Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar tal-Anzjani – rapporti ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jelenka, dar b’dar tal-anzjani, fejn u kemm saru rapporti ta’ serq minn fuq anzjani residenti fl-istess djar bejn April 2013 u Marzu 2015?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numri ta’ rapporti ta’ serq minn fuq anzjani residenti fl-istess djar bejn April 2013 u Marzu 2015 kien kif indikat hawn taħt: Dar tal-Anzjani Numru ta’ rapporti Msida 6 Mellieħa 41 Zammit Clapp 2 Bormla 9 Żejtun 11 Mtarfa 1 Floriana 1 Mosta 1 SVPR 13

Aġenzija Appoġġ — persuni ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14325 u jgħid kemm huma l-persuna li ġew impjegati mal-Aġenzija Appoġġ minn April 2013 sa Jannar 2015?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn April 2013 u Jannar 2015 ġew impjegati 41 persuna mal-Aġenzija Appoġġ”.

Aġenzija Appoġġ — ħaddiema - pożizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14326 u jgħid f’liema pożizzjonijiet ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Aġenzija Appoġġ bejn April 2013 sa Jannar 2015?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant lil-pożizzjonijiet tal-impjegati ġodda ma’ Appoġġ bejn April 2013 u Jannar 2015 kien kif ġej: Grad li fih ġew impjegati nies ġodda Numru ta' Impjegati ġodda CUSTOMER CARE / CLERK 2 EXECUTIVE III 3 PRECINCTS OFFICER 2 SOCIAL SUPPORT WORKER 4 SOCIAL WORKER 15 SUPPORT WORKER 15 Total 41

Bord Multi dixxiplinarju – djar residenzjali għall-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14862 u jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw il-bord multidixxiplinarju li jiddeċiedi min għandu jidħol fid-djar residenzjali tal-Gvern, li jinkludu wkoll sodod mixtrija mill-Gvern fi djar tal-anzjani privati, kif ukoll għar-residenza San Vinċenz De Paul ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif iddikjarat kemm il-darba, ma jiżisti l-ebda bord appuntat mill-Ministru jew mis-Segretarju Parlamentari u jeżisti team ta’ professjonisti multidixxiplinarji magħmul minn diversi professjonisti fil-Ġerjatrija. Bis-saħħa tal-operat tiegħu inqatgħu ħafna ineffiċċjenzi. Il-bord kif kien jiġi maħtur mill-amministrazzjoni precidenti ta lok għal ċertu ineffiċjenzi u abbuzi, fosthom il-fatt li 11% tal-popolazzjoni f’San Vinċenz huma kompletament indipendenti.

Sodod għall-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14863 u jgħid b’kemm żdiedu s-sodod għall-anzjani f'pajjiżna bejn April 2013 u Jannar 2015?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant lin-numru ta' sodod żdiedu b' 124 apparti ohrajn fid-dekasteru tas-Saħħa.

Ċentri ta’ matul il-jum – petizzjonijiet minn anzjani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14864 u jgħid kemm kienu dawk iċ-ċentri ta' matul il-jum li matul ix-xhur ta' Jannar u Frar 2015, anzjani fi ħdanhom bagħtu lilu jew lis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b' Diżabilità u Anzjanità Attiva petizzjonijiet iffirmati minnhom b'rabta mal-officers in charge li jaħdmu jew kienu jaħdmu fl-istess ċentri?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant lis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità rċieva petizzjonijiet minn ħames ċentri differenti.
Leg 12 PQ #15028 Sitting 249 2015-03-11 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Fondi Ewropej

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu jammontaw l-Fondi Ewropej u kif se jkunu użati dawn l-istess fondi li kienu ġew allokati lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex jintużaw għall-istudji u mmaniġġar tas-siti Natura 2000 li hawn mifruxin f'diversi żoni f'Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Fondi Ewropej li ġew mogħtija lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-EAFRD biex isiru l-pjanijiet tat-tmexxija għal siti Natura 2000, kienu jammontaw ghall- €1,276,200. Dan il-proġett tlesta fl-2014.

Residenza San Vinċenz de Paule – Swali Serenity u Madre Theresa — tibdil ta’ kmamar tal-ikel f’wards

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14005 u jgħid min ħa d-deċiżjoni li l-kmamar tal-ikel fis-Swali Serenity u Madre Theresa fir-Residenza San Vinċenz de Paule, jinbidlu f'wards?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din kienet deċiżjoni meħuda wara diskussjoni mill-Management Team u bi qbil mal-Unions koncernati ġewwa ir-Residenza. Dan bl-għan li tinħoloq l-inqas inkonvenjenza lir-residenti waqt li qed isir proġett ta’ ristrutturar taż-żewg swali li kienu antiki u fi stat mitluq kif imħollija mill-amministrazzjoni preċedenti. Din mhux l-ewwel darba li waqt proġett ta’ din ix-xorta nstab post alternattiv b’mod temporanju fejn jiġu akkomodati ir-Residenti sabiex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa u sigurta’ tagħhom u jkollhom l-inqas inkonvenjent possibli.

