Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħarġu kontravenzjonijiet bl-ispeed cameras s'issa skond il-lokalitajiet rispettivi? Kemm minn dawn kienu kkontestati u kemm minnhom kienu mirbuħa?
Response (BORG, TONIO)
Għal dak li jirrigwardja kontravenzjonijiet maħruġa mill-Pulizija permezz ta’ speed cameras li m’humiex statiċi, ninsab infurmat illi bejn il-11 ta’ Mejju 2002 u l-31 ta’ Awissu 2005 inħarġu ċitazzjonijiet kif ġej:-
Mrieħel By-Pass1,037
Tal-Barrani Road, Żejtun92
St. Paul’s Bay By-Pass10
B’Kara By-Pass48
Triq L. Wettinger, Mellieħa1
Vjal-Avjazzjoni, Gudja47
Triq Ħal Far l/o Gudja19
Triq M A Vassalli, St. Julians329
Naxxar3
Il-ħlas għal dawn il-kontravenzjonijiet isir fil-kunsilli lokali.
Għal dak li jirrigwardja l-Kunsilli Lokali ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba f’din il-Mistoqsija u f’Mistoqsija Parlamentari Nru. 14003 dwar kontravvenzjonijiet bl-ispeed cameras tinsab fiż-żewġ tabelli t`hawn taħt. Din l-informazzjoni hija eżatta sad-19 ta` Settembru 2005.
Dwar pagamenti taċ-ċitazzjonijiet li għad iridu jitħallsu, jista jkun hemm minnhom li jiġu kkontestati fit-Tribunal u mirbuħa. F`dan il-każ il-pagament dovut jitħassar.
Lokalita’
Numru ta’ ċitazzjonijiet maħruġa
Numru ta’ ċitazzjonijiet mħallsa
Ammont imħallas
Lm
Qormi
575
168
5,040
San Ġiljan
13,559
9,825
296,325
San Pawl il-Baħar
3,214
2,490
74,955
Total
17,348
12,483
376,320
Tribunal Results
Guilty No Show
Guilty Admits
Guilty
Not Guilty
Qormi
0
0
0
0
San Ġiljan
1,978
7
178
330
San Pawl il-Baħar
95
0
419
129
Total
2,073
7
597
459
Jista' il-Ministru jgħid meta se jerġgħu jitħawlu s-siġar tal-palm li kien hemm fi Ġnien l-Avukat Ġorġ Zammit li kienu tneħħew waqt ix-xogħlijiet fi Triq l-Imdina? Jista' jgħid meta se jiġi rranġat il-finishing f'din il-parti tat-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'rapporti u studji qed isiru dwar il-proposta ta' golf coarse fix-Xagħra l-Ħamra? Jista' jgħid min kien ikkummissjonat għall-istudji rispettivi u x'offerti ntefgħu għalihom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Dan il-proġett jikkwalifika għal Stima ta' l-Impatt fuq l-Ambjent (Environmental Impact Assessment). L-Istima ser jinkludi studji ta' l-impatti fuq:
l-agrikultura,
l-ekoloġija,
kwalità ta' l-arja,
wirt kulturali,
ġeoloġija u idroloġija (studju ta' l-ilma),
ħsejjes,
trasport,
aċċess għall-pubbliku,
l-pajsaġġ,
kif ukoll l-iskart li ser jiġġenera il-proġett.
L-Istima ta' l-Impatt fuq l-Ambjent ser jikkonsidra wkoll liema speċi ta' ħaxix jista’ jintuża għall-korsa, kif ukoll minn fejn ser jinġieb l-ilma biex jissaqqa l-ħaxix.
ADI Associates huma kkommissjonati mill-applikant biex jikko-ordinaw dawn l-istudji.
Rigward x'offerti ntefgħu għal dawn l-istudji l-Onor. Interpellant għandu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru tat-Turiżmu.
Jista' il-Ministru jgħid kemm impjegati ġodda ġew ingaġġati fid-dipartiment u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm huwa preżentament in-numru ta' l-impjegati f'kull dipartiment u awtorita' rispettivament?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-bdiewa li kellhom ir-raba' bi qbiela mingħand il-gvern fil-limiti ta' l-Imdina u ta' Qali humiex se jingħataw art oħra bħala alternattiva f'xi post ieħor minħabba li l-gvern se jittermina din il-qbiela?
