Legislature:
Category:
Reset
Active:

Laqgħa ma’ uffiċjali li jaħdmu fid-Day Centres

Question

B'referenza għar-rapporti u intervista li dehru fuq il-mezzi tax-xandir nhar il-Ħadd, 22 ta' Frar 2015, rigward laqgħa li saret nhar l-Erbgħa, 18 ta' Frar 2015 mis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b' Diżabilità u Anzjanità Attiva ma' uffiċjali li jaħdmu fid-day centres, jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk fl-imsemmija laqgħa, l-istess uffiċjali li jaħdmu fid-day centres intqalx lilhom il-kliem mis-Segretarju Parlamentari "morru ibilgħu r-remettar li rremettejtu" fost kliem ieħor ta' theddid u insulti, dejjem skont dak li ħareġ mill-istess filmati u rapporti li xxandru, kif ukoll minn stqarrija li ħarġet il-UĦM ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ili diġa saru ċ-ċaħdiet kategoriċi dwar dawn l-allegazzjonijiet foloz bla ba¿i. Fl-istqarrijiet li ġew ippublikati diga ġie spjegat li l-ebda abbuż fuq l-anzjani mhu ser jiġi ttollerat kif titlob il-liġi li mexxa dan il-Gvern u li se jibqa’ jaħdem fuqha bla waqfien.

Ċentru ta' Matul il-Jum — Service Users

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12560 u jikkonferma ġietx organizzata ħarġa nhar il-Ħamis, 31 ta’ Lulju 2014, għas-service users li jattendu ċ-ċentru ta’ matul il-jum tal-FSWS ġewwa ċ-Ċentru ACCESS fil-Kottonera? Jekk fl-affermattiv, jikkonferma li ttieħdu jaraw film, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ġo ċinema l-Fgura? Ma jaħsibx il-Ministru li tali films mhumiex addattati għal service users li okkażjonalment ikunu aggressivi mas-support carers tagħhom? Jista’ l-Ministru jassigura li meta jiġu organizzati dawnn it-tip ta’ ħarġiet jintgħażlu films addattati u ma jerġax iseħħ dak li ġara nhar il-Ħamis peress li dan irriżulta f’ħafna ħsara psikoloġika li xi service user?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li nhar il-Ħamis, 31 ta’ Lulju 2014 is-service users taċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum tal-FSWS marru jaraw film ta fantaxjenza li kellu rating ta’ class 12. Dawn il-ħarġiet huma parti mill-operat tagħna fejn norganizzaw attivitajiet fil-komunità. Ma nistgħux inpoġġu l-persuni b’diżabilità intellettwali kollha f’keffa waħda. Il-klijenti kollha ta’ dan iċ-Ċentru huma adulti u d-diżabiltà intellettwali tagħhom hija kkunsidrata u assessjata bħala moderata jew ħafifa. Għaldaqstant il-film kien addattat jekk tikkunsidra li setgħu jarawh tfal ta’ 12-il sena waħedhom. Apparti minn hekk il-klijenti jaraw il-films flimkien ma’ support workers li dawn joqogħdu jispjegaw x’qed jiġri. Wieħed isemmi wkoll li challenging behaviour jiġi minn fatturi oħrajn u mhux meta wieħed jara film ta’ fantaxjenza.

Bord Multi dixxiplinarju – djar residenzjali għall-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw il-bord multidixxiplinarju li jiddeċiedi min għandu jidħol fid-djar residenzjali tal-Gvern, li jinkludu wkoll sodod mixtrija mill-Gvern fi djar tal-anzjani privati, kif ukoll għar-residenza San Vinċenz De Paul ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ċentri ta’ matul il-jum – petizzjonijiet minn anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk iċ-ċentri ta' matul il-jum li matul ix-xhur ta' Jannar u Frar 2015, anzjani fi ħdanhom bagħtu lilu jew lis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b' Diżabilità u Anzjanità Attiva petizzjonijiet iffirmati minnhom b'rabta mal-officers in charge li jaħdmu jew kienu jaħdmu fl-istess ċentri?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #14865 Sitting 244 2015-03-02 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Laqgħa ma’ uffiċjali li jaħdmu fid-Day Centres

