Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex – ftuħ ta’ Dar tal-Anzjani

Question

Jista ' l-Ministru jgħid jekk hux il-Ministeru tiegħu li huwa responsabbli mill-bini tad-dar tal-anzjani f'Għawdex? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid meta mistenni li tinfetaħ din id-dar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proġett tad-Dar tal-Anzjani f’Għawdex jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex.

Residenza San Vinċenz de Paul –xogħlijiet fis-Sala SJ3

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema raġuni ġiet posposta l-inawgurazzjoni tax-xogħol li sar fis-Sala SJ 3 fir-Residenza San Vinċenz de Paul, liema xogħol suppost tlesta f'Diċembru li għadda ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paule – Swali Serenity u Madre Theresa — tibdil ta’ kmamar tal-ikel f’wards

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni li l-kmamar tal-ikel fis-Swali Serenity u Madre Theresa fir-Residenza San Vinċenz de Paule, jinbidlu f'wards?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paul – rispett tad-dinjità tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jara li d-dinjità tal-anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paul tiġi rrispettata billi ma jibqax jingħata l-ikel fil-kuriduri ta’ numru ta’ swali, kif ukoll billi jitwaħħlu purtieri fejn hemm nuqqas sabiex tal-inqas tkun rispettata l-privatezza tal-anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paul – xogħol ta’ kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk xogħol ta' kostruzzjoni li sar fil-bini tal-amministrazzjoni f'San Vinċenz de Paul, biswit l-uffiċċju tal-Kap Eżekuttiv, kellux il-permessi meħtieġa tal-awtoritajiet konċernati, fosthom tal-MEPA? Jekk kellhom il-permessi meħtieġa, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi inkwistjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Trasferiment ta’ individwu – passi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk itteħdux passi kontra min ħa d-deċiżjoni li jittrasferixxi lill-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, liema trasferiment kellu jiġi rtirat wara pressjoni mill-Oppożizzjoni, numru ta’ ġenituri u individwi oħra li ffirmaw petizzjoni f’dan is-sens?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nist'a nassigura lill-Onor. Interpellant li l-passi li ttiehdu saru mhux ghax kien hemm xi forma ta’ pressjoni li ghamel referenza ghaliha l-Onor interpellant, izda ghax ma qbiltx mad-decizjoni amministrattiva li saret. Ninforma lill-Onor interpellant li s-Sur John Role’ qed ikun ukoll ikkonsultat regolarment fit-twaqqif tac-Centru ghall-Adozzjoni u Fostering sabiex titwettaq weghda elettorali ohra fil-qasam tal-Politika Socjali sabiex jissahhu s-setturi tal-Adozzjoni u Fostering f’pajjizna

Foster parents – applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet pendenti sa Diċembru 2014 ta’ individwi li applikaw sabiex ikunu foster parents?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ talbiet pendent sa Diċembru 2014 jammonta għal ħmistax (15).

Bord tal-adozzjonijiet tat-tfal — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-bord responsabbli tal-adozzjonijiet tat-tfal matul is-sena 2014?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li fis-sena 2014 il-Bord għall-Adozzjoni ltaqa’ 17-il darba.

Residenza San Vinċenz de Paul — lift

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-lift fis-sala St. Joseph (ward 9) fir-Residenza San Vinċenz de Paul ilu jiem ma jaħdimx b’inkonvenjent mhux żgħir għal dawk li s-soltu jagħmlu użu minnu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġà ittieħdet l-azzjoni opportuna sabiex jiġi indirizzat l-inkonvenjent.

Fostering – trasferiment ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13640 u jgħid min ħa d-deċiżjoni li jittrasferixxi lill-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mill-kariga li huwa kien ilu jokkupa għal dawn l-aħħar snin fis-settur tal-fostering?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-deċiżjoni ttieħdet b’mod amministrattiv u jien ħadt il-passi u d-deċiżjoni mehuda ġiet over-ruled.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali — Trasferiment ta’ individwi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu biex każijiet bħal dak li seħħ fil-konfront tal-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ma jerġgħux isiru mhux biss f’oqsma sensittivi bħal mhu dak tal-fostering, iżda f’kull dipartiment ieħor li jaqa’ taħt l-istess Ministeru?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru dejjem jieħu dawk il-passi necessarji skond il-bżonn.

