Legislature:
Category:
Reset
Active:

Unjoni Ewropea — Breeding Programme

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-Breeding Programme marbut mas-seba' speċi ta' għasafar ta' l-għana kif suppost li ntrabat li jagħmel il-Gvern Malti bħala parti mill-ftehim tat-trattat ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-breeding programme li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għalih qed ikun attwat.

Kaċċa u Insib

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba, minn mindu Malta saret membru ta' l-Unjoni Ewropea, il-gvern Malti talab deroga fir-rigward tal-kaċċa u insib fir-rebbiegħa u jekk intalbet deroga, f'liema snin intalbet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Kaċċa u insib

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim dwar il-kaċċa u l-insib li kien għamel ma' l-Unjoni Ewropea fit-trattat tad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Insib fir-rebbiegħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li twaqqaf l-insib għall-għasafar ta' l-għana (finches) fir-rebbiegħa meta l-gvern Malti ilu ħafna jgħid u anke ntbagħat materjal governattiv lin-nassaba Maltin, li bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kien assigurahom li t-tradizzjoni ta' l-insib fir-rebbiegħa kienet se tibqa'?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Kaċċa u insib fir-rebbiegħa

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu dak li qal il-kummissarju għall-ambjent ta' l-Unjoni Ewropea Stavros Dimas li mhux veru li tul in-negozjati għal sħubija fl-Unjoni Ewropea l-gvern Malti nnegozja xi deroga għall-kaċċa u l-insib fir-rebbiegħa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Ħal Qormi — Appartament tal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tiċċekkja dwar il-manutenzjoni tal-bieb prinċipali ta' Block 5, Triq id-Deheb Fin, Ħal Qormi minħabba li ġratlu xi ħsara u mhux qed jingħalaq, b'inkonvenjent għar-residenti ta' dan il-blokk?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.

Hal Qormi — Door numbering

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla l-proċess ta' l-organizzar tan-numri tal-bibien fit-toroq ta' Hal Qormi, partikolarment fi Triq il-Kummerċ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li hemm il-ħsieb li jsir xogħol ta’ għoti ta’ numri lill-bibien ġewwa Ħal Qormi matul din is-sena. Ninsab infurmat ukoll li Triq il-Kummerċ tinsab f’żona industrijali u għaldaqstant ma taqax taħt ir-responsabbilita’ tad-Door Numbering Unit sabiex isir l-organizzar tan-numri tal-bibien fiha. Skond il-liġijiet eżistenti din il-Unit hija responsabbli sabiex torganizza n-numri tal-bibien f’żoni residenzjali biss.

MEPA — DC Guidance 2005

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-emendi għad-DC Guidance 2005 se jidħlu fis-seħħ wara li nhar il-Ħamis, 1 ta' Marzu, 2007 ġew approvati mill-Bord tal-MEPA? Jista' jippreżenta kopja tal-verżjoni finali ta' dawn l-emendi fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li waqt is-seduta tal-bord rilevanti, fejn kien diskuss id-DC Guidelines 2005, il-Bord approva b'xi emendi dan id-dokument. Id-dokument issa huwa finalizzat u wasal għandi għall-approvazzjoni proprju llum.

Park & ride — Shuttle service

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li x-shuttle service mill-park and ride jiġi estiż għan-naħa t'isfel tal-Belt Valletta? Jekk iva, jista' jgħid meta beħsiebu jsir dan l-arranġament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa l-Awtorita’ dwar it-Trasport qed tara possibilitajiet li testendi r-rotta mill-Park and Ride u l-impatt tagħha fil-Belt. Id-deċiżjoni dwar jekk għandhomx jiġu estiżi r-rotot eżistenti tittieħed minn l-istudji li qed isiru.

Apparat ta' enerġija — Sussidju

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' familji li bbenefikaw mis-sussidji fuq apparat ta' enerġija rinnovabli sa minn meta dawn ġew introdotti? Jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' sussidju li ħareġ il-Gvern s'issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-għotjiet ta’ darba fuq Materjal ta’ Insulazzjoni Termika għall-bjut ta’ residenzi domestiċi kien kif jidher hawn taħt: Sena 2006 25 applikazzjoni Rifużi Lm2,333 Għotjiet ta’ darba fuq xiri ta’ Solar Heating Energy Savers għall-użu domestiku kien: Sena 2005 358 applikazzjoni Rifużi Lm17,648 Sena 2006 1558 applikazzjoni Rifużi Lm148,125 Sena 2007 56 applikazzjoni Rifużi Lm5,435 (Sat-28 ta’ Frar 2007)

Hal Qormi — Triq l-Armal

Question

Jista' l-Ministru jagħti data definittiva ta' meta se jinbeda x-xogħol fuq Triq l-Armal, Hal Qormi jew jintlaħaq xi forma ta' ftehim mal-kuntrattur biex jinbeda dan ix-xogħol minħabba li din it-triq hija waħda minn dawk it-toroq li suppost inbniet għexieren ta' snin ilu? Jista' jgħid għaliex qed ikun hemm dan id-dewmien kollu f'toroq sekondarji residenzjali bħal Triq l-Armal? Jista' jgħid kemm ilha l-estensjoni li ngħatat fuq dan ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fi Triq l-Armal u Triq ir-Ragħaj mistenni jibda sa l-aħħar ta' dan ix-xhar. Sadanittant beda x-xogħol fuq Triq Fonzu Meli, Triq Dun Alwiġ Psaila u Triq Ġuże' Maria Camilleri.

