Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħażna tal-gas — Sit

Question

B'referenza għall-applikazzjoni mal-MEPA PA01947/02 approvata fl-1 ta' Frar ta' din is-sena, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' meta hu ppjanat li jiċċaqlaq is-sit tal-ħazna tal-Gas fis-sit propost f'Bengħajsa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Nies li kienu jaħdmu fis-servizz

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li terġa' toħroġ sejħa għal nies li kienu jaħdmu fis-servizz tal-pulizija biex jiġu mpjegati fuq bażi każwali fid-detention u l-open centres? Jekk iva, meta se jkun hemm din is-sejħa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li hemm il-ħsieb li terġa toħroġ sejħa għan-nies li kienu jaħdmu fis-servizz tal-pulizija biex jiġu mpjegati fuq bażi każwali fid-detention centres. Din is-sejħa għandha toħroġ fil-futur.

Solar Water Heaters

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Enemalta qed tagħti tlett xhur biss ċans minn mindu jitwaħħal servizz ġdid biex il-familji jwaħħlu solar water heaters ħalli jkunu jistgħu jibbenefikaw minn refund fuq il-meter tad-dawl u l-ilma? Ma jaħsibx li koppji żgħażagħ li jkunu qed jirranġaw d-dar fejn joqogħdu ikollhom bżonn servizz tad-dawl minn qabel ma jidħlu fid-dar tagħhom u ma jkunux jistgħu jwaħħlu s-solar water heater minn qabel?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Galleriji ta' l-injam

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-budget ivvutat għall-iskemi tal-bdil jew manutenzjoni tal-galleriji ta' l-injam mill-MEPA? Jista' jgħid liema huma l-fondi mill-MEPA li se jintużaw għal dan l-iskop? Kemm hu mistenni li jdum il-proċess biex l-applikanti jirċievu l-għajnuna minn din l-iskema?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-fondi vvutati għall-iskemi ta' bdil jew manutenzjoni tal-galleriji ta' l-injam mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) huma Lm60,000. Jekk it-talba mill-pubbliku taqbeż is-somma msemmija, hemm diġá ftehim mal-Ministeru tal-Finanzi biex dan l-ammont ikun rivedut. Il-perjodu ta' l-ipproċessar jiddependi minn kemm jid]lu applikazzjonijiet.

Ħal Qormi — Culvert

Question

Jista' l-Ministru jara li l-culvert li jinsab fi Triq il-Milied kantuniera ma' Triq l-Imsaġar f'Ħal Qormi li jifforma parti mill-bypass ta' l-Imrieħel (taħt il-bridge) jiġi mnaddaf għaliex jinsab miżdud bil-ħmieġ u l-ilma tax-xita qed jidħol għand ir-residenti li jgħixu fil-madwar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li għalkemm Triq il-Milied li qiedgħa kantuniera ma’ Triq l-Imsaġar f’Ħal Qormi li tifforma parti mill-bypass ta’ l-Imrieħel (taħt il-bridge) ma tagħmilx parti mit-triq arterjali, ittieħdet azzjoni sabiex il-culverts ta’ l-inħawi jiġu mnaddaf.

Qormi — Sinjali tal-parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebhom jitlestew is-sinjali tal-parkeġġ fi Triq Mons Gerald Frendo, f'Hal Qormi li għadha kemm inbniet riċentement mill-ADT?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi wara li nbniet din it-triq mill-Awtorita’ tat-Trasport, il-kunsill kien f’taħditiet ma l-istess Awtorita’ (TMU) biex titbiddel il-flow tat-traffiku f’din it-triq. Din il-proposta ġiet approvata u x-xogħol qed isir f’dawn il-ġranet hekk kif jippermetti t-temp.

Qormi — Bini ta' bankina ġdida

Question

Jista' l-Minisru jgħid jekk tistax issir il-bankina ġdida fil-parti l-ġdida ta' Triq il-Wied f'Hal Qormi(biswit il-Klabb tal-Boċċi San Gorġ) minħabba li għadha qatt ma nbniet u r-residenti qed jgħaddu minn inkonvenjent kontinwu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi saret ispeżżjoni fuq is-sit. Ser issir stima ta’ xogħlijiet neċessarji sabiex tiġi kunsidrata sabiex tiġi nkluża fil-pjan ta’ xogħol tas-sena d-dieħla.