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ħa jew ser ikun qed jieħu b'rabta mar-rapporti li dehru fuq il-mezzi tax-xandir nhar il-Ħadd, 22 ta' Frar 2015, in konnessjoni mal-laqgħa li saret mis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b' Diżabilità u Anzjanità Attiva mal-uffiċjali tad-day centres nhar l-Erbgħa, 18 ta' Frar 2015, liema laqgħa saret ukoll referenza għaliha fi stqarrija mill-UĦM ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li s-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b' Dizabilità u Anzjanità Attiva ċaħdet l-allegazzjonijiet li qed jagħmel riferenza għalihom. Waqt il-laqgħa msemmija, is-Segretarju Parlamentari zżgurat li l-ebda officer-in-charge mhi se tiċċaqlaq minn postha. Madankollu, is-Segretarju Parlamentari ma setgħetx tibqa’ passiva meta ċerti anzjani kienu mġiegħla jiffirmaw petizzjoni, uħud minnhom mingħajr ma kienu jafu x’kien hemm miktub fiha. Kien għalhekk li l-ħaddiema ntalbu jirrimedjaw, kif fil-fatt sar.

Il-Mellieħa — Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li nhar il-Ħamis 12 ta' Frar, ammont ta' dak li deher li kien drenaġġ deher ħiereġ fit-triq li mill-Mellieħa tagħti għall-Manikata fejn saħansittra fl-istess ħin matul il-ġurnata qabel nofsinnhar dehru ukoll inġenji tal-Gvern fl-istess akkwati ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tinvestiga dan il-każ u li se tkun qed tnaddaf is-sistema ta’ drenaġġ tal-inħawi in kwistjoni inkluż il-pumping station tal-Manikata.
Leg 12 PQ #14014 Sitting 239 2015-02-17 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Dar tal-Anzjani f’Għawdex – diskussjonijiet dwar interessi barranin

Question

B'referenza għall-istqarrija li nħarġet mid-DOI (PR 1034) f'Mejju 2013, jista' l-Ministru jgħid min huma u mil-liema pajji¿ barrani huma l-interessi barranin li ssemmew fl-istess stqarrija u li l-Gvern diġà għamel "diskussjonijiet preliminari" magħhom b'rabta mad-dar tal-anzjani f'Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

L-Onorevoli Interpellant għandu jkun informat li d-diskussjonijiet dwar id-dar tal-anzjani f'Għawdex għadhom għaddejjin. Għaldaqstant jkun prematur li f'dan l-istadju tingħata l-informazzjoni mitluba. Madankollu nserraħ ras l-Onorevoli Interpellant u tal-Għawdxin kollha li l-interessi tal-anzjani Għawdxin huma l-ewwel fi kwalunkwe diskussjoni li dan il-Ministeru jkollu dwar din il-materja.

Dar tal-Anzjani tal-Mosta — direttiva/ordni lir-residenti

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk fid-Dar tal-Anzjani tal-Mosta kienx hemm xi direttiva jew ordni lir-residenti sad-9 ta' filgħaxija iridu jkunu inġabbru fil-kmamar rispettivi tagħhom minkejja x-xewqa ta' uħud minnhom li jibqgħu fil-common/tv room tal-istess dar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħataw ebda struzzjonijiet b’mod ġenerali kif qed jingħad. Madankollu kien hemm residenta li ngħatat dawn l-istruzzjonijiet fuq raġunijiet personali.

Aġenzija Appoġġ — persuni ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuna li ġew impjegati mal-Aġenzija Appoġġ minn April 2013 sa Jannar 2015?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.

Aġenzija Appoġġ — ħaddiema - pożizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid f’liema pożizzjonijiet ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Aġenzija Appoġġ bejn April 2013 sa Jannar 2015?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.

Aġenzija Appoġġ — attività

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-attività li ttellgħet fit-teatru ta' Sant Agatha r-Rabat f'Novembru 2014, liema attività kienet kordinata mill-Aġenzija Appoġġ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-attività saret fuq talba tal-impjegati stess u dan biex jitfakkar l-20 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Aġenziji Sedqa u Appoġġ, li tal-aħħar kienet magħrufa f’dak iż-żmien bħala s-Social Work Development Programme (SWDP). L-attività kienet ikkordinata mill -Head Office tal- Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarisen Soċjali (FSWS) permezz tal-uffiċċju tal-Kap Eżekuttiv u għaliha kienu mistiedna l-impjegati kollha ta’ dawn iż-żewġ aġenziji flimkien u mas-sieħeb jew sieħba tagħhom. Dawn flimkien kienu jammontaw għal 1280 mistiednin. L-għan u l-iskop tal-attività sar bħala rikonoxximent u għarfien għax-xogħol siewi li għamlu l-professjonisti u l-ħaddiema kollha ta’ Sedqa u Appoġġ matul dawn l-aħħar 20 sena. L-ispi¿a totali kienet ta’ € 26,625.30.

