Legislature:
Category:
Reset
Active:

Residenza San Vinċenz de Paul — Dentistrija - kwalifiki

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni jaħdmu fid-Dentistrija tar-Residenza San Vinċenz de Paul u x'inhuma l-kwalifiki tagħhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fid-dentistrija tar-Residena San Vinċenz de Paul hemm żewġ (2) Dentisti.

Night Shelters

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' Night Shelters f'pajjiżna, liema huma u meta ġew inawgurati?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta` Night Shelters f`pajjiżna huwa ta` 4. Dettalji tan- Night Shelters imwaqqfa kif spjegat hawn taħt : · Kunvent Ġesu Nazzarenu, Żejtun – 14 ta` Novembru 2010 · Dar il-Madonna tal-Mellieħa, Mellieha – 24 ta` Frar 2011 · San Vinċenz De Paul – 20 ta` Lulju 2012 · Dar Padova, Kunvent Sant`Antnin, Għajnsielem, Għawdex – 27 ta`Marzu 2015

Residenza San Vinċez de Paul — televiżjoni

Question

B'referenza għal dak li qal l-individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fl-10 ta' Mejju fuq l-Istazzjoni Familuy Living waqt il-programm 'Bejnietna' fejn stqarr li għaddejjin investigazzjonijiet fir-Residenza San Vinċenz de Paul dwar allegat abbuż li f'ċerti swali fil-postijiet pubbliċi it-televiżjoni kien jitħalla fuq l-istazzjoni tal-partit labursita, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu dawn l-investigazzjonijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-inforamzzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paul — investigazzjoni jew proċeduri ta' dixxiplina

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm investigazzjonijiet jew proċeduri ta' dixxiplina fir-Residenza San Vinċenz de Paul bejn April 2013 u Mejju 2015?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-inforamzzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paul — deċiżjonijiet ta' dixxiplina

