Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #10957 Sitting 188 2014-10-20 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għall-Finanzi

Malta Football Association – skema dwar it-taxxa tad-dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' players fi ħdan il-Malta Football Association li applikaw għall-iskema dwar it-taxxa tad-dħul li tħabbret fil-baġit li għadda?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninsab infurmat illi r-rata speċjali għall-players li huma rreġistrati mal-Malta Football Association bdiet tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014. Għalhekk id-dipartiment ikun f’pożizzjoni li jagħti din l-informazzjoni għall-ħabta ta’ Novembru 2015 meta jkunu ġew ipproċessati l-formoli tat-taxxa għas-sena bażi 2014.
Leg 12 PQ #10958 Sitting 188 2014-10-20 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – pjanijiet għall-bini ta’ pixxina

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għall-bini ta' pixxina f'Għawdex u jgħid meta mistenni jitlesta dan il-proġett tant bżonjuż għall-gżira Għawdxija?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn x’inżid ma tweġiba Parlamentari 7263.
Leg 12 PQ #10959 Sitting 188 2014-10-20 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Naxxar — Diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-klabb tal-futbol

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet tal-Gvern mal-klabb ta' Naxxar Lions FC fir-rigward tal-art li kellha tingħata lilhom bi bdil ma' dik li kienet ingħatat lill-istess klabb mill-amministrazzjoni preċedenti għall-bini ta' faċilitajiet sportivi ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġie identifikat sit għal bini ta’ faċilitajiet sportivi u għadhom ser jibdew diskussjonijiet mal-Klabb.
Leg 12 PQ #10960 Sitting 188 2014-10-20 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Naxxar – klabb tal-futbol – ħlas ta’ kera

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-ħlas fuq il-kera tal-art fejn se jingħataw Naxxar Lions FC hux se tkun l-istess ħlas fis-sena bħal dik ta' fuq l-art li kienet ingħatat lilhom mill-amministrazzjoni preċedenti fiż-żona ta' ħdejn it-Trade Fair fl-istess lokalità?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li f’dan l-istadju ma tista' tingħata l-ebda konferma peress li l-art l-ewwel trid tgħaddi għand il-Kunsill Malti għall-Isport u wara l-istess Kunsill ikollu l-kompitu li jassenja l-art permezz ta’ ftehim ta’ kirja kif ukoll li jistabbilixxi l-ħlas ta’ kera anwali li ser tintalab.

Sport Promotion Unit – pjanijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għall-Isport Promotion Unit għax-xhur u s-snin li ġejjin ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-pjan huwa li l-iSports Promotion Unit ikompli joffri attivitajiet varji bħal programm varjat ta’ festivals u tournaments kompetittivi, support fl-iskejjel waqt attivitajiet sportivi, sessjonijiet ta’ għawm, trekking, sportsdays fil-kumplessi tal-Kunsill Malti Għall-Isport, coaching clinics, attivitajiet għall-iskejjel marbuta ma’ Move Week u attivitajiet fejn ġenituri u tfal ikunu attivi fiżikament flimkien. Hemm pjanijiet ukoll li l-għalliema tal-isports promotion ikollhom programm ta’ taħriġ matul is-snin.

Skema tat-Turiżmu Sportiv – flus lill-għaqdiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kemm kienu l-ammonti ta' flus li ngħataw lill-għaqdiet sportivi għall-iskema tat-turiżmu sportiv fis-snin 2012 - 2013 - 2014 ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pembroke – Bini ta’ Skola Nazzjonali tal-Isport

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' kostruzzjoni fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport il-ġdida li qed tinbena fil-limiti ta' Pembroke u meta mistenni jitlesta dan ix-xogħol ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li x-xogħol għaddej u bħalissa qed isir xogħol ta’ skavar. Huwa pprogrammat li l-proġett ikun lest għas-sena skolastika 2015/2016.

Skola Nazzjonali tal-Isport – miżuri ta’ saħħa u sigurtà għall-istudenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ta' prekawzjoni marbuta mas-saħħa u s-sigurtà tal-istudenti li qed jattendu l-Iskola Nazzjonali tal-Isport il-ġdida fiż-żona ta' Pembroke?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada, li hija responsabbli għat-tmexxija tal-proġett, ħatret Uffiċjal għas-Saħħa u s-Sigurta' biex jassigura s-sigurta’ fuq il-post tax-xogħol tal-għalliema u tal-istudenti. Sar ukoll l-hoarding neċessarju, l-aċċess eżistenti għall-estensjoni ġie mbarrat u s-sit li qiegħed jinbena għandu aċċess ieħor b'gate għalih.

KMS – allokazzjoni finanzjarja lill-Għaqdiet/Assoċjazzjonijiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jindika liema huma l-għaqdiet/assoċjazzjonijiet sportivi li għadhom ma ħadux l-allokazzjoni finanzjarja tagħhom għas-sena 2013 mill-Kunsill Malti għall-Isport ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-assoċjazzjonijiet kollha li għamlu claims għal ħlas ta’ irċevuti bħala assistenza għas-sena 2013 ser ikunu mħallsa kollha sal-15 ta` Ottubru 2014.

Skola Nazzjonali tal-Isport – għażla ta’ studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'liema proċedura ġew magħżula l-istudenti li llum qed jattendu fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport ? Jista' jgħid kemm applikaw studenti u kemm effettivament ġew magħżula? Jista’ jgħid f’liema dixxiplini dawn ġew magħżula?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-proċedura ta’ l-għażla baqgħet l-istess fuq is-snin preċedenti skont il-kriterji stabiliti fl-applikazzjoni maħruġa fl-aħħar ta’ Frar 2014. Infurmat ukoll li l-għadd ta’ studenti li applikaw fl-2014 kien hekk: Form 1: 159 Form 3: 47 Rigward il-kumplament tat-tagħrif mitlub, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 10937.

