Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bord tal-addozzjoni – laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-bord responsabbli mill-addozzjonijiet f'pajjiżna matul is-sena 2014?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li fis-sena 2014 il-Bord Għall-Adozzjoni ltaqa’ 17-il darba.

Addozzjonijiet – applikazzjonijet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet/applikazzjonijiet pendenti ta' koppji jew individwi li qed jistennew sabiex ikunu jistgħu jaddottaw tfal?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-lum, quddiem il-Bord tal-Adozzjonijiet, talbiet/applikazzjonijiet pendenti ta' koppji jew individwi li qed jistennew sabiex ikunu jistgħu jaddottaw tfal, hemm b’kollox ħmistax (15)-il każ, li qed jiġu studjati mill-Bord. Minn dawn, hemm ħdax (11)-il każ ġdid li għad trid tittieħed deciżjoni fuqhom, tlett (3) każijiet li jridu jiġu aġġornati wara li għaddiet sena, jew sentejn, mill-ewwel approvazzjoni, u każ wieħed (1) pendenti li l-Bord qiegħed jistenna aktar informazzjoni dwaru.

Ċentri ta’ matul il-Jum – attivitajiet soċjali – ikel mqassam

Question

Jista’ l-Ministru jara li waqt attivitajiet soċjali li jsiru fiċ-ċentri ta’ matul il-jum jiġi evitat li jitqassam ikel li ma jagħmilx ġid għas-saħħa tal-anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fic-Ċentri kollha ta’ Matul il-Jum jiġi nkoraġġut u provdut regolarment ikel bnin u li huwa tajjeb għas-saħħa filwaqt li f’atttivitajiet Soċjali xi drabi jiġi provdut ukoll ikel tradizzjionali.

Djar tal-Anzjani – pazjenti/residenti bil-Hepatitis B

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pazjenti/residenti preżentement fid-djar tal-anzjani li qed ibatu mill-kundizzjoni tal-Hepatitis B? Jekk iva, jista’ jindika f’liema djar jinsabu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u ghal daqs tant it-twegiba tinghata f'seduta ohra
Leg 12 PQ #13661 Sitting 232 2015-01-27 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Mellieħa – Każ ta’ Kirja ta’ raba – terminazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li ġiet itterminata kirja ta' raba' fil-Mellieħa, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, liema terminazzjoni kienet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern f'Ottubru 2014 numru 1064 liema art tidher immarkata bil-kulur blu fuq il-pjanta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kirja agrikola tar-raba’ fil-Mellieħa li d-dettalji tagħha ngħataw separatament ġiet itterminata peress li parti minn din ir-raba’ ġiet żviluppata f’razzett. Għaldaqstant, din it-terminazzjoni saret sabiex tkun tista’ toħroġ sejħa għall-offerti fuq din l-art, skont il-provediment tal-Att li jirregola t-Trasferiment ta’ Art tal-Gvern Kapitlu 268 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Leg 12 PQ #13662 Sitting 232 2015-01-27 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Mellieħa – iż-żona tal-Għadira — proġett

Question

Jista' l-Prim Ministru jindika jekk hemmx deċiżjoni dwar liema proġett se jiġi attwat għaż-żona tal-Għadira fil-Mellieħa anke għall-fatt tal-ħsara li qed issir lill-bajja ma' kull ġurnata li tgħaddi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Il-Mellieħa – iż-żona tal-Għadira — proġett

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx deċiżjoni dwar liema proġett se jiġi attwat għaż-żona tal-Għadira fil-Mellieħa anke għall-fatt tal-ħsara li qed issir lill-bajja ma' kull ġurnata li tgħaddi?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal-liema proġett qiegħed jirreferi.