Children Young Persons Advisory Board — membri

Question

Jista' l-Ministru jindika min huma l-membri li preżentament qed jiffurmaw Children Young Persons Advisory Board u fl-istess ħin jelenka l-kwalifika ta' kull membru tal-imsemmi bord?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt. Position Title Name Surname Qualifications Chairperson: Ms Carmen Fearne Teacher Training College, Dip. (S.W.) Deputy Chair: (UMAS) Ms Frances Mallia Dip. Soc. Work Members: Ms Nadette Azzopardi B.A. (Hons.) Social Policy, Dip. Social Stud. (Gender & Devel.) Ms Romina Baldwin M.A.(Transcultural Counselling), M.A.(Comm. Counselling), B.Psy (Hons.) Ms Alison Bone Dip. (Youth & Comm. Studies) Ms Carmen Cannataci S.R.N., S.C.M. Ms Jane Chircop S.E.N. and Reiki master Teacher Mr Louis Craus S.E.N. Dr Barbara O'Brien B.A., N.P., L.L.D. Ms Monya Vassallo Dip.Applied Social Studies (Soc.Wrk) Mr Julian Xuereb Dip.S.W. Secretary: Ms Fiordalina Camilleri B.Psy (Hons)

Residenza San Vinċenz de Paul — Sala SJ 3 - rinnovar

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk ix-xogħol ta' rinnovar fis-Sala SJ 3 fir-Residenza San Vinċenz de Paule kienx jinkludi wkoll it-twaħħil ta' ħġieġ double glazing?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara li saru diversi diskussjonijiet ma’ nies esperti fis-suġġett ta’ kura għall-anzjani, kif ukoll mal-periti, ġie deċiż li minflok double glazing ikun aħjar jekk jintuża plastic laminated glass, u dan għall-benefiċċju tal-anzjani residenti kif ukoll minħabba raġunijiet ta’ saħħa u sigurtà.

Residenza San Vinċenz de Paul – sejħa għal catering manager

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-iskop u għal liema raġuni inħarġet is-sejħa għal catering manager (HR / MFSS Circular 3/2015) għar-Residenza San Vinċenz De Paul?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f'seduta oħra

Residenza San Vinċenz de Paul – funzjoni ta’ catering manager

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-funzjoni tal-catering manager (HR / MFSS Circular 3/2015), liema sejħa inħarġet għar-Residenza San Vinċenz De Paul?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.

Mellieħa – Ċentru ta’ Matul il-Jum

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni u min ħa d-deċiżjoni li għall-ewwel darba minn kemm ilu miftuħ iċ-Ċentru ta' Matul il-Jum fil-Mellieħa, illum 2 ta' Frar, ma nfetaħx b'inkonvenjent kbir għall-anzjani li marru u sabu ċ-ċentru magħluq?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #14012 Sitting 238 2015-02-11 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Dar tal-Anzjani - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun il-Ministeru tiegħu responsabbli mill-bini ta' dar tal-anzjani f'Għawdex li suppost se jibda x-xogħol fuqha fil-ġimgħat li ġejjin?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tiegħi se jkun responsabbli mill-bini ta' dar tal-anzjani f'Għawdex.
Leg 12 PQ #14013 Sitting 238 2015-02-11 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Dar tal-Anzjani

Question

Jista' l-Minstru jgħid meta mistenni tibda tilqa' l-ewwel anzjani fiha d-dar tal-anzjani li se tinbena f'Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-proġett huwa fuq nett fil-lista ta’ prijoritajiet ta’ dan il-Ministeru u għaldaqstant sejjer isir kull sforz biex dan il-proġett jiġi atwat.

Organizzazzjoni AFDA – flus ivvutati

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jgħaddi l-flus li kienu vvutati (nofs miljun ewro) għall-organizzazzjoni Għawdxija AFDA fl-aħħar baġit tal-amministrazzjoni preċedenti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma jirriżultax li qatt ġiet ivvutata s-somma ta’ nofs miljun Ewro fil-Baġit tal-2013 kif qed jindika hu.