Masters in Marine Studies

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23667 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-kors tal-Masters in Marine Studies għall-istudenti li jkunu temmew il-kors ta' kaptani jibdiex isir hawn Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Universita' ma toffrix Diplomi u Gradi f'dan il-qasam, filwaqt li l-MCAST għadu ma bediex joffri korsijiet fil-livell ta' Grad (Degree).

Hal Qormi — Triq l-Armal

Question

Jista' l-Ministru jagħti data definittiva ta' meta se jinbeda x-xogħol fuq Triq l-Armal, Hal Qormi jew jintlaħaq xi forma ta' ftehim mal-kuntrattur biex jinbeda dan ix-xogħol minħabba li din it-triq hija waħda minn dawk it-toroq li suppost inbniet għexieren ta' snin ilu? Jista' jgħid għaliex qed ikun hemm dan id-dewmien kollu f'toroq sekondarji residenzjali bħal Triq l-Armal? Jista' jgħid kemm ilha l-estensjoni li ngħatat fuq dan ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Urban Conservation Areas

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23469, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jiġu aġġustati mill-ġdid il-Boundaries tal-UCA fil-Pjani Lokali b'mod partikolari dak taz-zona ċentrali fejn areas li ma kenux f'din iz-zona ġew inklużi fiha fil-verzjoni finali, u dan sar mingħajr ma kien hemm konsultazzjoni pubblika? Liema zoni m'għandhomx il-karattru ta' UCA u fihom diġa' hemm committments fil-MEPA bl-għoli ta' tlett sulari?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li amendi assoċjati ma’ l-UCA's qed ikunu ndirizzati b'diversi modi. Wieħed minnhom hu permezz ta' reviżjonijiet għad-DC 2005 li riċentement ħarġu għall-konsultazzjoni pubblika. Mod ieħor huwa permezz ta' l-Urban Conservation Area street classification hierarchy exercises li bħalissa qed isiru fuq diversi pjanijiet lokali. Dawn l-eżerċizzji qed jevalwaw il-kwalità u l-karattru tal-faċċati matul it-toroq f'żoni ta' konservazzjoni urbana. Meta jitħejjew l-abbozzi ta' dawn l-istudji, dawn jinħarġu għall-konsultazzjoni pubblika. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika ż-żoni li jidhirlu li m'għandhomx karattru ta' UCA u li ddaħħlu fl-UCA fil-pjan approvat għaċ-ċentru ta' Malta.

Skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' skart li jiġi ġenerat per capita fil-gzejjer Maltin? Kif kienet it-trend ta' dan il-parametru matul dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-iState of the Environment Report 2005 Sub-report 8: Waste.

Masters in Marine Studies course

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-kors tal-Masters in Marine Studies għall-istudenti li jkunu temmew il-kors ta' kaptani jibdiex isir hawn Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx fl-uffiċċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Ħal Qormi — Triq l-Armal

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-bini ta' Triq l-Armal f'Ħal Qormi peress li kienet waħda minn dawk it-toroq li suppost kellhom jitlestew fis-snin li għaddew?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari numru 23378 f'seduta numru 487.

Policy & design guidance 2005

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jidħlu fis-seħħ l-emendi għal policy and design guidance 2005 sabiex jiġu kkoreġuti l-anomaliji li nħolqu permezz tal-ħruġ tal-pjani lokali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-konsultazzjonijiet mal-Kamra tal-Periti ntemmu, wara li kienet l-istess Kamra tal-Periti li talbet estensjoni ta’ żmien. Issa trid issir l-evalwazzjoni tar-risposti kollha u jingħaqad id-dokument finali.

Urban Conservation Area

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jiġu aġġustati l-boundaries tal-UCA fil-Pjani Lokali li ħarġu fit-3 ta' Awissu li għadda wara li rriżulta li hemm diversi anomaliji li hemm bżonn li jiġu kkoreġuti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema anomaliji qiegħed jirreferi.

Supply kindergarten assistants

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar mis-sejħa għall-applikazzjonijiet ta' "Post of Supply Learning Support (supply kindergarten assistants) in the education division to support students with special needs" u f'liema stadju din is-sejħa waslet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-intervisti għal Supply Learning Support (Supply Kindergarten Assistants) saru f'Mejju 2006 u r-rizultati ġew pubblikati. Informat ukoll li s'issa ġew impjegati 11 skond il-ħtiġijiet tad-Divizjoni. 22 kandidat/a oħra, li ġew offruti impjieg, irrifjutawħ.