Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mellieħa – Triq Għar u Casa – nuqqas ta’ xogħol fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi fl-immedjat se tieħu Transport Malta sabiex ittaffi l-inkonvenjent li qed isofru residenti ta’ Triq il-Wied Ruman fil-Mellieħa minħabba li x-xogħol li kellu jsir fit-toroq tal-madwar, primarjament fi Triq Għar u Casa, baqa’ ma sarx,?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 15819 u 15820.

San Pawl il-Baħar — Triq il-Konverżjoni - problema ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jara l-problema li qed jesperjenzaw residenti li joqogħdu fi Triq il-Konverżjoni f'San Pawl il-Baħar fejn f'partijiet partikolari fit-triq imsemmija, qed iżomm l-ilma b'konsegwenza li dan qed joħloq inkonvenjent lill-istess residenti? Jista' jara dan l-inkonvenjent peress li l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar kien infurmat ukoll iżda s'issa l-ebda azzjoni effettiva ma ttieħdet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq imsemmija ma taqax taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta. Madankollu, Transport Malta tgħin skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

San Pawl il-Baħar — Triq il-Konverżjoni - problema ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jara l-problema li qed jesperjenzaw residenti li joqogħdu fi Triq il-Konverżjoni f'San Pawl il-Baħar fejn f'partijiet partikolari fit-triq imsemmija, qed iżomm l-ilma b'konsegwenza li dan qed joħloq inkonvenjent lill-istess residenti? Jista' jara dan l-inkonvenjent peress li l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar kien infurmat ukoll iżda s'issa l-ebda azzjoni effettiva ma ttieħdet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li ntalab parir mingħand il-Perit tal-Kunsill dwar it-triq imsemmija.
Leg 12 PQ #15594 Sitting 256 2015-04-01 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marsalforn – ħajt li qed jimblokka Triq is-Sajjied

Question

Jista’ l-Prim Ministru jispjega għaliex l-enforcement notices ECF 171/09 u ECF 172/09, sal-lum ma ġewx segwiti b’azzjoni ta’ infurzar u dan stante li dawn huma fuq ħajt li qed jagħlaq Triq is-Sajjied f’Marsalforn, Għawdex, liema ħajt qed jimblokka din it-triq u l-aċċess għal kull min irid jgħaddi minn din it-Triq għal Triq Għar Qawqla? Jista’ jispjega x’inhu jżomm milli dan il-ħajt illegali jitneħħa u jkun hemm aċċess liberu għal kulħadd f’din it-triq?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar

Servizz ta’ Homehelp — stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li qed jistennew li jingħataw is-servizz tal-Homehelp sal-lum, 17 ta’ Marzu 2015?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant lin-numru t’ applikazzjonijiet approvati sas-17 ta’ Marzu 2015 u li qed jistennew li jibda’ s-servizz tal-Home Help huwa ta’ 28.
Leg 12 PQ #15422 Sitting 255 2015-03-25 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – għoti ta’ faċilitajiet sportivi lill-klabb tal-futbol ta’ Naxxar Lions

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet bejn il-klabb tal-futbol ta' Naxxar Lions u d-Dipartiment tal-Artijiet rigward il-faċilitajiet sportivi fejn fuqhom kien hemm ippjanat li jinbena grawnd tal-futbol f'żona differenti minn dik li kienet ingħatat lill-istess klabb mill-amministrazzjoni preċedenti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sit għal bini ta’ faċilitajiet sportivi ġie identifikat, iżda għad iridu jsiru aktar diskussjonijiet qabel ma tingħata l-art.
Leg 12 PQ #15423 Sitting 255 2015-03-25 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Klabb tal-Futbol Naxxar Lions – art fin-Naxxar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-art li kienet ingħatat lill-klabb tal-futbol ta' Naxxar Lions mill-amministrazzjoni preċedenti fejn fuqha kienu se jinbnew faċilitajiet sportivi, fil-viċinanzi ta' fejn hemm iċ-Ċentru tal-Fieri fin-Naxxar, illum għadhiex tgħajjat lill-istess klabb?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-art li qed jirreferi għalija l-Onor. Membru kienet ġiet trasferita lill-Kunsill Malti għall-Isport permezz ta’ Avviż Legali nru 439 tal-2012. Id-Dipartiment mhuwiex infurmat jekk l-istess kunsill kienx għadda l-proprjetà lill-klabb tal-futbol tan-Naxxar Lions.