Residenza San Vinċenz de Paul – rispett tad-dinjità tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14006 u jara li d-dinjità tal-anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paul tiġi rrispettata billi ma jibqax jingħata l-ikel fil-kuriduri ta’ numru ta’ swali, kif ukoll billi jitwaħħlu purtieri fejn hemm nuqqas sabiex tal-inqas tkun rispettata l-privatezza tal-anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kunċett li jitħaddem fid-djar tal-Gvern huwa ta' a home away from home u għalhekk ir-residenti qed jingħataw il-fakulta' li jikkunsmaw l-ikliet tagħhom fejn jixtiequ. L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li f'kull sala hemm swali tal-ikel għad-dispożizzjoni tar-residenti. Dwar il-purtieri, tisbieħ u għamara oħra, bħalissa it-tmexxija tar-Residenza, għaddejja bit-tibdil ta’ ħafna minn dawn sabiex inkomplu nsebbħu l-ambjenti vasti ta' San Vinċenz u biex ukoll insaħħu l-kwalita' tas-servizzi eżistenti.

Residenza San Vinċenz de Paul – xogħol ta’ kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14007 u jgħid jekk xogħol ta' kostruzzjoni li sar fil-bini tal-amministrazzjoni f'San Vinċenz de Paul, biswit l-uffiċċju tal-Kap Eżekuttiv, kellux il-permessi meħtieġa tal-awtoritajiet konċernati, fosthom tal-MEPA? Jekk kellhom il-permessi meħtieġa, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi inkwistjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jispeċifika aħjar għal-liema binja qiegħed jirreferi.

Residenza San Vinċenz de Paul – sejħa għal catering manager

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14009 u jgħid x'kien l-iskop u għal liema raġuni inħarġet is-sejħa għal catering manager (HR / MFSS Circular 3/2015) għar-Residenza San Vinċenz De Paul?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14964.

Residenza San Vinċenz de Paul – funzjoni ta’ catering manager

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14010 u jgħid x'se tkun il-funzjoni tal-catering manager (HR / MFSS Circular 3/2015), liema sejħa inħarġet għar-Residenza San Vinċenz De Paul?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li d-dmirijiet ta’ persuna fil-ħatra ta’ Catering Manager, fi ħdan ir-Residenza ta’ San Vinċenz, jinkludu: a. il-provista tas-servizzi ta’ l-ikel u x-xorb lill-istaff u l-pazjenti; b. Li tieħu ħsieb l-amministrazzjoni relatata ma’ rotas , ppjanar, kontroll ta’ budgets u l-ordnijiet tal-provisti; c. Li tissorvelja it-tim ċentrali tal- catering , inkluz it-taħriġ u l-iżvillup tal-istaff u li tipprovdi sostenn b’mod prattiku; d. Li tassigura li jkun hemm biżżejjed staff u provvista skont il-ħtiġijiet ta’ kuljum; e. Li tassigura servizz għoli u ta’ kwalita’ u provvista ta’ ikel skont ir-regolamenti tas-saħħa u s-sigurta’; f. Li tifforma parti mill-kumitat dwar il-kċina sabiex jiġi assiġurat li l-kuntrattur tal- catering jilħaq il-miri għoljin ta’ standards u servizzi skont kif stipulat fil-kuntratt; g. Li tilqa’ l-ilmenti meta dawn jinqalgħu u tieħu l-passi neċessarji meta u fejn ikun hemm bżonn; h. Li tassigura li l- policies implimentati fir-Residenza San Vincenz De Paul ikunu jinftehmu mill-istaff u implimentati kollha; i. Li tassigura li d-dmirijiet essenzjali kollha isiru ta’ kuljum mill-istaff kollu tal-kċina fir-Residenza San Vinċenz De Paul u tfassal Work Chart li turi biċ-ċar id-dmirijiet kollha ta’ kuljum u min hu responsabbli li jagħmilhom; j. Li tassigura li l-kċina, inkluż it-tagħmir, huma miżmuma kif suppost, jaħdmu bl-aħjar mod u miżmuma strettament indaf; k. Li żżomm rekords standard u effiċjenti ta’ natura finanzjarja jew amministrattiva oħra skont kif mitluba mill-Management tar-Residenza San Vinċenz De Paul, li jinkludu sommarju ta’ kull ġimgħa ta’ l-affarijiet ikkunsmati; l. Dmirijiet oħrajn li jistgħu jkunu mitluba minnha, konsistenti mal-livell ta’ responsabbilta u l-grad tal-pożiżżjoni; m. Dmirijiet oħra skont l-esiġenzi tas-Servizz skond struzzjonijiet mogħtija mis-Segretarju Permanenti Ewlieni.

