Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani – żjarat f’residenzi għall-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni biex rappreżentanza mill-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani ngħataw struzzjonijiet mis-Segretarjat responsabbli mill-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità li m’għandhomx jibqgħu jmorru jżuru r-residenzi għall-anzjani, liema żjarat kienu jservu biex sussegwentament jitħejja rapport dwar nuqqasijiet li kienu jiġu nnutati?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarjat responsabbli mill-Anzjanità Attiva u u l-Persuni b’Diżabilità ma ħa l-ebda deċiżjoni biex rappreżentanza mill-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani ma jibqgħux imorru jżuru r-residenzi għall-anzjani.
Bord multidixxiplinarju – dħul f’residenzi u djar għall-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-persuni li llum qed jiffurmaw il-bord multidixxiplinarju li jiddeċiedi min għandu jidħol fid-djar u residenzi oħra għall-anzjani f’pajjiżna?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Bord Multidixxiplinarju — dħul f’residenzi u djar għall-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-każijiet bejn April 2013 u April 2015 fejn il-Bord Multidixxiplinarju, li jiddeċiedi min jidħol jew le fid-djar jew residenzi oħra għall-anzjani, ma tax kas tar-rakkomandazzjonijiet tal-professjonisti bħalma huma rapporti tas-social workers?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull rakkomandazzjoni professjonali li titressaq quddiem it-tim multidixxiplinarju tiġi kkunsidrata. Is-Social Worker hija parti integrali minn dan it-tim.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani li preżentament huma residenti fid-Djar għall-Anzjani u li mill-pensjoni tagħhom qed tinqatgħalhom 80%?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’seduta oħra.
San Pawl il-Baħar, Qawra u Buġibba — ħlasijiet ta' liċenzji ta' ħwienet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet id-differenza fiż-żieda fil-ħlasijiet tal-liċenzji bejn is-sena 2014 u l-2015 biex wieħed iżomm ħanut jew xi forma ta' negozju ieħor fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar li tinkludi ukoll iż-żoni tal-Qawra u Buġibba?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet id-differenza fiż-żieda fil-ħlasijiet tal-liċenzji bejn is-sena 2014 u l-2015 biex wieħed iżomm ħanut jew xi forma ta' negozju ieħor fil-lokalità tan-Naxxar?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Il-Mellieħa — Triq Ġorġ Borg Olivier u Triq il-Kbira - ħlasijiet ta' liċenzja ta' ħwienet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet id-differenza fiż-żieda fil-ħlasijiet tal-liċenzji bejn is-sena 2014 u l-2015 biex wieħed iżomm ħanut jew xi forma ta' negozju ieħor fil-lokalità tal-Mellieħa fi Triq Ġorġ Borg Olivier u Triq il-Kbira?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill- Onor.Interpellant li ma kien hemm l-ebda żieda fil-ħlasijiet tal-liċenzji bejn l-2014 u l-2015.
San Pawl il-Baħar, Qawra u Buġibba — ħlasijiet ta' liċenzji ta' ħwienet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet id-differenza fiż-żieda fil-ħlasijiet tal-liċenzji bejn is-sena 2014 u l-2015 biex wieħed iżomm ħanut jew xi forma ta' negozju ieħor fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar li tinkludi ukoll iż-żoni tal-Qawra u Buġibba?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.15843
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet id-differenza fiż-żieda fil-ħlasijiet tal-liċenzji bejn is-sena 2014 u l-2015 biex wieħed iżomm ħanut jew xi forma ta' negozju ieħor fil-lokalità tan-Naxxar?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.15843.
Trasport Pubbliku – Servizz bejn fil-Mellieħa/il-Qawra u Mater Dei
Question
Jista’ l-Ministru jara li s-servizz mogħti mit-trasport pubbliku matul ix-xhur tas-sajf fuq ir-rotot tal-Mellieħa (rotta 37) u l-Qawra (rotta 31) lejn l-Isptar Mater Dei jkunu wżati biss minn passiġġieri esklussivament għad-destinazzjoni finali tagħhom lejn l-Isptar peress li dan is-servizz mhux jaqdi l-funzjoni soċjali proprja tiegħu minħabba li ħafna passiġġieri li jkunu jridu jmorru l-Isptar Mater Dei qed jispiċċaw ma jirkbux peress li l-karozzi jkunu mimlija sa mit-tluq tal-vendi rispettivi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm dawn iż-żewġ rotot iservu l-Isptar Mater Dei, id-destinazzjoni finali tagħhom hija l-Belt Valletta u mhux l-istess sptar.
Wieħed irid japprezza li hemm numru ta’ lokalitajiet jew inħawi li jiġu servuti permezz taż-żewġ rotot imsemmija li jservu bħala konnessjoni ewlenija tagħhom kemm għall-Isptar Mater Dei, kif ukoll għall-Belt Valletta. Dawn jinkludu l-lokalitajjiet tan-Naxxar u tal-Iklin, kif ukoll l-inħawi ta’ Santa Margerita ġewwa l-Mosta u l-Armier (fis-sajf).