Bord Multi dixxiplinarju – djar residenzjali għall-anzjani

Question

B'referenza għar-risposta parlamentari 14968 jista' l-Ministru jindika kemm u min huma l-persuni li qed jiffurmaw it-tim ta' professjonisti multidixxiplinarji li għalihom kien hemm referenza fl-imsemmija risposta ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant lit-tim, mhux bord, ta’ professjonisti multidixxiplinarji jikkonsisti mill-Konsulenti tal-Ġerjatrija fid-Dipartiment ta’ l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita’ li huma ħdax kif ukoll tobba, terapisti u social workers li jkunu qegħdin jaħdmu magħhom fid-dipartimenti, kemm fl-Isptar Karin Grech, fl-Isptar Mater Dei u f’San Vinċenz de Paul u l-Kommunità. It-Terapisti jinkludu Occupational Therapists, Physiotherapists, Social Workers u Speech Language Pathologists li jaħdmu ġewwa l-Isptar ta’ Reabilitazzjoni Karen Grech jiġu mitluba ntervent fuq dawn il-każi skond il-bżonn. F’każ fejn l-anzjan ikun qiegħed fl-Isptar Mater Dei, it-tim jinkludi professjonisti ekwivalenti mill-Isptar Mater Dei taħt il-gwida ta’ Geriatrician mil-lista msemmija hawn fuq.

Bord Multi dixxiplinarju – djar residenzjali għall-anzjani

Question

B'referenza għar-risposta parlamentari 14968 jista' l-Ministru jelenka l-kwalifiki ta' kull persuna li qed jifforma t-tim ta' professjonisti multidixxiplinarji li għalihom kien hemm referenza fl-imsemmija risposta?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Il--Konsultenti tal-Ġerjatrija fid-Dipartiment għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunita’ u l-Kwalifiki taghhom huma: Grad Kwalifiki Consultant Geriatrician MD, M Phil, FRCP (Glasg), MSc HSM, MSc Dem Stud Consultant Geriatrician MD, MRCP Consultant Geriatrician MD, MRCP, DGM, CCST Consultant Geriatrician MD, FRCP (Edin), CCT (G/M, GER) Consultant Geriatrician MD, MRCP Consultant Geriatrician MD, DGM (Lond), M Ger Deputy Clinical Chairperson MD, MRCP(UK), Dip GM(Lond), Dip CPC(Glas) Clinical Chairperson MB ChB, FRCP, MD Consultant Geriatrician MD, MSc, FRCP, PG Dip Ger, Dip Ort, Cert Med Ed Consultant Geriatrician MD, MRCP(UK), DGM (Lond) Consultant Geriatrician MD, FRCP (Glasg), MBA (Henley)

Residenza San Vinċenz de Paul u Sptar Karen Grech – rapporti ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jelenka jekk kienx hemm rapporti ta’ serq fuq l-anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paul u l-Isptar Karen Grech bejn April 2013 u Marzu 2015? Jekk kien hemm, jista’ jgħid kemm kienu dawn ir-rapporti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġewwa San Vincenz de Paul bejn April 2013 u Marzu 2015 ġew irrappurtati 13-il każ ta’ serq mis-swali fejn jirrisjedu l-anzjani. Rigward rapporti ta’ serq fl-Isptar Karen Grech nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Meals on Wheels – tender għas-servizz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta’ tender relatat mas-servizzi tal-meals on wheels CT 2163/2014?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess tat-tender imsemmi relatat mas-servizz tal-Meals on Wheels qiegħed fil-proċess tal-aġġudikazzjoni.

Servizz ta’ Meals on Wheels

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-intenzjonijiet tal-Gvern għas-servizz tal-Meals on Wheels għax-xhur u snin li ġejjin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-intenzjonijiet tal-Gvern għax-xhur u snin li ġejjin fir-rigward tas-Servizz tal-Meals on Wheels huma li jibqa’ jagħti dan is-servizz biex jgħin l-anzjan jibqa’ jgħix fil-komunita’ u dan ukoll lill-applikanti kollha li ilhom snin twal fuq il-lista ta’ stennija

Servizz ta’ Handyman għall-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk l-anzjani li għamlu użu mis-servizz, tal-handyman xahar b’xahar, bejn April 2013 u Frar 2015?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ anzjani li għamlu użu mis-servizz tal-Handyman xahar b’xahar bejn April 2013 u Frar 2015 kien kif indikat fit-tabella t’hawn taħt: Month 2013 2014 2015 Jannar 69 72 Frar 78 61 Marzu 83 April 104 73 Mejju 106 70 Ġunju 86 74 Lulju 95 77 Awissu 82 73 Settembru 104 81 Ottubru 85 86 Novembru 79 63 Diċembru 41 31