Kunsill Lokali tal-Mellieħa – ħlas għall-użu tal-multipurpose park

Question

Jista’ l-Ministru jindika taħt liema regolamenti/liġi l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa talab ħlas lill-waħda mill-Assoċjazzjonijiet Sportivi tal-Lokal (Mellieħa Athletic Club) meta dawn talbu li jagħmlu użu mill-multipurpose court li jinsab fil-Park tal-Familja tal-Mellieħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li l-għaqdiet sportivi li jagħmlu użu regolari mill-multi-purpose court għat-taħriġ tagħhom ma jintalbu l-ebda ħlas biex jużaw dawn il-faċilitajiet. Infurmat wkoll li waħda minn dawn l-għaqdiet anke tħalliet tuża waħda mill-kmamar li hemm taħt l-istess court fuq bażi permanenti, mingħajr ħlas. L-għaqda sportiva li sar aċċenn għaliha f’din il-mistoqsija parlamentari ma ntalbitx ħlas sabiex tagħmel użu mill-multi-purpose court, iżda ntalbet tħallas sabiex tkun irkuprata l-ispiża tal-kustodju li ntalab jagħti servizz barra mill-ħinijiet normali tiegħu. Għaldaqstant, din l-għaqda sportiva ma ntalbet tħallas xejn sabiex tagħmel użu mill-multi-purpose court.

Fostering – kariga ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni li jittrasferixxi lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mill-kariga li huwa kien ilu jokkupa għal dawn l-aħħar snin fis-settur tal-fostering?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għal daqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra

Fostering – ċaqliq ta’ persuni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iċ-ċaqliq ta’ persuni fl-aħħar jiem li sar fis-settur tal-fostering sarx ukoll bl-approvazzjoni tiegħu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kienx hemm approvazzjoni

Il-Mellieħa – Ċentru ta’ Matul il-Jum – nuqqas ta’ staff

Question

Jista’ l-Ministru jara li fiċ-ċentru ta’ matul il-jum tal-Mellieħa tiġi solvuta l-problema ta’ nuqqas ta’ staff li teżisti preżentement?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddej eżerċizzju biex jiġu indirizzati in-nuqqasijiet li akkumulaw matul is-snin, speċjalment taħt l-amministrazzjoni preċedenti.

Il-Mellieħa – Ċentru ta’ Matul il-Jum — Kompjuters

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-faċilitajiet tal-IT fosthom kompjuters li hemm fiċ-ċentru ta’ matul il-jum fil-Mellieħa jerġgħu jibdew jagħmlu użu minnhom l-anzjani li jattendu l-istess Ċentru u dan peress li ilhom ma jinxtegħlu għal aktar minn sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-komputers li hemm fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum qegħdin għall-użu tal-anzjani. L-anzjani jiġu nkoraġġiti sabiex jagħmlu użu minnhom u għandhom il-liberta’ li jiddeċiedu li jużaw il-komputers meta u x’ħin iridu.

Il-Mellieħa – Ċentru ta’ Matul il-Jum – korsijiet tal-kompjuter

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu ma jiġi organizzat kors tal-kompjuter fiċ-ċentru ta’ matul il-jum fil-Mellieħa meta fl-istess ċentru hemm il-faċilità fil-post ta’ numru ta’ kompjuters?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fiċ-ċentru tal-Mellieħa li l-aħħar kors tal-kompjuter li sar mall-Kunsill Lokali tal-Mellieħa sar f’Novembru 2012. Madanakollu kif diga gie mhabbar mis-Segretarjat Parlamentari fil-Mellieha wkoll ser jibdew jingħataw korsijiet tal-Informazzjoni Teknoloġika b’kollaborazzjoni mal-MCA fil-granet li gejjin.

Futbol Malti – każijiet ta’ allegata korruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' allegata korruzzjoni fil-futbol lokali ġie jew qed jiġi investigat mill-pulizija matul dan l-istaġun (2014/15) ? Jista’ jindika kemm u liema logħbiet ġew jew qed jiġu investigati mill-pulizija jekk kemm-il darba saru jew qed isiru investigazzjonijiet fuq allegata korruzzjoni?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul l-istaġun 2014/2015 ma ġewx irrapurtati allegazzjonijiet ta’ korruzjoni fil-futbol lokali lil Pulizija, għaldaqstant ma saret l-ebda investigazzjoni.