Ħal Qormi — Triq il-Blata

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax tinbidel it-tappiera antika tad-drenaġġ li hemm fi Triq il-Blata, f"Hal Qormi quddiem ir-residenza li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minħabba li din hija miksura u qed jitilgħu ħafna ġrieden fit-triq minn ġo fiha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-tappiera tad-drenaġġ li hemm fi Triq il-Blata f'Ħal Qormi ser tinbidel fil-ġranet li ġejjin.

Qormi — Triq Dun Alwig Psaila

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-WSC qed tirrifjuta li tagħti s-servizz lil diversi residenti li applikaw għalih fi Triq ġdida fi Triq il-Wied (Triq Dun Alwig Psaila) Qormi wara li saħansitra nħarġilhom compliance certificate mill-MEPA?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru.24595, nixtieq ninforma lill-Onor.Interpellant li qed isir kull sforz biex il-proċeduri msemmija jitħaffu u jkun jista' jibda x-xogħol.

Qormi — Triq Mons Gerald Frendo

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex tħalliet sitwazzjoni perikoluża quddiem is-substation fuq bankina ġdida li saret fi Triq Mons Gerald Frendo f'Hal Qormi meta dan l-aħħar inbniet it-triq bħala parti mix-xogħlijiet ta' l-ADT? Jista' jgħid meta din il-bankina se tkun irranġata minħabba l-periklu kontinwu li jinsabu fih r-residenti ta' din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-parti tal-bankina bagħqet miftuħa biex l-Enemalta tkun tista' tgħaddi l-cables tagħha. La darba dan isir il-bankina tingħalaq.

Kontijiet ta' l-ilma għoljin

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilmenti ta' familja, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li f'dawn l-aħħar sentejn rċevew kontijiet ta' l-ilma għoljin ħafna u minkejja li sarilhom it-testijiet fid-dar tagħhom rriżulta li ma kienx hemm leakages? Jista' jgħid għaliex ma nbidilx il-meter ta' l-ilma f'din id-dar minħabba li l-familja ssostni li dan qed jimmarka b'mod irregolari meta jkun hemm xi qtugħ tas-servizz ta' l-ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mill-investigazzjoni li għamlet il-Koporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma rriżulta li l-arloġġ ta’ l-ilma ġie ttestjat billi twaħħal smart meter u tħalla fil-post għal madwar xahrejn sħaħ. Meta ġie mneħħi l- smart meter irriżulta li l-qari taż-żewg arloġġi kien l-istess. Bl-installazzjoni ta’ l- smart meter ġie konfermat li dan il-post ma jbagħtix bi problemi ta’ l-arja fis-sistema ta’ l-ilma. Ta’ minn wieħed isemmi wkoll li fl-2004 il-konsumatur konċernat kien għamel ilment rigward kontijiet għoljin. Meta l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għamlet l-investigazzjoni neċessarji dak iż-żmien il-konsumatur ingħata kreditu ta’ Lm322.64. Fl-2006 kull problema li kien hemm ġiet solvuta billi ngħatat iktar pressa ta’ l-ilma liż-żona konċernata. Għalhekk ma hemm l-ebda raġuni għalfejn jinbidel l-arloġġ ta’ l-ilma la darba qiegħed jiffunzjona tajjeb.

Kont tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jinvestiga għaliex il-kont tad-dawl u l-ilma ta' din il-familja, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separament, żdied sostanzjalment tant li qed jitfa' piż qawwi fuq l-għixien tagħhom? Jista' jara jekk hemmx xi ħsara f'dan is-servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mill-ewwel investigazzjonijiet li saru fuq dan il-każ jidher li m’hemm ebda żieda sostanzjali fil konsum. Il-konsumatur li rrefera għalih l-Onorevoli Interpellant ġie ikkuntatjat bit-telefon fejn ġie nfurmat li l-konsum preżenti huwa ekwivalenti għal dak tal-passat. Barra minhekk il-konsumatur ġie nfurmat ukoll li l-aħħar kont attwali qed jarah għoli peress li m’għandux is-surcharge mnaqqsa u dan minħabba l-introduzzjoni tas-sistema tal-voucher. Fil-fatt il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma hi nfurmata li l-konsumatur issa rċieva l-imsemmi voucher.