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm kienu l-ħaddiema li ġew sospiżi fuq deċiżjonijiet ta' dixxiplina u mil-liema swali jew dipartiment oħra fir-Residenza San Vinċenz de Paul bejn April 2013 u Mejju 2015?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-inforamzzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #16906 Sitting 276 2015-06-15 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – xogħol ta’ kostruzzjoni f’żoni turistiċi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta huma d-dati matul is-sena 2015, imposti mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) b’koordinament mal-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu, li xogħol ta’ kostruzzjoni f`żoni turistiċi bħalmahuma l-Mellieħa u San Pawl il-Baħar, għandu jieqaf?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-entitajiet involuti huma l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), l-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu (MTA), u l-Building Regulation Office (BRO) fi ħdan il-Ministeru tat-Trasport u Infrastruttura. Ir-restrizzjonijiet huma relatati ma' demolizzjoni ta' bini u skavar. Il-perjodu għas-sena 2015 huwa bejn il-15 ta' Ġunju u t-30 ta' Settembru.
Leg 12 PQ #16907 Sitting 276 2015-06-15 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar – lista ta’ toroq f’żoni turistiċi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ toroq fil-lokalitajiet tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar li se jiġu nklużi bħala żoni turistiċi u li fihom m’għandux isir xogħol ta’ kostruzzjoni matul ix-xhur indikati mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) b’kollaborazzjoni mal-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu matul is-sena 2015?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-restrizzjonijiet huma relatati ma' demolizzjoni ta' bini u skavar. Il-lista ta' lokalitajiet u toroq tiġi ppreparata mill-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu. L-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu tirriżerva d-dritt illi temenda l-lista skont il-bżonn. Għas-sena 2015, t-toroq fil-lokalitajiet tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar huma dawn: Mellieħa: TRIQ ADENAU DAWRET IT-TUNNARA TRIQ DUN BELIN AZZOPARDI TRIQ GEORGE BORG OLIVIER TRIQ GĦERIEN (FROM TRIQ IS-SALINI L-QODMA UP TO MISRAĦ THOMAS SPRATT) TRIQ INGRAW TRIQ MAGRI TRIQ IL-KBIRA TRIQ IL-MARFA (FROM GORG BORG OLIVIER STREET UP TO TRIQ IL-QAMMIEH) MISRAĦ IL-PARROĊĊA - MELLIEĦA TRIQ IL-PARROĊĊA (FROM TRIQ-IL-QALB MQADDSA UP TO MISRAĦ IL-PARROĊĊA) TRIQ QAMMIEĦ TRIQ IL-QARNIT TRIQ SALVINU VELLA TRIQ IL-QALB IMQADDSA (FROM MISRAĦ IL-PAROĊĊA UP TO TRIQ ĠORĠ BORG) TRIQ IS-SAJJIEDA TRIQ IT-TRILL TRIQ IL-KBIRA TRIQ DUN FRANGISK SCIBERRAS IL-BAJJA TAL-MELLIEĦA IL-BAJJA TAL-ARMIER IL-BAJJA TA' PARADISE IŻ-ŻONA TA' GĦAJN TUFFIEĦA GOLDEN BAY (RAMLA TAL-MIXQUQA) IŻ-ŻONA TAL-MARFA IĊ-CIRKEWWA San Pawl il-Baħar: DAWRET IL-GŻEJJER DAWRET IN-NAWFRAGJU PLAJJET BOGNOR RAS IL-QAWRA SQAQ TAX-XAMA TELGĦET IX-XEMXIJA TREJQET IL-KULPARA TREJQET IL-LIXKA TRIQ ALOFJU WIGNACOURT TRIQ ANANIJA TRIQ ANDREW CUNNINGHAM TRIQ ANNETTO CARUANA TRIQ BARNABA TRIQ BARNABA TRIQ BORDINO TRIQ BUĠIBBA TRIQ CARMELO DE LUCCA TRIQ CASSARINO TRIQ CENSU TANTI TRIQ DAMASKU TRIQ DOMENICO DE NIZZA TRIQ EFESU TRIQ GARCIA DE TOLEDO TRIQ GĦAWDEX TRIQ GIUSEPPE DESPOTT TRIQ GULJU TRIQ HORATIO NELSON TRIQ IĊ-ĊAGĦAQ TRIQ IĊ-ĊERN TRIQ ID-DOLMEN TRIQ IL-BAĦĦARA TRIQ IL-BAJJA TRIQ IL-BEKKUN TRIQ IL-FEKRUNA TRIQ IL-FLIEGU TRIQ IL-FREJGATINA TRIQ IL-FUGASS TRIQ IL-GANDOFFLI TRIQ IL-GĦABEX TRIQ IL-GIFEN TRIQ IL-GLIEBA TRIQ IL-GWIEBI TRIQ IL-ĦADDIELA TRIQ IL-ĦALEL TRIQ IL-ĦAMSA W GĦOXRIN TA' JANNAR TRIQ IL-ĦARIFA TRIQ IL-ĦATAB TRIQ IL-ĦĠEJJEĠ TRIQ IL-KAHLI TRIQ IL-KAVALLI TRIQ IL-KAVETTA TRIQ IL-KLAMARI TRIQ IL-KONVENTWALI TRIQ IL-KONVERŻJONI TRIQ IL-KONVERŻJONI TRIQ IL-KONZ TRIQ IL-KORP TAL-PIJUNIERI TRIQ IL-KURAZZA TRIQ IL-LAĊĊI TRIQ IL-LAMPUKI TRIQ IL-LUZZU TRIQ IL-MAJJIERA TRIQ IL-MASKLI TRIQ IL-MAZOLA TRIQ IL-MELĦ TRIQ IL-MERLUZZ TRIQ IL-MISTRA TRIQ IL-MISTRIEĦ TRIQ IL-MOSTA TRIQ IL-MULETT TRIQ IL-PAĠELL TRIQ IL-PAPA PAWLU V TRIQ IL-PORJUNKULA TRIQ IL-PORT RUMAN TRIQ IL-PWALES TRIQ IL-QALA TRIQ IL-QALB TA' GESU TRIQ IL-QARNIT TRIQ IL-QAWRA TRIQ IL-QROLL TRIQ IL-VILLEĠJATURA TRIQ IL-WILEĠ TRIQ IN-NAKKRI TRIQ IR-RAMEL TRIQ IR-REBBIEGĦA TRIQ IR-RIZZI TRIQ IS-SAJF TRIQ IS-SAJJIED TRIQ IS-SIMAR TRIQ IT-TAFAL TRIQ IT-TAMAR TRIQ IT-TARTARUN TRIQ IT-TEMPESTA TRIQ IT-TORRI TRIQ IT-TRILL TRIQ IT-TRUNĊIERA TRIQ IT-TURISTI TRIQ IX-XITWA TRIQ IX-XOLFA TRIQ IŻ-ŻERNIEQ TRIQ J. QUINTINUS TRIQ JAMES SMITH TRIQ L-ALKA TRIQ L-ANKRI TRIQ L-ARTIKLI TRIQ L-ARZELL TRIQ L-ARZNELL TRIQ LASCARIS TRIQ L-ERBA' MWIEZEB TRIQ L-GHAXRA TA' FRAR TRIQ L-IBHRA TRIQ L-IMHAR TRIQ L-IMREJKBA TRIQ L-IMSELL TRIQ L-ISKUNA TRIQ L-ISPONOZ TRIQ L-ISTAMNAR TRIQ L-ISTURJUN TRIQ MARKIZA BUGEJA TRIQ MONS. ALFREDO MIFSUD TRIQ NICOLA ARDOINO TRIQ PADERBORN TRIQ PARADES TRIQ PATRI FELIC SAMMUT TRIQ RADDET IR-ROTI TRIQ RUGGERO LORIA TRIQ SALVATORE BORG TRIQ SAN GLORMU TRIQ SAN GORG TRIQ SAN GUZEPP TRIQ SAN GWANN BATTISTA TRIQ SAN LUQA TRIQ SAN MASSIMILJANU KOLBE TRIQ SAN PAWL TRIQ SAN PAWL IL-BAHAR TRIQ SAN TIMOTJU TRIQ SAN XMUN TRIQ SANT' ANTNIN TRIQ SANT' ARISTARKUS TRIQ SANTA MARIJA TRIQ SIR LUIGI PREZIOSI TRIQ TA' NAWCIERA TRIQ TA' ZANDU TRIQ TAL-BILBEL TRIQ TONI BAJADA WESGHA KENNIJA EXCEPT: TRIQ RADDET IR-ROTI TRIQ IL-MISTRA TREJQET IL-FUHHAR TRIQ KATERINA VITALE

