Peress li l-Ministru għall-Finanzi kien informa li l-Fond tal-Kawżi Ġusti issa ġie jaqa' taħt ir-responsabilità tal-Prim Ministru (mistoqsija parlamentari 7406) u effettivament kont weġibt mistoqsija parlamentari fuq is-suġġett (mistoqsija parlamentari 9295) jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16120 u 9295 u jgħid liema kienu dawk l-organizzazzjonijiet li tħallsu l-ammonti dovuti lilhom mill-Fond tal-Kawżi Ġusti bejn Jannar 2014 u April 2014? Jista’ jgħid liema huma dawk l-organizzazzjonijiet li għadhom qed jistennew li jsir lilhom ħlas dovut fuq applikazzjonijiet li huma resqu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ma għandi xejn x’nzid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 16120.
Peress li l-Ministru għall-Finanzi kien informa li l-Fond tal-Kawżi Ġusti issa ġie jaqa' taħt ir-responsabilità tal-Prim Ministru (mistoqsija parlamentari 7406) u effettivament kont weġibt mistoqsija parlamentari fuq is-suġġett (mistoqsija parlamentari 10961), jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16121 u 10961 u jgħid liema huma dawk l-għaqdiet li għadhom qed jistennew ħlasijiet dovuti lilhom mill-Fond tal-Kawżi Ġusti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ma għandi xejn x’nzid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 16121 .
Jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad jekk fid-Djar tal-Anzjani f'pajjiżna hemmx anzjani residenti f'dawn l-istess djar, li l-Gvern qed jaqtalhom 60% mill-pensjoni tagħhom u anzjani residenti oħra li l-Gvern qed jaqtalhom 80% mill-pensjoni tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fid-Djar għall-Anzjani tal-Gvern u dawk li qegħdin fl-iskema tal-Public Private Partnership, taħt ir-responsabbilta’ tad-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunita’, m’hemmx anzjani residenti li qed tinqatgħalhom 80% bħala rata ta’ kontribuzzjoni mill-pensjoni tagħhom. Huma biss l-anzjani fir-residenza San Vinċenz li tinqatgħalhom 80% mid-dħul bħala rata ta’ kontribuzzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy formali tal-Gvern dwar fejn għandhom jitpoġġew tfal taħt l-erba' snin li jkollhom bżonn jiġu protetti b'Ordni għall-Ħarsien?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ewwel prijorità tal-Gvern hija li jassigura li jingħataw is-servizzi kollha meħtieġa sabiex, kemm jista’ jkun, il-minuri jibqgħu jirresjedu mal-familja naturali tagħhom.
Fejn, iżda, dan ma jkunx possibli, l-Gvern, permezz tal-Aġenzija Appoġġ, jagħmel minn kollox sabiex jinstabu familjari li jkunu jistgħu jżommu lill-minuri sakemm l-familja tiġi fuq saqajha.
F’każijiet ulterjuri, fejn lanqas dan ma jkun possibli, l-Aġenzija Appoġġ tirrikorri mill-ewwel sabiex jinstab
placement
ma'
foster carers
approvati sabiex il-minuri jibqgħu f’ambjent ta’ familja. Fejn dawn il-
placements
ma jinstabux, ikun hemm il-ħtieġa li jirrikorru għal djar residenzjali.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont finanzjarju li l-kunsilli lokali bbenefikaw minnu bejn April 2013 u April 2015 f’għajnuna mogħtija lill-istess kunsilli lokali mill-MEUSAC mill-fond ta’ ko-finanzjament li fl-amministrazzjoni preċedenti kien dejjem jikkumplimenta l-applikazzjonijiet ta’ proġetti u inizjattivi mill-/mal-Unjoni Ewropea?
Response (DALLI, HELENA)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ċentru ta’ Matul il-Jum fil-Mellieħa — eżerċizzju fiżiku għall-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji jew għal liema raġunijiet l-anzjani li jattendu għal-lezzjonijiet tal-eżerċizzju fiżiku fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum fil-Mellieħa ġew infurmati li se jitwaqqfilhom dan is-servizz bejn Ġunju u Ottubru ta’ din is-sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-programmi kollha li jseħħu fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Anzjanità Attiva huma organizzati matul is-sena akkademika, jiġifieri minn Ottubru sa’ Ġunju. Fil-perjodu tas-sajf l-anzjani jkollhom attivitajiet oħra skont kif imfassal fil-kurrikulu tal-Anzjanità Attiva.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex jinbidel l-operat eżistenti tal-Aġenzija Appoġġ? U jekk iva, jista’ jgħid x’inhuma dawn il-pjanijiet u meta se jidħlu fis-seħħ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Peress li d-domandi 15906 u 16124 kienu jittrattaw anzjani residenti fi Djar tal-Anzjani u mhux anzjani residenti fir-Residenza San Vinċenz, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani li preżentament qed tinqatgħalhom 80% mill-pensjoni tagħhom u li preżentament jinsabu fi djar tal-anzjani (u mhux f’San Vinċenz)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-Djar għall-Anzjani tal-Gvern u dawk li qegħdin fl-skema tal-Public Private Partnership taħt ir-responsabilità tad-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunità, m’hemmx anzjani residenti li qed tinqatgħalhom 80% bħala rata ta’ kontribuzzjoni mill-pensjoni tagħhom.
