnija mill-ġdid mill-fondi tal-Protokoll Taljan. Dan l-eżerċizzju beda permezz tal-identifikazzjoni ta’ żoni li jistgħu ikunu tajba għat-tħawwil ta’ pjanti u siġar bħall-junctions u verges f’bankini wesgħin, u jibqa' sejjer sat-tħawwil tal-istess pjanti u l-implimentazzjoni neċessarja ta’ irrigation systems għat-tisqija. Fost dawn ir-rotot li qed jiġu imħarsa taħt l-eżerċizju in kwistjoni, hemm anke t-triq li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpllenat, li minn Ħal Qormi twassal sa Ħal Luqa.

Enemalta — Għeluq tad-depot

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-proċess ta' l-għeluq tat-31st March depot l-Enemalta ikkunsidratx is-siti alternattivi li kienu ġew proposti fil-Marsaxlokk bay local plan, jiġifieri fil-Freeport jew f'Fort Benghajsa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — 31st March depot

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux laqgħat mal-MEPA dwar il-proposta biex jiġi rilokat it-31st March depot? Jekk iva, jista' jgħid x'kien l-eżitu ta' dawn il-laqgħat? Kien hemm xi siti proposti li l-MEPA qablet fuqhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Taxxi Interni

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta beħsiebu jitħallas l-ammonti ta' taxxa ta' disa' snin ilu - madwar Lm400 - illi għandha tieħu din il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minħabba d-dispożizzjonijiet ta’ segretezza fl-Atti dwar it-Taxxa fuq id-dħul, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni mhux f’pożizzjoni li jiżvela informazzjoni personali. Nitlob għalhekk lill-persuna kkonċernata biex tiċċekkja mas-sezzjoni tar-Refunds tad-Dipartiment matul il-ħin ta’ l-uffiċċju.

Taxxi interni — Refund

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hux possibbli li jingħata r-refund tat-taxxa tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li jmorru lura għall-1996-1997 u li jammontaw għal Lm244, minabba li l-familja għandha spejjeż relatati ma' mard?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minħabba d-dispożizzjonijiet ta’ segretezza fl-Atti dwar it-Taxxa fuq id-Dħul, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni mhux f’pożizzjoni li jiżvela informazzjoni personali. Nitlob għalhekk lill-persuna kkonċernata biex tiċċekkja mas-sezzjoni tar-Refunds tad-dipartiment matul il-ħin ta’ l-uffiċċju.

Ta' Farsina

Question

Minħabba li f'mistoqsija parlamentari 12236 kien hemm l-indirizz żbaljat, jista' il-Ministru ġentilment jgħid għaliex fil-housing estate f'Ta' Farsina, partikolarment fl-indirizz li qed jintbagħat separatament, ir-residenti qegħdin ibatu minn pressa baxxa ta' l-ilma, minkejja li biddlu l-kanen kollha ta' l-appartamenti minn fuq s'isfel, saħansitra ta' quddiem il-bieb? Jista' il-Ministru jgħid għaliex din il-problema bdiet isseħħ f'dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid x'miżuri qed jittieħdu mill-WSC?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li minn investigazzjoni li għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma jirriżulta li l-konsumaturi msemmija mill-Onorevoli Interpellant qed isofru minn pressa baxxa tal-ilma kawżata minn problema fis-sistema privata interna tagħhom. L-uffiċjali tal-Korporazzjoni issuġġerew lir-residrnti konċernati x'għandhom jagħmlu biex isolvu l-problema.

Power stations — Heavy fuel oil/gas oil

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 11703 u 12137 u jgħidilna kemm kienet l-ispiża għax-xiri ta' heavy fuel oil u gasoil rispettivament għal użu fil-power stations tal-Marsa u ta' Delimara għall-perijodi 2002/2003 u 2003/2004? X'differenza għamlet f'termini ta' spiża l-introduzzjoni ta' low-sulphur fuels għal użu fil-power stations?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkonsulta r-rapport annwali relattivi mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tal-Ħandaq — Tabelli

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk intalabx permess min-naħa tal-MEPA biex jitwaħħlu tabelli tal-ministeru dwar l-industrial estate f'Tal-Ħandaq fit-traffic island li hemm fid-daħla ta' Handaq Road? Jista' jgħid jekk intalabx il-permess tal-kunsill lokali skond il-bye-law dwar l-għamara fit-toroq maħruġa mill-kunsill lokali, Qormi? Ma jaħsibx li din it-tabella ġiet perikoluża għall-pedestrians li jaqsmu minn dawn l-inħawi?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Dock No 1 — Ġbid ta' film

Question

Minħabba li sar magħruf li se jinħadem film fil-post fejn kien in-No 1 dock, jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li t-turbine rooms tal-pompi tan-No 1 dock jiġu magħluqa b'aktar sigurta' sepċjalment billi l-area tan-No 1 dock m'għandha l-ebda sigurta' u hi aċċessibbli mill-baħar u ħafna mill-imħażen jinsabu miftuħin, u peress ukoll li dan il-post fih apparat u materjal uniku ta' industrial heritage marbut ma' l-istorja tat-tarzna f'Malta li l-valur tiegħu huwa imprezzabbli għall-istroja navali u industrijali ta' pajjiżna?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Qormi — Ta' Pascarella housing estate

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk saritx xi talba mir-residenti ta' Blokk B f'Ta' Pascarella housing estate, Qormi għall-bini ta' lift f'dan il-blokk? Jekk iva, din l-applikazzjoni fiex waslet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma għandha ebda applikazzjoni għal stallar ta' lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant.

Ħal Qormi — Triq Stagno

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex wara diversi rapporti mill-kunsill lokali għadha ma ssewwitx il-leakage ta' l-ilma fi Triq Stagno, Ħal Qormi? Dettalji ta' l-indirizz qed jintbagħtu separatament

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-ħsara msemmija issewwiet fis-17 ta' Mejju. Din damet aktar minn normal biex issewwiet għax ma kienx faċli biex tinstab minn fejn kienet eżatt il-problema. Fil-fatt kellhom isiru xi detection exercises qabel ma din instabet. Il-ħsara kienet f'house service connection.