Ċentru ta’ Matul il-Jum – Sports Day

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal-liema raġuni l-iSports Day li s-soltu ssir f’dawn il-ġranet għall-anzjani li jattendu fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum, ma ġietx organizzata?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iSports Day li kienet issir f`dan iż-żmien ma saritx kif skedat minħabba r-riorganizzazzjoni li saret fl-amministrazzjoni fil-qasam taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum. Madankollu, fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum bħalissa għaddejjin b’sezzjonijiet organizzati mill-Unit tal-Anzjanità Attiva, fejn fost oħrajn, qed jiġu organizzati diversi attivitajiet inkluż eżerċizzji fiżiċi għall-anzjani, kif ukoll laqgħat ta’ informazzjoni dwar is-saħħa u prevenzjoni ta’ mard. Hemm pjanijiet li l-iSports Day tkun organizzata aktar tard din is-sena b’differenza.

Residenza San Vinċenz de Paul — Dentistrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema parti fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul twaqqfet il-klinika tad-dentistrija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-Klinika tad-dentistrija saret f’post li ma kienx qiegħed jiġi utiliżżat. Fil-fatt il-post indikat qabel kien jintuża bħala store għal mediċini iżda kien ilu vojt għal aktar minn sena. Intagħżel dan il-post minħabba l-fatt li s-sezzjoni qiegħda qrib tal-klinika ta’ kuljum.

Residenza San Vinċenz de Paul — Dentistrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-klinika tad-dentistrija l-ġdida fir-Residenza San Vinċenz de Paul u liema huma s-servizzi li qed jingħataw bħalissa? u

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-klinika tad-dentistrija l-ġdida fir-Residenza San Vinċenz de Paul giet tiswa €268,497. Fil-klinika tad-dentistrija qed jiġu offruti servizzi ta’ dentistrija preventiva u operattiva, endodontics, prostetika dentali li tkun waħda fissa jew ukoll li tinqala, paradontoloġija, servizzi ta’ radjoloġija u kirurġija orali minuri, kif ukoll mediċina orali. Dawn is-servizzi qegħdin iservu ta’ benefiċċju kbir għall-anzjani residenti u għal dawk li jgħixu fil-komunità u li jistgħu jagħmlu użu minn dawn is-servizzi, filwaqt li jintuża ukoll bħala post ta’ taħriġ speċjalizzat fil-qasam tad-dentistrija ġerjatrika għall-istudenti Universitarji.

Adozzjonijiet ta’ tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ma’ liema pajjiżi kien hemm diskussjonijiet jew se jsiru dawn id-diskussjonijiet fil-ġimgħat li ġejjin, sabiex pajjiżna jagħti opportunitajiet lill-ġenituri sabiex jaddottaw tfal minn pajjiżi barranin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar xhur il-Ministeru kellhu diskussjonijiet mal-Albanija, Slovakkja, l-Kosovo, il-Bulgarija, il-Latvja, il-Polonja, il-Vjetnam, iċ-Ċile, il-Kambodja u l-Ghana fost l-oħrajn. Ta’ min wieħed isemmi madanakollu li hija l-prerogattiva tal-pajjiżi msemmija jekk Malta tkunx fil-lista tal-pajjiżi li jaddottaw.