Summer on the Move – coaches u co-ordinators

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' coaches u co-ordinators li ħadmu fil-programm Summer On The Move fis-sajf 2008, 2009, 2010, 2011, 2012, 2013 u 2014 ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif se nsemmi: 2008 – 52 2009 – 38 2010 – 45 2011 – 87 2012 – 182 2013 – 199 2014 – 153

Summer on the Move — konkorrenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal (sena b’sena) miktuba għal Summer On The Move mis-sajf 2008 sas-sajf 2014 ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li n-numru ta' tfal miktuba għal Summer On The Move mis-sajf 2008 sas-sajf 2014 hu kif ġej: 2008 – 705 2009 – 589 2010 – 661 2011 – 1108 2012 – 2967 2013 – 3437 2014 – 3662

Summer on the Move – ratio ta’ coaches u studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien ir-ratio coach-student waqt il-programm Summer On The Move għas-snin 2012 - 2013 u 2014 ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li r-ratio coach-student ivarja skont iċ-ċirkustanzi, id-dixxiplina sportiva, in-numru ta’ parteċipanti bi bżonnijiet speċjali etc. Dan baqa’ l-istess mill-2004 sal-2014. Bħala idea ġenerali, ir-ratios huma hekk: 1:15 għal tfal taħt l-10 snin u 1:20 għal tfal fuq il-ħdax-il sena. Fl-għawm dan jinbidel skont l-abilita’ (mhux l-eta’) fejn tfal żgħar li ma jafux jgħumu jkunu fi gruppi ta’ 6, can float 8, improvers 12, u good swimmers 15.

Summer on the Move – ħlasijiet u kundizzjonijiet tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-medja tar-rata tal-ħlas u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-coaches u co-ordinators fi ħdan Summer On The Move matul l-aħħar tliet snin (2012- 2014 sena b'sena)?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li kif stabbilit fil-permess maħruġ mill-PAHRO u bil-kuntratt iffirmat mill-coaches, il-kundizzjonijiet baqgħu l-istess mill-2012 sal-2014. Estratt mill-kuntratt juri r-rata tal-ħlas tal-coaches/sports leaders kif ġej: 1. Qualified Physical Education Teacher with 1st Degree or Post Graduate- €12.81 2. Technical Qualification in the field of Sports or certified following an examination by an International Body – €11.06 3. Diploma in Physical Education & Sports ( University of Malta ) - €11.06 4. Technical Qualification in the field of Sports as certified by a Local National Sports Organisation - €10.48 5. Certificate in Sports issued by the University of Malta – €10.48 6. Students reading for a Degree in P.E. at the University of Malta – €9.31 7. Diploma/Certificate in Sports (MCAST)- €9 8. Other Students and experienced persons in the sports field – € 8.15.

Summer on the Move – Studenti fid-Dixxiplina tal-Ibburdjar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-istudenti li ħadu sehem fid-dixxiplina tal-ibburdjar fil-programm Summer On the Move sena b'sena fis-snin 2012 - 2013 u 2014 ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif se nsemmi: 2012 – 97 2013 – 47 2014 – 8

Summer on the Move – Ħlasijiet għad-Dixxiplina tal-Ibburdjar – ħlas tal-istudenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas li l-istudenti ġew mitluba jħallsu għad-dixxiplina tal-Ibburdjar fil-programm Summer On the Move fis-snin 2012 - 2013 u l-2014 ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-ħlas kien kif ġej: 2012 - €70 (Vikings Sailing Club – 2hrs, Birzebbugia Sailing Club – 3.5hrs) b’Direct Order 2013 - €80 (Vikings Sailing Club – 1.75hrs, Birzebbugia Sailing Club – 3.5hrs) b‘Direct Order 2014 - €120 (Vikings Sailing Club – 4 hrs) b’Tender
Leg 12 PQ #10443 Sitting 185 2014-10-13 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel –apparat elettroniku — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed titħallas fis-siegħa tax-xogħol tagħha l-kumpanija u/jew persuni responsabbli mill-manutenzjoni tal- apparat elettroniku tal-vapuri tal-Gozo Channel u jgħid kif ġew mogħtija x-xogħlijiet u ċjoè jekk hux permezz ta’ sejħa għall-offerti, kwotazzjonijiet u/jew b’direct order?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kumpanija Gozo Channel Company Ltd tqabbad diversi kumpaniji u ndividwi biex jaghmlu l-manutenzjoni tal-apparat elettroniku tal-vapuri. L-informazzjoni hija ta’ natura kummerċjali
Leg 12 PQ #10444 Sitting 185 2014-10-13 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel –apparat elettroniku — manutenzjoni ta’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq manutenzjoni tal-apparat elettroniku, inkluż dak tal-arja kundizzjonata, tal-vapuri tal-Gozo Channel minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat illi l-kumpanija Gozo Channel Company Ltd minn Marzu 2013 sallum, in-nefqa kienet ta’ inqas minn €40.000.

Kampanja Vot-16 – nefqa mil-vot tas-Segretarjat għaż-Żgħażagħ u l-Isport

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa s’issa l-kampanja Vot 16 li nieda l-Gvern ftit aktar minn sena ilu mill-vot tas-Segretarjat responsabbli miż-żgħażagħ u l-isport?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li s'issa l-kampanja Vot 16 ġiet tiswa total ta` €2,361.50 li kienu parti minn proġett tal-Unjoni Ewropeja.