Legislature:
Category:
Reset
Active:

Meals on Wheels

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk kienx hemm bdil fl-għoti tas-servizz tal-Meals on Wheels? U jekk kien hemm bdil x'ser ikun qed jiswa iktar dan is-servizz minn kemm kien jiswa sa qabel ma' kien hemm dan it-tibdil?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li ngħalqet il-kċina ta’ SVPR, is-servizz tal-meals on wheels beda jiġi operat minn kuntrattur u bħalissa qed jiġi evalwat it-tender il-ġdid. Il-persuni li jużaw dan is-servizz baqgħu jħallsu l-istess prezz.

Residenza San Vinċenz de Paul – xogħlijiet fil-kċina

Question

Jista' l-Ministru jindika meta ser ikun lest ix-xogħol li huwa meħtieġ li jsir fil-kċina tar-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt qed jiġi pproċessat mid-Dipartiment tal-Kuntratti skont il-proċedura u mhux opportun li f’dan l-istadju jingħataw dettalji ulterjuri.

Residenza San Vinċenz de Paul – xogħlijiet fil-kċina — spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li ġej jiswa x-xogħol li ser isir fil-kċina l-ġdida tar-Residenza San Vincenz de Paule?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa qiegħed jiġi ffinalizzat it-tender u mhux opportun li jingħataw dettalji f’dan l-istadju.

Residenza San Vinċenz de Paul – kċina

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li tibda titħaddem il-kċina l-ġdida fir-Residenza San Vincenz De Paul?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 16021.

Ċentri ta’ Matul il-Jum — reġjuni

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux vera jew le li ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum inqassmux f’reġjuni madwar Malta? Jekk iva, jista’ jindika kif dawn ir-reġjuni jew maqsuma?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum ġew maqsuma f’disa’ reġjuni kif spjegat ukoll f’din it-tabella: Reġjun Ċentru ta’ Matul il-Jum 1 Mellieħa St.Paul’s Bay 2 Mosta Mtarfa Mġarr 3 Siġġiewi Dingli 4 Naxxar Sliema Gżira 5 St.Venera B’Kara Msida 6 Qormi Luqa St Lucia 7 Żurrieq Kirkop Safi 8 Żejtun B’Buġia 9 Ħamrun Bormla

Standards Minimi Nazzjonali fid-Djar tal-Anzjani – proċess ta’ konsultazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien sehem il-pubbliku u organizzazzjonijiet oħra fil-proċess ta’ konsultazzjoni dwar l-Istandards Minimi Nazzjonali fid-Djar tal-Anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant ii saret konsultazzjoni pubblika fuq medda ta' xhur.

Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità — Direttur Eżekuttiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità ( KNPD ) għadha mingħajr Direttur Eżekuttiv, wara li l-istess kariga ilha battala sa minn Frar 2014 meta l-istess kariga hija stipulata fil-liġi tal-Opportunitajiet Indaqs.

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-KNPD għaddejja minn proċess ta’ evalwazzjoni interna dwar l-operat tagħha, ukoll in vista tas-servizzi li tagħti, biex finalment isseħħ is-separazzjoni bejn ir-rwol propju tal-Kummissjoni dak ta’ regolatur u r-rwol mhux tagħha ta’ service provider – sitwazzjoni anomala li trid tingħata prijorità biex tiġi ndirizzata. Wara li titlesta din l-evalwazzjoni se jkun hemm ukoll proċess ta’ capacity building meħtieġ u opportun.

Pensjoni tad-Diżabilità — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni b'diżabilità li applikaw għall-miżura li tħabbret fl-aħħar baġit fejn persuni b'diżabilità setgħu jibqgħu jieħdu l-pensjoni tad-diżabilità tagħhom irrespittivament mid-dħul mill-paga tagħhom? Liema kriterji qed jiġu applikati f'każijiet u talbiet simili?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tas-sena 2015 kien hemm 58 persuna b’diżabilità li għalkemm jaħdmu u jaqilgħu iżjed mill-paga minima, ikkwalifikaw għal pensjoni tad-diżabilità sħiħa bis-saħħa ta’ din il-miżura ġdida fil-Baġit 2015. Persuna b’diżabilità li taħdem u taqla’ iżjed mill-paga minima, mill-1 ta’ Jannar 2015 saret tikkwalifika għal pensjoni tad-diżabilità sħiħa għaliex id-dħul mill-paga mhux qed jiġi kkunsidrat fl- assessment għall-pensjoni. Dawn il-persuni jridu jissottomettu applikazzjoni u jidhru quddiem bord mediku.