Trasport Pubbliku – karozzi tal-linja low floor

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm, mill-flotta l-ġdida tat-trasport pubbliku, hu n-numru ta’ karozzi li qed jipprovdu faċilità tal-low floor li minnhom jistgħu jibbenefikaw l-anzjani u l-persuni bi bżonnijiet speċjali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-flotta kollha tal-operatur tat-trasport pubbliku illi qed tintuża fis-servizz hija tat-tip low floor. Mill-banda l-oħra, l-vetturi li fil-preżent qegħdin jiġu mikrija mingħand operaturi privati Maltin sabiex jagħtu servizz fuq ċertu rotot m’humiex kollha tat-tip low floor. Kif diġa ġie mħabbar l-operatur il-ġdid tat-trasport pubbliku ser jkun qiegħed jissostitwixxi dawn il-vetturi fil-ġimgħat li ġejjin b’vetturi oħra tat-tip low floor, liema vetturi ser ikunu mikrija mir-Renju Unit.

Trasport pubbliku — nollijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien jiswa biljett ta’ ġurnata (noll) għall-persuni anzjani sa qabel ma beda jaħdem l-operatur il-ġdid tat-trasport pubbliku (sas-7 ta’ Jannar 2015) u kemm ġie jiswa llum taħt l-operatur il-ġdid l-istess biljett ta’ ġurnata għall-anzjani?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l-ebda tibdil fil-prezz tal-biljetti ta’ ġurnata għall-persuni anzjani minn meta ħa f’idejh is-servizz tat-trasport pubbliku l-operatur il-ġdid. Il-prezz ta’ dan il-biljett huwa ta’ €0.50. Minn Marzu li ġej, il-kumpanija l-ġdida li qed topera t-trasport pubbliku f’pajjiżna, ser tibda kampanja estensiva ta’ informazzjoni dwar kif ser taħdem is-sistema.

Trasport pubbliku – rotot għall-isptarijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fit-tfassil tan-nollijiet tas-servizz tat-trasport pubbliku li beda jitħaddem mill-operatur il-ġdid fl-aħħar jiem, itteħdux in konsiderazzjoni d-destinazzjonijiet lejn u mill-isptarijiet f’pajjiżna, fosthom ir-Residenza San Vinċenz de Paul, Sptar Karen Grech, Sptar Boffa u Sptar Mater Dei?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent, l-istruttura tan-nollijiet ma tagħmel l-ebda distinzjoni għar-rigward tad-destinazzjoni li passiġġier ikollu. Dan japplika ukoll għall-istruttura ta’ nollijiet li ser jiġu introdotti f’ Lulju ta’ din is-sena.

Trasport Pubbliku – prezzijiet speċjali

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk persuni bi bżonnijiet speċjali hux se jkollhom prezzijiet speċjali fejn għandu x’jaqsam is-servizz tat-trasport pubbliku l-ġdid li beda jitħaddem fl-aħħar jiem?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuni bi bżonnijiet speċjali li għandhom il-Blue Badge maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni B’Diżabilità (KNPD) se jkollhom l-istess prezzijiet ridotti meta jagħmlu użu mis-servizz tat-trasport pubbliku. Fil-fatt diġà saret laqgħa bejn Transport Malta u l-KNPD fejn dan ġie spjegat u anki maqbul li aktar dettalji jinħargu fil-ġimgħat li ġejjin.

Trasport Pubbliku – Mellieħa – Night Service

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk is-servizz ta’ filgħaxija lejn u mil-lokalità tal-Mellieħa (night service) hux se jerġa’ jibda jingħata, liema servizz kien ġie mneħħi minn din l-amministrazzjoni?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz tan-night service mill-Mellieħa qatt ma ġie mneħħi kif qed jimmaġina l-Interpellant għax jidher li min-naħa tal-Oppożizzjoni tipprova tingħata l-impressjoni li dak li qed isir huwa kollu ħażin, iżda dan għadu jopera kull nhar ta’ Ġimgħa u Sibt permezz tar-rotta N11.