Response (BORG, TONIO)
Bħal dejjem, il-Gvern huwa dispost li jikkunsidra kull talba għall-art alternattiva li l-bdiewa konċernati jistgħu jagħmlu.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tneħħielha l-benefiċċju tal-mard? Tista' tagħti r-raġunijiet għalfejn din il-persuna ma baqgħetx tikkwalifika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex it-talba għal bdil tas-saqaf tal-fond indikat separatament, ma ntlaqgħetx min-naħa tad-dipartiment għall-manutenzjoni tad-djar meta din il-familja kienet fost ta' l-ewwel li applikat għal dan ix-xogħol meħtieġ? Tista' tgħid jekk dan is-saqaf jistax jinbidel, bħalma sar fil-fond ukoll indikat separatamant minħabba li f'dawn il-jiem reġgħet feġġgħet ħsara fih, minkejja li sar tikħil temporanju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li minn investigazzjoni li saret mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar ma rriżultax li l-persuna li toqgħod fil-fond indikata mill-Onor. Interpellant għamlet xi talba lid-Dipartiment biex jinbidel is-saqaf, wisq anqas ma tali talba ġiet rifjutata.
Ninsab infurmata wkoll li d-Dipartiment għamel spezzjoni fil-fond indikat u ġie stabbilit li s-saqaf fih ħsarat u t-tiswijiet meħtieġa ġew approvati u mistennija li jsiru fil-futur immedjat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm seħħew inċidenti tat-traffiku fi Triq is-Sebħ, Ħal Qormi matul dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm minn dawn kienu fatali u kemm mietu persuni kawża t'hekk?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub huwa disponibbli sa mill-1998 u huwa kif ġej:
SenaFataliB’feriti graviB’feriti ħfiefTotal
1998-133548
1999-133851
2000-114253
20011
(2 persuni)74755
20022
(2 persuni)143753
2003-125567
2004-122335
2005*1
(2 persuni)41116
* sa l-aħħar ta’ Awissu.
Jista' il-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-ADT milli tibni underpass fi Triq is-Sebħ, (Mrieħal bypass), fejn seħħ inċident fatali riċentement, hekk kif kienet proposta fis-central zone Malta Local Plan mill-MEPA u wkoll wara diversi talbiet li kien ressaq il-kunsill lokali ta' Ħal Qormi?
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jiġu rranġati l-ħitan ta' l-għalqa li hemm fi Triq Ħal Qormi, il-Marsa (biswit il-Maltapost faċċata tal-fabbrika ta' l-għaġin) u fil-parti ta' fejn il-korsa taż-żwiemel minħabba li dan l-aħħar iġġarrfu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li x-xogħlijiet rikjesti mill-Onor. Interpellant jaqgħu taħt ir-responsabilta' ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta (ADT). Madanakollu, sitt xhur ilu kienu saru xi tiswijiet fuqhom, pero' wara xi ħbit minn xi karozzi fuq l-istess ħajt, reġa' kien hemm bżonn xi tiswijiet. Dawn it-tiswijiet issa tlestew.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex tneħħiet l-ordni ta' rekwiżizzjoni fuq il-post li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, meta l-persuna oġġezzjonat bil-miktub mad-dipartiment u tat ir-raġunijiet tagħha għalfejn ma taqbilx li titneħħa din l-ordni ta' rekwiżizzjoni? Tista' tgħid jekk dan kienx xi żball min-naħa tad-dipartiment jew inkella sarx b'intenzjoni oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi r-rekwiżizzjoni tneħħiet kif tneħħew l-oħrajn fis-Siġġiewi f’eżercizzju li qed jagħmel id-Dipartiment matul l-aħħar 11 il-sena. Il-persuna ndikata ġiet avvżata illi hi għandha l-protezzjoni tal-liġijiet tal-kera.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex wara li xi xhur ilu kien sar rapport minn familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mal-WSC dwar kont għoli u wara li rriżulta li kien hemm leakage fid-dar u l-familja ġiet informata li l-kont se jkun rivedut, din baqgħet ma rċeviet xejn dwar id-deċiżjoni tal-bord, anzi irċeviet kont ieħor ta' stima fuq kontijiet li ntbagħtu diġa'?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-konsum ta' l-ilma indikat fil-kont għall-perjodu 31 ta' Diċembru 2004 sa' 26 ta' Frar 2005 ġie konfermat u kien korrett.