Residenza San Vinċenz de Paul – sala St. Joseph 3 — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħol ta' tisbiħ u manutenzjoni sar fl-aħħar xhur fis-sala St. Joseph 3 fir-Residenza San Vinċenz de Paul u kemm kienet l-ispiża għal dan ix-xogħol ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-Sala St. Joseph 3 fir-Residenza San Vinċenz de Paul saru diversi xogħlijiet ta' tisbiħ u manutenzjoni għall-benefiċċju tar-residenti li jgħixu f’din is-sala. Tali xogħol li gie jiswa €307,703 kien jikkonsisti minn: 1. Bini ta’ disa’ (9) kmamar tal-banju en suite . Fil-passat fis-sala kien hemm biss zewgt (2) kmamar li kienu jservu bħala kmamar tal-banju u dawn kien fit-truf tas sala. 2. Tibjid u tikħil tas-sala kollha. 3. Tqegħid ta’ vinyl flooring ġdid. 4. Tkabbir t’aperturi fosthom twieqi tal-kmamar u tibdil t’apperturi li ħafna minnhom kienu fi stat hażin hafna. 5. Twessieħ ta’ bibien sabiex ikunu aċċessibli għal wheelchairs. 6. Installar ta’ soffit. 7. Ġew meħjuta purtieri ġodda li barra li għenu sabiex isebbħu l-ambjent, taw aktar privatezza lir-residenti. Din kienet opportunita’ għall- inmates fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin li jkomplu jipparteċipaw fi programm ta’ xogħol fejn parti mid-dħul jitpoġġa f’fond għalihom għal meta joħorġu mill-ħabs u parti mill-qliegħ imur għal fond għall-vittmi ta’ kriminalita’ u persuni oħra. 8. Is-sistemi ta’ nurse call u fire system ġew upgraded u twaħħlu fire doors sabiex tkompli tiżdied is-saħħa u s-siġurta fis-sala. 9. Tqegħid ta’ wiring tad-dawl u pajpijiet tal-ilma ġodda, sabiex is-sala u l-ħaddiema jkunu jistgħu jfornu servizz aħjar lir-residenti.

Residenza San Vinċenz de Paul — televiżjoni

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga kif f'ċerti swali fir-Residenza San Vincenz de Paul, it-televiżjoni fil-partijiet komuni allegatament qed jitħalla b'mod abbużiv fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista One?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-amministazzjoni ġewwa San Vincenz minn dejjem stabbiliet il-prassi li t-televiżjoni fil-partijiet komuni jkunu jistgħu jinżammu biss fuq l-istazzjon Malti –TVM u mhux fuq stazzjonijiet tal-partiti. L-unika eċċezzjoni li ġieli ngħatat kienet biss f’każijiet fejn ikun hemm xi dramm popolari. Tali prassi kienet ikkommunikata diversi drabi permezz ta’ memoranda, kif ukoll verbalment mid-diversi membri tal-amministrazzjoni. Jekk l-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku, l-amministrazzjoni ta’ SVPR tkun f’pożizzjoni aħjar biex tieħu passi jekk jirriżulta ksur ta’ din il-prassi.