Dipartiment tal-Artijiet – Il-Mellieħa — żvilupp ta’ art fi Triq Mario de Vasi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Artijiet tax il-kunsens tiegħu sabiex ikun jista’ jusir żvilupp fuq l-art li tinsab faċċata tad-djar/residenzi li jinsabu fi Triq Mario De Vasi, fil-Mellieħa?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2011, il-Kummissarju tal-Artijiet ta’ dak iż-żmien kien ta l-kunsens tiegħu sabiex tkun tista’ ssir it-talba lill-Awtorità tal-Ambjent w Ippjanar. Minn dak iż-żmien 'l hawn ma sar l-ebda żvilupp ġdid dwar din it-talba.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid f’liema stadju waslet l-applikazzjoni għall-bini ta’ kamra tan-nar fil-Mellieħa u meta din l-istess applikazzjoni mistennija tiġi deċiża?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Waqt l-proċessar tal applikazzjoni PA 5985/09 quddiem it Tribunal tar- Revizjoni tal-Ambjent ul -Ippjanar, ġiet approvata l-policy li tirregola l-kmamar tan-nar (3 ta' Novembru, 2014). Għalhekk it-Tribunal saqsa lil-applikant/perit jekk iridx jissospendi l-applikazzjoni sabiex tigi assessjata bil-policies il-ġodda.
L-appellant informa lit-Tribunal li għall-finijiet tar-regolamenti ġodda tal-kmamar tan-nar, huma jixtiequ li l-applikazzjoni tiġi ri-eżaminata taħt il-policies il-ġodda. It-Tribunal ordna sabiex l-applikazzjoni mertu ta’ dan l-appell tigi rimessa lill-Kummissjoni ghall-Ambjent u l-Ippjanar (EPC) sabiex terga' tiġi kkunsidratata.
Id-dokument approvat isemmi li l-applikazzjonjiet iridu jarawhom ad hoc committee. Għalhekk l-imsemmija applikazzjoni qiegħda quddiem dan il-kumitat sabiex jagħmel ir-rikomandazzjoni tiegħu fuq l-iżvilupp. Dan il-kumitat inħatar b'membri tekniċi f'nofs ix-xahar ta' Marzu u għalhekk l-applikazzjoni qiegħda quddiemhom.
Il-Mellieħa – Ċimiterju Sultana tal-Vittorji – xogħol ta’ manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jara li x-xogħol ta’ manutenzjoni li għandu jsir fil-kappella li tinsab fiċ-Ċimiterju Sultana tal-Vittorji fil-Mellieħa jsir b’mod immedjat peress li dan jinsab fi stat perikoluż?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-informazzjoni mitluba se tingħata f'seduta oħra.
Il-Mellieħa — Triq Ġorġ Borg Olivier u Triq il-Kbira - ħlasijiet ta' liċenzja ta' ħwienet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet id-differenza fiż-żieda fil-ħlasijiet tal-liċenzji bejn is-sena 2014 u l-2015 biex wieħed iżomm ħanut jew xi forma ta' negozju ieħor fil-lokalità tal-Mellieħa fi Triq Ġorġ Borg Olivier u Triq il-Kbira?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Is-Salina – ftehim mar-residenti dwar Triq il-Kosta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema ftehim ġie milħuq mar-residenti tas-Salina b’rabta mal-bini mill-ġdid ta’ Triq il-Kosta u effettivament allura jgħid liema deċiżjoni ttieħdet rigward l-aċċess għall-istess residenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aċċess permanenti minn Triq il-Kosta għar-residenti tas-Salina qed jiġi propost għall-approvazzjoni tal-MEPA (taħt applikazzjoni numru PA 01238/15 – Upgrading of Triq il-Katakombi and new road in Triq il-Katakombi).
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fi Triq il-Kortin fil-Mellieħa, liema triq kienu diġà nbeda l-proċess tat-tenders għaliha fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti?
Response (MIZZI, JOE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10962. Abbażi tal-parir legali li ħadet Transport Malta, ġie stabbilit li din it-triq trid tiġi asfaltata mill-istess Awtorità u għaldaqstant, ġiet miżjuda mal-lista ta’ toroq li għandhom isiru mill-Gvern Ċentrali skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk itteħditx deċiżjoni rigward proġett relatat mat-triq tal-Għadira fil-Mellieħa? Jekk iva, meta hu maħsub li jibda x-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 13663.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fi Triq Għar u Casa fil-Mellieħa, liema triq kienet diġà indikata mill-amministrazzjoni preċedenti fost it-toroq li kellhom jingħataw prijorità minn Transport Malta sabiex jinbnew mill-ġdid fil-Mellieħa, tant li anke l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa kien notifikat b’din il-lista ta’ toroq għal din il-lokalità?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta fil-fatt għamlet ix-xogħlijiet li setghet u li kien indikat f’Triq Għar u Casa. Il-kumplament tax-xogħol issa qiegħed jistenna l-partijiet kkonċernati jiffurmaw it-triq skont l-obligi tagħhom.
Il-Mellieħa – Triq il-Wied Ruman – ħsarat fir-residenzi privati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux infurmat dwar ħsara f’residenzi privati fi Triq Wied Ruman fil-Mellieħa possibbiliment ikkawżati minħabba li għadu ma sarx ix-xogħol ta’ bini mill-ġdid ta’ Triq Għar u Casa, li hija responsabilità ta’ Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta rċeviet rapport tekniku dwar xi ħsarat. Transport Malta qiegħda tinvestiga il-claim.