Mellieħa – Ċentru ta’ Matul il-Jum

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14011 u jgħid x'kienet ir-raġuni u min ħa d-deċiżjoni li għall-ewwel darba minn kemm ilu miftuħ iċ-Ċentru ta' Matul il-Jum fil-Mellieħa, illum 2 ta' Frar, ma nfetaħx b'inkonvenjent kbir għall-anzjani li marru u sabu ċ-ċentru magħluq?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minħabba ċirkostanzi ta' mard, li d-Dipartiment ma kellux kontroll fuqhom, iċ-Ċentru ta' Matul il-Jum fil-Mellieħa nfetaħ fl-9.45 ta' filgħodu.

Stqarrija dwar l-Ageing Index Ewropew

Question

B'referenza għall-istqarrija maħruġa mid-DOI (PR 150389) intitolata ‘Malta Tavvanza ’l Quddiem fl-Ageing Index Ewropew’ jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument uffiċjali mill-Kummissjoni Ewropeja fejn jidher dan ir-riżultat imsemmi fl-istqarrija indikata?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dokument mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tal-Anzjani – diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu d-diretturi jew aġenti diretturi responsabbli mid-dipartiment tal-anzjani bejn il-11 ta' Marzu 2013 u s-27 ta' Frar 2015?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawn kienu d-Diretturi jew Aġent Diretturi responsabbli mid-Dipartiment tal-Anzjani bejn il-11 ta’ Marzu 2013 u s-27 ta’ Frar 2015: Dr Stephanie Xuereb – Direttur Sur Raymond Dimech – Direttur Sur John Bottiglieri – Aġent Direttur Sur Patrick Vella – Direttur

Fostering – kariga ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13640 u jgħid min ħa d-deċiżjoni li jittrasferixxi lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mill-kariga li huwa kien ilu jokkupa għal dawn l-aħħar snin fis-settur tal-fostering

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hija prerogattiva tal-Management f’kull organizzazzjoni kif jagħmel l-aħjar użu mir-riżorsi tiegħu, inkluż dawk umani, anke jekk dan ikun ifisser deployment ta’ impjegati f’oqsma differenti.

Djar tal-Anzjani – pazjenti/residenti bil-Hepatitis B

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13646 u jgħid jekk hemmx pazjenti/residenti preżentement fid-djar tal-anzjani li qed ibatu mill-kundizzjoni tal-Hepatitis B? Jekk iva, jista’ jindika f’liema djar jinsabu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm każ wieħed ta’ Hepititis B Infection u ilu hemm mis-sena 2008. Biex tiġi assigurata s-saħħa u sigurtà kemm tal-ħaddiema kif ukoll tar-residenti l-oħra jiġu segwiti b’mod rigoruz il-protokolli kollha relatati u applikabbli għall-każijiet ta’ mard infettiv.

Tfal fostered

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13858 u jgħid kemm kien hemm tfal li ġew fostered sena b’sena bejn l-2010 u l-2014?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'seduta oħra.l

Residenza San Vinċenz de Paul –xogħlijiet fis-Sala SJ3

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14004 u jgħid fuq liema raġuni ġiet posposta l-inawgurazzjoni tax-xogħol li sar fis-Sala SJ 3 fir-Residenza San Vinċenz de Paul, liema xogħol suppost tlesta f'Diċembru li għadda ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fis-sala tlesta u issa SJ3 hija sala moderna u state of the art. Iċ-ċerimonji huma sekondarji.

Laqgħa ma’ uffiċjali li jaħdmu fid-Day Centres

Question

B'referenza għar-rapporti u intervista li dehru fuq il-mezzi tax-xandir il-Ħadd, 22 ta' Frar 2015, rigward laqgħa li saret mis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b' Diżabilità u Anzjanità Attiva ma' uffiċjali li jaħdmu fid-day centres, jista' l-Ministru jikkonferma jekk fl-imsemmija laqgħa li saret nhar l-Erbgħa, 18 ta' Frar, l-istess uffiċjali itteħdulhomx il-basktijiet u t-telefowns ċellulari qabel bdiet l-istess laqgħa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minħabba raġunijiet ta’ Sigurtà, id-Dipartiment jista’ jaddotta dawk il-prekawzjonijiet li jħoss li huma opportuni. Madanakollhu fil-laqgħa msemmija kien hemm min kellu it-telefown ċellulari fuqu.