Residenza San Vinċenz de Paul — ġardinara

Question

Jista' l-Ministru jindika x'tibdil sar fl-aħħar ġimgħat fil-mod kif jaħdmu l-ġardinara fir-residenza ta' San Vinċenz de Paul ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paul — tenders

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-tenders li nħarġu u ngħataw fir-residenza ta' San Vinċenz de Paul bejn April 2013 u April 2015? Jista' ma' din l-informazzjoni jżid ukoll il-valur ta' kull tender li ngħata b'mod separat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn April 2013 u April 2015 inħarġu u ngħataw tlettax (13)-il tender mir-Residenza San Vinċenz de Paule kif elenkat fit-tabella hawn taħt. Tender Reference Tender Name Contract Value Inc VAT Date Awarded CPSU/ECC/09/12 Tender for the provision, supply and installation of electrical adjustable height hospital beds and ancillary equipment to St. Vincent De Paul Residence, Luqa 50,320.00 29/08/2013 ECCD 115/2012 Supply of Boiler Tubes to SVPR 18,367.06 05/03/2014 ECCD 126/2010 Repair & servicing of vehicle fleet at Department for elderly and community care 59,800.00 07/05/2014 CT 2167/2011 Provision of skips and collection of waste at St Vincent de Paul Residence and Homes for the Elderly 163,155.00 04/08/2014 SVP 704/2014 Tender for supply of Mineral Water in canisters. 1.96/bottle 14/08/2014 CT 2126/2013 Tender for Supply of fuel 1,600,000.00 02/10/2014 SVP 722/2014 Tender for the maintenance and upkeep of passenger lifts for three years at St. Vincent De Paul Residence 48,630.00 12/10/2014 SVP 711/2014 Air-mattresses 26,250.00 15/10/2014 SVP 716/2014 Tender for maintenance & upkeep for Generating Sets & Rooms 29,724.52 22/10/2014 SVP 730/2014 Tender for Demolition & Construction Works at S F Wards 3 & 4 115,689.89 28/11/2014 ECCD/67/013 Air-mattresses 26,386.50 17/12/2014 SVP 730 Tender for the demolition and rebuilding of internal partitions and facade alterations to improve the layout at St. Frances Ward 3 (SF3) and St. Frances Ward 4 (SF4), St. Vincent De Paul Residence (SVPR), Luqa 115,689.99 22/01/2015 SVP 743/2014 Tender for Demolition & rebuilding of internal partitions & facade alterations to improve layout at S F Wards 3 & 4. There was a variation to increase the value by and additional 34,435.55 63,645.00 22/01/2015

Djar għall-Anzjani – qtugħ ta’ pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani li preżentament huma residenti fid-Djar għall-Anzjani u li mill-pensjoni tagħhom qed tinqatgħalhom 60%?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' anzjani li preżentament huma residenti fid-Djar għall-Anzjani u li mill-pensjoni tagħhom qed jinqatgħalhom 60% jammonta għal 1,502 f'Malta u 9 f'Għawdex, b’total ta' 1,511.

Kunsill dwar il-Lingwa tas-Sinjali – abbozz ta’ liġi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li d-dokument fuq forma ta’ abbozz ta’ liġi li kien tħejja xhur ilu mill-Professur, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fuq talba li saret lilu mis-Segretarju Parlamentari li dak iż-żmien kien responsabbli minn dan is-settur, l-Onor. Mercieca, relatat mat-twaqqif tal-Kunsill dwar il-Lingwa Maltija tas-Sinjali ftit li xejn hemm referenza għall-kontenut tiegħu fl-abbozz ta’ liġi nru 88 li tressaq f’Marzu 2015 mill-Onor. Caruana?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jirriżultalix li l-professur imsemmi kien delegat jew imqabbad mis-Segretarjat Parlamentari preċedenti l-Onor. Franco Mercieca biex jagħmel xi rapport fuq il-materja. L-Abbozz ta’ Liġi Numru 88 li tressaq f’Marzu 2015 jinkludi l-opinjonijiet ta’ diversi stakeholders, fosthom tal-Assoċjazzjoni għall-persuni neqsin mis-smiegħ.