Servizz ta’ Telecare — stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li qed jistennew li jingħataw is-servizz tat-Telecare sal-lum, 17 ta’ Marzu 2015?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

Residenza Dar il-Madonna tal-Mellieħa – affarijiet personali tar-residenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni li l-anzjani residenti fir-Residenza Dar il-Madonna tal-Mellieħa jitteħdulhom il-mobiles u l-affarijiet oħra personali qabel jidħlu fil-kamra tal-ikel fl-istess residenza?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm l-ebda direzzjoni biex jittieħdu mobiles jew affarijiet personali mir-residenti qabel ma jidħlu fil-kamra tal-ikel, iżda hemm proċedura li ilha titħaddem mill-2009 li permezz tagħha r-residenti jiġu mitluba biex ma jniżżlux basktijiet magħhom waqt ħin l-ikel.

Residenza Dar il-Madonna tal-Mellieħa — ikel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni li fir-Residenza Dar il-Madonna tal-Mellieħa l-anzjani li l-kundizzjoni ta’ saħħa tagħhom ma tippermettix li joħorġu mill-kamra tagħhom sabiex imorru jieklu mal-kumplament tal-anzjani fis-sala tal-ikel, ma jistgħux jingħataw l-ikel mill-qraba tagħhom fil-kamra tagħhom stess, xi ħaġa li kienet ilha ssir sa mill-ftuħ ta’ din ir-residenza, preċi¿ament mill-1 ta’ Marzu 2008?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ jinkoraġġixxi bis-sħiħ sabiex ir-residenti jibqgħu indipendenti u għaldaqstant jipparteċipaw fl-attivitajjiet tagħhom personali ta’ kuljum. Dawk ir-residenti li jeħtieġu l-għajnuna biex jieklu, il-care-workers huma mħarġa biex jieħdu ħsieb jagħmlu dan. Ċertu residenti għandhom problema ta’ x’jistgħu jieklu, tant li ċertu ikel jipperikola saħħithom u ħajjithom. Għaldaqstant, l-istaff ukoll iħossu responsabli li jara li r-residenti qed jiġu mitmugħa dak li hu rrakkomandat lilhom. Dan hu għall-ġid tar-residenti u biex tiġi assigurata prattika sigura. Dak li kien ħażin u ta’ periklu għal uħud mir-residenti ma nħossx li għandu jibqa’ jiġi pprattikat.

Residenza Dar il-Madonna tal-Mellieħa – ħinijiet tad-dħul

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni u għal liema raġuni li jinbidel il-ħin tad-dħul għall-qraba li jmorru j¿uru l-għeżież anzjani tagħhom fir-Residenza Dar il-Madonna tal-Mellieħa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-deċiżjoni li jinbidel il-ħin tad-dħul għall-qraba li jmorru jżuru l-anzjani fir-Residenza Dar il-Madonna tal-Mellieħa ttieħdet mid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ f’konsultazzjoni mal-management ta’ din ir-Residenza wara li l-istaff kien qiegħed jirċievi diversi lmenti dwar il-preżenza ta’ qraba waqt il-ħin tal-ikel. Il-ħin treġġa lura għal dak oriġinali wara li l-ħinijiet il-ġodda kienu qed joħolqu inkonvenjent għal numru ta’ qraba.

Djar tal-Anzjani – ħinijiet tad-dħul

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk id-djar tal-anzjani li bejn April 2013 u Marzu 2015 inbidlilhom il-ħin tad-dħul għal min imur iżur l-anzjani fl-istess residenzi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn April 2013 sa Marzu 2015, kienet biss id-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa li bidlet il-ħinijiet tad-dħul għal min imur iżur l-anzjani. Din id-deċiżjoni iżda kienet ġiet riveduta fis-17 ta’ Marzu 2015 u l-ħinijiet tad-dħul reġgħu ghal li kienu qabel.

Djar tal-Anzjani – rapporti ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kiemm kienu r-rapporti tas-serq mid-djar tal-anzjani fuq anzjani residenti fl-istess djar bejn April 2013 u Marzu 2015?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn April 2013 u Marzu 2015 ġew rrapporti 85 każ ta’ serq mid-djar tal-anzjani (inkluż San Vincenz de Paul) fuq anzjani residenti fl-istess djar.