Jista' l-Prim Ministru, jekk jogħġbu, jgħidli min hu responsabbli mill-għajnuna li kienet tingħata lill-ommijiet li jkollhom numru ta' trabi f'daqqa aktar min normal, bħal fil-każ ta' quadruplets, f'assistenza li kienet tingħata fi ħrieqi u mediċini lil dawn l-ommijiet?
Staqsejt lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' (PQ 28929) u qalli biex nirriferi l-mistoqsija lill-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali u meta staqsejt lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali (PQ 29072) din qaltli biex nirreferi l-mistoqsija lill-ministeru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid eżatt kemm hemm fondi allokati sabiex titħejja t-tieni komunikazzjoni ta' Malta lill-Ġnus Magħquda taħt il-Konvenzjoni tal-Bdil tal-Klima?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-fondi allokati biex titħejja t-tieni komunikazzjoni ta' Malta lin-Nazzjonijiet Uniti taħt il-Konvenzjoni tal-Bdil tal-Klima huma US $ 405,000.(erba' mija u ħamest elf dollari amerikani).
Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-kont tad-dawl u l-ilma ta' familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qed ikun għoli aktar min-normal? Jista' jgħid jekk hemmx xi problema fir-readings tad-dawl u l-ilma jew xi leakages mid-dar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29071 u jgħid jekk hemmx ħlas ta' reġistrazzjoni fuq vetturi tat-tip battery operated cars? Jista' jgħid kemm huwa l-ħlas ta' din ir-reġistrazzjoni fuq dawn il-vetturi u t-taxxi relatati magħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fuq il-vetturi tat-tip battery operated hija applikabbli r-rata standard tal-VAT, jiġifieri 18%.
It-taxxa tad-Dwana fuq il-vetturi tat-tip battery operated importati minn barra l-EU hija ta’ 10%.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħlas ta' reġistrazzjoni fuq vetturi tat-tip battery operated cars? Jista' jgħid kemm huwa l-ħlas ta' din ir-reġistrazzjoni fuq dawn il-vetturi u t-taxxi relatati magħhom?
Tista' l-Ministru tgħid għaliex twaqqfet l-għajnuna lill-ommijiet li jkollhom numru ta' trabi f'daqqa aktar min-normal (bħal fil-każ ta' quadruplets) f'assistenza li kienet tingħata fi ħrieqi u mediċini lil dawn l-ommijiet? Ma taħsibx li każijiet bħal dawn ikunu jeħtieġu din l-għajnuna minħabba l-piż finanzjaru li jsofru dawn il-familji?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat
Jista' l-Ministru jgħid għaliex familji li għandhom tfal żgħar li qed isofru mill-marda tad-dijabete mhux qed jingħataw labar tas-siringi size 4mm iżda qed jingħataw sizes akbar li mhux addattati għalihom? Jista' jgħid għaliex dawn il-familji mhux qed jingħataw glucose sticks li huma meħtieġa għalihom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, Risposta titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ladarba tkun lesta.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28668, jista' l-Ministru jgħid min kienu ż-żewġ offerenti għal din it-tender u liema kienu dawk il-ħteġijiet li ma ġewx sodisfatti fl-offerta tagħhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ż-żewġ bidders għal din it-tender kienu Dr Saviour Xerri u Geotek Services. Iż-żewġ offerti jaqbżu l-massimu stipulat fit-tender document.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex twaqqfet l-għajnuna lill-ommijiet li jkollhom numru ta' trabi f'daqqa aktar minn normali (bħal fil-każ ta' quadruplets) f'assistenza li kienet tingħata fi ħrieqi u mediċini lil dawn l-ommijiet? Ma jaħsibx li każijiet bħal dawn ikunu jeħtieġu din l-għajnuna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Din il-materja ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ministeru tiegħi.
Nissuġerixxi lill-Onor. Interpellant jagħmel id-Domanda tiegħu lill-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali.
B'referenza għal mistoqsijiet parlamentari 28874 u 28725 jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħlas ta' reġistrazzjoni (mhux tat-taxxa fuq reġistrazzjoni) fuq vetturi tat-tip battery operated cars? Jista' jgħid kemm huwa l-ħlas ta' din ir-reġistrazzjoni fuq dawn il-vetturi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
: Ninsab infurmat li hemm ħlas amministrattiv ta’ Lm 5 fuq kull reġistrażżjoni ta’ vetturi inklużi dawk battery operated cars.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol ta' tarmac fuq Triq Pietru Saliba, f'Ħal-Luqa wara li dawn ir-residenti kienu mwiegħdin li x-xogħol kellu jinbeda sas-sena d-dieħla?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi din it-triq tagħmel parti mill-pjan ta’ toroq li għandhu jiġi mplementat sas-sena 2008.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28737 jista' l-Ministru jgħid fhiex wasal il-proċess ta' l-għażla għall-operator tal-ħażna tal-gas li qed tmexxi l-Privatisation Unit?
Response (GATT, AUSTIN)
Kif kien ġie mħabbar f’Marzu ta' din is-sena l-GASCO kienu ddikjarati bħala il-‘preferred bidder’. In-negozjati ma' dan il-consortium għadhom għaddejjin.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 28405 u 28738 u jgħid għaliex l-Enemalta qed tagħti tlett xhur biss ċans minn mindu jitwaħħal servizz ġdid biex il-familji jwaħħlu solar water heaters ħalli jkunu jistgħu jibbenefikaw minn refund fuq il-meter tad-dawl u l-ilma? Ma jaħsibx li koppji żgħażagħ li jkunu qed jirranġaw d-dar fejn joqogħdu ikollhom bżonn servizz tad-dawl minn qabel ma jidħlu fid-dar tagħhom u ma jkunux jistgħu jwaħħlu s-solar water heater minn qabel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27463, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra kopja tal-pjanti u site plan ta' fejn ġejjin dawn it-traffic lights fi Triq l-Imdina?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-pjanti u site plan ta' fejn ġejjin dawn it-traffic lights fi Triq l-Imdina.
B'referenza għall-applikazzjoni mal-MEPA PA01947/02 approvata fl-1 ta' Frar ta' din is-sena, jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28534 u jagħti indikazzjoni ta' meta hu ppjanat li jiċċaqlaq is-sit tal-ħazna tal-Gas fis-sit propost f'Bengħajsa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-iżvillup propost li għalieħ ħareġ l-''Outline Development Permit'' 01947/02 huwa ppjanat li jsir mill ''operator'' li jintgħażel biex jingħata il-konċessjoni biex imexxi it-taqsima tal-Gas tal-Korporazzjoni Enemalta, liema sejħa u proċess qed jitmexxa mill-''Privatisation Unit''.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mis-sejħa għall-offerti li nħarġet mill-MEPA għal tender for a survey for quaternery deposits in the Maltese Islands (Tender no: T06/07) li ħareġ f'Ġunju 2007? Jista' l-Ministru jgħid kemm intefgħu offerti u jekk ġietx deċiża din it-tender?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) irċeviet żewġ offerti għat-
tender
li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant. Billi l-ebda offerta ma kienet tissodisfa l-ħtiġijiet tat-
tender,
ser joħroġ mill-ġdid avviż ieħor għall-offerti.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien sar mis-sejħa li għamlet il-Wasteserv għall-impjieg ta' Geologist f'Ġunju 2007? Jista' jgħid kemm applikaw persuni u kemm intgħażlu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għal din is-sejħa applikaw sitt kandidati. Il-kandidat magħżul għandu jibda f’Novembru 2007.