Interpreti – servizz ta’ interpreti għal persuni nieqsa mis-smiegħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u Persuni b’Diżabilità, kienx wiegħed lill-erba’ interpreti li kienu jagħtu servizz lill-persuni nieqsa mis-smiegħ li kienu se jingħataw impjieg permanenti mal-Aġenzija Sapport?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarjat ta kuntratt ta’ servizzi lill-erba’ interpreti sabiex jagħtu servizzi lill-persuni neqsin mis-smiegħ wara li l-ftehim ta’ servizz li kien hemm fis-seħħ mal-Assoċjazzjoni għall-Persuni Neqsin mis-Smiegħ ġie tterminat mill-istess Assoċjazzjoni. Tnejn mill-erba’ interpreti ingaġġati rrizenjaw wara li sabu mpjieg ieħor ma’ Ministeru ieħor bħala Speech Therapists. Kif diġà ġie ddikjarat pubblikament, mistennija toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet mill-Aġenzija SAPPORT għall-ingaġġ ta’ interpreti.

Djar għall-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul l-aħħar xhur il-Gvern ikkunsidrax li xi djar għall-anzjani li huma mmexxija mill-istess Gvern jgħaddu għand il-privat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qiegħed iżomm l-għażliet kollha miftuħa f’dan is-settur.

San Pawl il-Baħar – pulizija f’tarf il-bypass

Question

Jista’ l-Ministru jara li fit-tarf tal-bypass ta’ San Pawl il-Baħar, direzzjoni lejn Burmarrad, jibda jkun hemm servizz ta’ pulizija jidderiġu t-traffiku peress li issa li beda riesaq l-istaġun tas-sajf il-problemi kontinwi tat-traffiku jkomplu jikbru?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat. Madanakollu bħala Chaiman tat-Traffic Managment Committee, se nressaq dan is-suġġeriment għall-attenzjoni tal-kumitat.

San Pawl il-Baħar – pulizija f’tarf il-bypass

Question

Jista’ l-Ministru jara li fit-tarf tal-bypass ta’ San Pawl il-Baħar, direzzjoni lejn Burmarrad, jibda jkun hemm servizz ta’ pulizija jidderiġu t-traffiku peress li issa li beda riesaq l-istaġun tas-sajf il-problemi kontinwi tat-traffiku jkomplu jikbru?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Pulizija tinsab f'kuntatt ma' Transport Malta rigward din il-lokalità anke minħabba xogħlijiet li qed isiru fl-inħawi u flimkien mal-Uffiċjali tal-Infurzar ta' din l-Awtorità se tara li bi sforz kongunt anke bejn it-taqsima tal-Pulizija tat-Traffiku u dawk tad-Distrett tal-Qawra, jsir l-aħjar użu ta' riżorsi sabiex jitnaqqsu il problemi.

Residenza San Vinċenz de Paul – attività għall-management

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’attività ġiet organizzata għall-management li jmexxi r-Residenza San Vinċenz de Paul fil-5 ta’ Mejju 2015, liema attività fissret li kważi l-management kollu ma kienx preżenti fir-Residenza peress li din l-attività saret barra l-bini tal-istess residenza?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-amministrazzjoni ta’ San Vinċenz qiegħda torganizza diversi attivitajiet ta’ team building għall-ħaddiema kollha ta’ San Vinċenz u din l-attività kienet intiża għall-management. L-amministrazzjoni temmen li dawn it-tip t’attivitajiet huma ta’ benefiċċju għall-ħaddiema u jgħinu biex isaħħu x-xogħol li jsir minnhom.

Memo dwar żjarat fir-residenzi tal-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-memo li nħareġ ftit tal-ġimgħat ilu mis-Segretarjat responsabbli mill-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità li fiha ntqal li biex deputat seta’ jżur xi residenza tal-anzjani jew ċentru ta’ matul il-jum ried jitlob permess lill-istess segretarjat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarjat responsabbli mill-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità ma ħareġ l-ebda Memo. Inħarġet ċirkolari li tfakkar fil-prassi li ddaħħlu mill-Gvern Preċedenti fejn hi l-kortesija li meta xi deputat iżur xi Dipartiment jew entitajiet oħra ikun milqugħ mill-Ministru jew Segretarju Parlamentari responsabbli.