Ħal Qormi — Footway bridge

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jinbeda x-xogħol fuq il-footway bridge propost fi Triq is-Sebħ f'Ħal Qormi wara li kien intqal li se jsir f'Awissu 2007?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li ‘it-tender’ għax-xogħolijiet fuq il-‘footway bridge’ għadu ma nbediex, għax il-permess min-naha tal-MEPA għadu ma nħariġtx.

Ħal Qormi — Sqaq l-Għadira

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol ta' bini mill-ġdid ta' Sqaq l-Għadira f'Ħal Qormi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

M'għandix xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 26312 fis-seduta 530 fit-28 ta' Mejju, 2007.

Ħal Qormi — Traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir l-installazzjoni ta' traffic lights proposti fi Triq l-Imdina fil-parti ta' l-inħawi ta' Triq Dun Ġorġ Fenech f'Ħal Qormi minħabba li diversi residenti qed ikollhom periklu kbir biex jaqsmu din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nixtieq ninforma lil Onorevoli Nterpellant illi l-istima għal dan ix-xogħol ġiet preparata u tender għandu jinħareġ fil-ġimgħat li ġejjien.

Tal-Ħandaq — Ħinijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid sa x'ħin se jkunu l-ħinijiet għat-tfal fl-iskola sekondarja ġdida f'Tal-Ħandaq f'Ħal Qormi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għalliema fl-iskejjel tal-Gvern jaħdmu l-ħinijiet kif stabbilit fil-ħatra tagħhom ta' uffiċjali pubbliċi u skond il-ftehim milħuq ma' l-MUT fis-17 ta' Lulju, 2007.

Ħal Qormi — Venda ta' San Ġorġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif inhi l-iskeda tal-ħinijiet tal-karozzi tal-linja numru 91 li jitilqu mill-Venda ta' San Ġorġ f'Ħal Qormi u r-rotta li tgħaddi minnhom din il-linja? Jista' jgħid hemmx xi ħsieb li din il-linja tiżdied il-frekwenza tagħha?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda dokument bil-ħinijet tar-Rotta kif ukoll t-toroq minn fejn tgħaddi. Jien infurmat li m’ hemm l-ebda ħsieb li jiżdiedu l-ħinijiet ta’ din ir-rotta u infurmat ukoll li l-ADT qatt ma rċiviet talba sabiex il-ħinijiet ta’ din ir-rotta jiġu estiżi.

MEPA — Appelli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm appelli minn terzi quddiem il-MEPA s'issa? Kemm kien hemm deċiżjonijiet li ttieħdu favur jew kontra dawn l-appelli?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li minn meta twaqqaf il-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar, il-Bord irċieva 6,894 appell. Dawn kienu minn: 1. Avviżi biex Tieqaf u/jew ta' Twettiq 2. Permessi għall-Iżvilupp 3. Rifjut ta' Permessi għall-Iżvilupp 4. Skedar ta' Propjetà 5. Emergency Conservation Order 6. Multi/Garanzija Bankarja/Planning Gain 7. Kundizzjoni/jiet tal-Permess 8. PC application 9. GDO/DNO Minn dawn kienu deċiżi 5,718-il appell. Mill-1 ta' Jannar 2004 sat-30 ta' Ġunju 2007 il-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar irċieva 151 appell minn terzi persuni. Minn dawn ġew deċiżi ħamsin (50) appell kif ġej: wieħed (1) favur l-appellanti (il-permess ġie annullat); wieħed (1) favur l-appellanti (il-permess ġie emendat); erbatax (14) kienu rtirati mill-appellanti; u erbgħa-u-tletin (34) kontra l-appellanti (il-permess baqa' fis-seħħ). L-informazzjoni ma kinitx tinżamm separata qabel is-sena 2004.

MEPA — Uffiċċju ta' l-Awditur

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'kienu r-raġunijiet miġjuba mill-MEPA li ma tkomplix bl-assenjar ta' l-istaff għall-uffiċċju ta' l-awditur?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 26822.

Gallariji ta' l-injam

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun il-budget allokat għall-iskema li jmiss ta' bdil tal-gallariji ta' l-injam fl-urban conservation areas?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-baġit allokat għall-iskema ta’ bdil tal-gallariji ta’ l-injam fl-urban conservation areas għas-sena 2007/2008 għadu qed jiġi stmat peress li l-iskema għadha qed tiġi ffinalizzata.