Wasteserv – Proġett Pim Energethica

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li l-Wasteserv irtirat mill-proġett iffinanzjat mill-fondi Ewropej Pim Energethica? F’każ li fl-affermattiv, jgħid għal liema raġuni ttieħdet din id-deċiżjoni u min kien li ħa din id-deċiżjoni wara li l-istess Wasteserv kienet ilha involuta fil-proġett imsemmi sa mill-bidu nett?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-WasteServ li l-kumpanija irtirat mill-proġett Pim Energethica fuq deċiżjoni tal-Kap Eżekuttiv wara li kkonsulta maċ-Ċermen. Dan għaliex, kif wera l-Context Analysis, il-proġett ma kienx vijabbli, kemm minħabba l-ammont ta’ spazju li kien jinħtieġ, kif ukoll minħabba is-seasonality fil-provvista ta’ feedstock. Din ta’ l-aħħar setgħet taffetwa d-durability ta’ dan il-proġett b’risultat li l-UE tieħu lura l-flus li jkunu kommessi.

Il-Mellieħa – modifiki fis-sistema tat-traffiku ħdejn il-bus interchange

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull korrispondenza li kien hemm bejn il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u Transport Malta b’rabta mat-talba tal-istess kunsill sabiex tkun modifikata s-sistema tat-traffiku, fejn hemm il-bus interchange fil-Mellieħa, fiż-żona ta’ fejn qabel kien hemm l-istabbiliment tal-Belleview?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din it-talba kienet ġiet diskussa fl-ewwel minn sensiela ta’ laqgħat li kelli mal-Kunsill Lokali flimkien ma’ uffiċċjali minn Transport Malta.

Il-Mellieħa — bus interchange

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm pożizzjoni jew deċiżjoni min-naħa ta’ Transport Malta dwar it-talba li kien għamel il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, b’rabta mal-bus interchange (żona fejn qabel kien hemm il-Belleview) fl-istess lokalità fil-bidu tas-sena 2013?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Transport Malta laqgħet it-talba illi kien għamel il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u għaldaqstant ir-rotot kollha illi jgħaddu mill-inħawi mhux ser jibqgħu jagħmlu użu mill-Interchange tal-Mellieħa illi qiegħed fiż-żona fejn qabel kien hemm il-Belleview. Minnflok, ir-rotot ser jibdew jieqfu fi Triq il-Kbira kif kienu jagħmlu qabel ir-riforma tat-trasport pubbliku fis-sena 2011. Infurmat ukoll li ser isiru taħdidiet mal-operatur tat-trasport pubbliku bil-għan li dan it-tibdil jidħol fis-seħħ malajr kemm jista jkun.

Il-Mellieħa — Bus interchange

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-operatur il-ġdid tat-trasport pubbliku hux se jibqa’ jagħmel użu mill-bus interchange fil-Mellieħa, fiż-żona fejn qabel kien hemm l-istabbiliment tal-Belleview?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ingħatat f’ mistoqsija parlamentari numru 13845.

Il-Mellieħa – Manutenzjoni ta’ Triq il-Kortin

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li r-residenti li joqogħdu fi Triq il-Kortin, il-Mellieħa se jkollhom it-triq residenzjali tagħhom lesta b’wiċċ ġdid bit-tarmak matul is-sena 2015, liema triq kien inbeda l-proċess għall-bini mill-ġdid tagħha mill-amministrazzjoni preċedenti qabel l-2013 u li kienet tpoġġiet fil-lista ta’ toroq prijorità li kellhom isiru fil-Mellieħa?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill- Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10962.

Addozzjonijiet – restrizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jindika liema huma l-pajjiżi li fuqhom hemm restrizzjonijiet sabiex tfal minnhom jistgħu jiġu addottati minn koppji Maltin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ Ċentrali tikkonsulta mal-Hague Conference, mal-International Social Services (ISS) u l-UNICEF dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiżi li minnhom ikunu qed isiru adozzjonijiet internazzjonali. Jista’ jiġri li xi pajjiżi jwaqqfu l-adozzjonijiet minn pajjiżhom lejn pajjiżi oħra, u allura din ir-restrizzjoni ma tkunx biss fil-konfront ta’ Malta.

Addozzjonijiet – pajjiżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn liema pajjiżi barranin jistgħu jaddottaw tfal koppji Maltin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta għandha Memorandum of Understanding (MOU) mal-Albanija u mas-Slovakkja. L-Aġenziji akkreditati għandhom kuntatti diretti ma’ pajjiżi oħrajn.