Wara li saret verifika min naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma, instab li kien hemm leakage minn flushing fis-sistema tal-konsumatur. Għalkemm il-konsumatur huwa responsabbli mis-sistema interna tal-plumbing tiegħu l-każ intbgħat quddiem l-Advisory Board sabiex jiġi ikkunsidrat tnaqqis mill-kont biex il-konsumatur ma' jkollux tbatija żejda.
Dan il-Board ikkunsidra l-każ u skond il-proċeduri stabilliti se jsir tnaqqis mill-kont ta' Lm67.08.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għal xi żmien kienet rikoverata fl-isptar Monte Carmeli qed jitnaqqsilha persentaġġ mill-pensjoni u l-għajnuna soċjali tagħha? Tista' tgħid jekk din il-persuna hux se tingħata refund ta' dawn il-ħlasijiet wara li dan it-tnaqqis ilu jseħħ għal din l-aħħar sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għall-għajnuna tal-wens peress li qed iddur b'ommha minħabba li tinsab marida, għadha ma rċeviet xejn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-average mark ta' kull suġġett fl-eżamijiet finali tal-junior lyceum ta' Raħal Ġdid ta' l-istudenti li jattendu Form 3? Jista' jgħid għaliex f'numru sostanzjali ta' suġġetti bażiċi l-marka kienet baxxa ħafna?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tabella tal-kumpilazzjoni tal-marki għada qed timtela mill-iskola. Malli din tasal l-Educational Assessment Unit wieħed ikun jista' jagħti din l-informazzjoni.
Informat ukoll li la darba għadhom ma ħarġux ir-riżultati mhux f'pożizzjoni li jingħataw kummenti fuq il-marki ta' suġġetti bażiċi jew suġġetti oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm neħħa u qala' siġar minn ġol-Buskett l-environmental landscape consortium matul din l-aħħar sena? Jista' jgħid kemm tħawlu siġar ġodda f'dan il-post?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li, permezz ta’ l-Environmental Landscapes Consortium Ltd., b'mod regolari tneħħew siġar li kienu mejta, jew qed jaqgħu, fosthom xi siġar bħal Sumakka li mhux suppost titkabbar f’pajjiżna, u hemm pjanijiet li jitħawlu diversi siġar.
Wara li tħabbru l-aħħar żviluppi dwar il-golf course study, jista' il-Ministru jippreżenta kopja fuq il-mejda tal-Kamra ta' dawn l-istudji kollha li saru mill-uffiċjali tal-MEPA?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni hija aċċessibbli mill-pubbliku minn fuq il-website ta’ l-istess Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).
Jista' il-Ministru jgħid kemm se tkun l-ispiża tal-parkeġġ għas-sewwieqa li se jipparkjaw fis-sistema park and ride fil-Furjana? Jista' jgħid jekk sarx xi arranġament għall-ħaddiema tal-MEPA u tal-Maltacom li bħalissa qed jipparkjaw f'din l-area u jgħid kemm se jkun il-ħlas għalihom minħabba li dawn se jużawh kuljum?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li l-parkeġġ fis-sit tal-park and ride fil-Furjana se jkun operat minn operatur privat magħżul wara sejħa pubblika għall-offerti.
Il-prezzijiet tas-servizz tal-parkeġġ se jkunu stabbiliti u mibdula biss bi ftehim bejn l-operatur u l-Awtorita' dwar it-Trasport. Hu maħsub ukoll li nies li jipparkjaw il-karozza spiss ikunu jistgħu jixtru biljetti bil-quddiem għal tul ta’ żmien u bi prezz imraħħas.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern irrakkmandax is-sit ta' Għajn Tuffieħa għal studju mill-MEPA dwar il-possibbilta' li ssir golf course f'dawn l-inħawi? Jekk mhux il-gvern, jista' jgħid min għamel din ir-rakkmandazzjoni għal dan il-post? Jista' jippreżenta kopja fuq il-mejda tal-Kamra tal-minuti tal-bord tal-MEPA fejn kien diskuss dan is-sit?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari numru 13399.