Standards Minimi Nazzjonali fid-Djar tal-Anzjani – proposti mill-Fondazzjoni Xjuħija Attiva Maltija
Question
Peress li d-domanda 16099 ma tgħamilx referenza għar-risposta 16100, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-proposti li ġew imressqa lilu mill-Fondazzjoni Xjuħija Attiva Maltija, liema proposti jittrattaw is-suġġett tal-istandards minimi nazzjonali fid-Djar tal-Anzjani?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Peress li l-Ministru fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15447 ma ngħatawx l-ismijiet tal-persuni li jiffurmaw il-Bord Multidixxiplinarju li jiddeċiedi min jidħol fid-djar tal-Anzjani u fir-Residenza San Vincenz De Paule, jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet ta’ dawn il-persuni? Peress li fit-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 15904, l-istess Ministru kien aċċenna li r-risposta kienet se tingħata f’seduta oħra, liema risposta mogħtija għad-domanda 16123 ma tirrispekkjax l-informazzjoni mitluba oriġinarjament, jista’ l-Ministru issa jagħti din l-informazzjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn xi nżid mar-risposti li diġà tajt dwar dan is-suġġett ħlief li nserraħ ras l-Onor. Interpellant li dan il-proċess qed jitmexxa b’ferm aktar serjeta’ u professjonalità u kif ukoll b’ġustizzja assoluta mal-anzjani applikanti.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-MEUSAC għandux għad-dispożizzjoni tiegħu fondi speċjali biex jgħin lill-kunsilli lokali f’forma ta’ ko-finanzjament f’applikazzjonijiet ta’ proġetti u inizjattivi mill-/mal-Unjoni Ewropea?
Response (DALLI, HELENA)
Minn mindu reġa’ twaqqaf fl-2008 sal-lum, il-MEUSAC qatt ma kellu għad-dispożizzjoni tiegħu fondi speċjali biex jgħin lill-kunsilli lokali f’forma ta’ ko-finanzjament f’applikazzjonijiet ta’ proġetti u inizjattivi mill-/mal-Unjoni Ewropea.
Ir-rwol tal-MEUSAC dejjem kien u għadu dak li jassisti lill-kunsilli lokali fil-proċess ta’ identifikazzjoni ta’ opportunitajiet ta’ finanzjament mill-UE għal proġetti tagħhom, kif ukoll fil-mili tal-applikazzjonijiet li jridu jiġu sottomessi biex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-fondi. Il-mandat tal-MEUSAC huwa li jgħin lill-kunsilli lokali jakkwistaw fondi tal-Unjoni Ewropea, kif fil-fatt isir, u l-fondi allokati lill-MEUSAC jitqassmu kif jara li hu meħtieġ il-MEUSAC.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13858 u 14958 u jgħid kemm kien hemm tfal li ġew fostered sena b’sena bejn l-2010 u l-2014?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
Numru ta’ tfal li ġew
fostered
2010
41
2011
61
2012
86
2013
62
2014
60
Bord Multidixxiplinarju — dħul f'residenzi u djar għall-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15904 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-persuni li llum qed jiffurmaw il-bord multidixxiplinarju li jiddeċiedi min għandu jidħol fid-djar u residenzi oħra għall-anzjani f’pajjiżna?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi m'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15447.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15906 u jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani li preżentament huma residenti fid-Djar għall-Anzjani u li mill-pensjoni tagħhom qed tinqatgħalhom 80%?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ anzjani li preżentament huma residenti San Vincenz de Paul u li mill-pensjoni tagħhom qed tinqatgħalhom 80% jammontaw għal elf mija sitta’ u tlettin (1,136).
Fondazzjoni Xjuħija Attiva Maltija – proċess ta’ konsultazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-proposti li tressqu quddiemu waqt il-proċess ta’ konsultazzjoni fir-rigward tal-IsStandards Minimi Nazzjonali fid-Djar tal-Anzjani mill-Fondazzjoni Xjuħija Attiva Maltija (FXAM)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isir l-eżerċizzju opportun, però l-Onorevoli Interpellant japprezza li dan huwa eżerċizzju laboruż ħafna tant li l-amministrazzjoni preċedenti minkejja li għamlet diversi snin titkellem dwar il-ħtieġa tagħhom ma laħqitx għamlithom. Id-differenza hi li dan il-Gvern iwettaq.
Standards Minimi Nazzjonali fid-Djar tal-Anzjani – proposti mill-Fondazzjoni Xjuħija Attiva Maltija
Question
Jista' l-Ministru jindika kemm u liema mill-proposti mgħoddija lilu mill-Fondazzjoni Xjuħija Attiva Maltija se jkun qed jattwa fid-dokument li fih se jkunu elenkati l-listi tal-Istandards Minimi Nazzjonali fid-Djar tal-Anzjani?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistqosija parlamentari 16099.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9295 u jgħid liema kienu dawk l-organizzazzjonijiet li tħallsu l-ammonti dovuti lilhom mill-Fond tal-Kawżi Ġusti bejn Jannar 2014 u April 2014? Jista’ jgħid liema huma dawk l-organizzazzjonijiet li għadhom qed jistennew li jsir lilhom ħlas dovut fuq applikazzjonijiet li huma resqu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10961 u jgħid liema huma dawk l-għaqdiet li għadhom qed jistennew ħlasijiet dovuti lilhom mill-Fond tal-Kawżi Ġusti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.