Proġett ta’ Triq il-Kosta – aċċess maġenb lukanda

Question

Ġaladarba jkun lest il-proġett ta’ Triq il-Kosta, jista’ l-Ministru jikkonferma jew le jekk l-aċċess minn maġenb il-Lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hux ser jibqa’ hemm għar-residenti tas-Salina?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aċċess li jeżisti bejn il-lukanda u s-Salina Hamlet fil-preżent huwa biss wieħed temporanju, peress illi dan l-aċċess jinsab fil-konfini tal-lukanda.

Ordni ta' Ħarsien — Tfal - foster family

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu l-Gvern sabiex dawn it-tfal taħt l-erba' snin b'Ordni għall-Ħarsien jitpoġġew f'foster family u mhux f'dar residenzjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari 16444 – Seduta 270, il-Gvern jagħmel l-almu tiegħu kollu sabiex jassigura li l-minuri ikunu protetti u mħarsa bl-aħjar mod possibli u, filwaqt li jemmen li l-familja għandha tkun l-ewwel għażla għall-minuri, hemm ċirkustanzi fejn il-minuri ma jkunx fl-aħjar interess tagħhom li jibqgħu jgħixu mal-familja naturali tagħhom. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ewwel għażla tkun li l-minuri jibqgħu xorta jgħixu f’ambjent ta’ familja. Għaldaqstant, il-Gvern, permezz tal-Aġenzija Appoġġ, jaċċerta ruħu li l-ħaddiema soċjali mit- team tal- fostering , ta’ spiss ikunu fuq il- media bil-għan li jħajjru aktar familji li jistgħu jipprovdu dan is-servizz. Il-ħaddiema soċjali jaħdmu ħafna mal- foster families eżistenti u jipprovdulhom l-appoġġ kollu meħtieġ biex dawn il-familji jkunu jistgħu jieħdu ħsieb lill-minuri afdati lilhom bl-aħjar mod possibli. Irrispettivament minn fejn eventwalment jitpoġġew it-tfal, l-Aġenzija Appoġġ dejjem tara li tassigura li l-minuri qegħdin fl-aħjar post, fl-aħjar interess tal-istess minuri. Dan kollu jsir bil-għajnuna tal-ħaddiema soċjali mill- Looked After Children , li jsegwu lil dawn il-minuri ikkonċernati u finalment jaraw li jifformulaw care plan speċifiku għal kull każ.

Ordni ta' Ħarsien — tfal li jgħixu f'djar residenzjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tfal f'Malta u Għawdex taħt l-erba' snin protetti b'Ordni għall-Ħarsien li bħalissa qed jgħixu fi djar residenzjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm (9) disat it-tfal ta’ bejn 0 – 4 snin protetti b'Ordni għall-Ħarsien li bħalissa qed jgħixu fid-djar residenzjali.

Il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar – kunsilli lokali — fondi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ finanzjament li ħadu l-Kunsilli Lokali tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar mill-fond ta’ ko-finanzjament għall-applikazzjonijiet ta’ programmi jew proġetti mill-Unjoni Ewropea, liema fond kien amministrat mill-MEUSAC, bejn Jannar 2011 u Diċembru 2013?

Response (BONNICI, OWEN)

Jiena infurmat li l-MEUSAC ma jamministrax fond ta’ ko-finanzjament għall- applikazzjonijiet ta’ programmi jew proġetti mill-Unjoni Ewropea.

Proġett ta’ Triq il-Kosta — Triq il-Katakombi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni meta mistenni li tiġi pproċessata l-applikazzjoni PA 01238/15 relatata mal-proġett ta’ Triq il-Kosta b’rabta ma’ Triq il-Katakombi u Triq Ġdida fi Triq il-Katakombi u effettivament meta huwa previst li jibda u jitlesta x-xogħol ġaladarba din l-applikazzjoni tipi approvata?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni numru PA1238/15 qegħda fi stadju ta’ proċessar mill-MEPA. Wara li tiġi approvata din l-applikazzjoni jibda immedjatament ix-xogħol fi Triq il-Katakombi u l-estensjoni tagħha.

Triq il-Kosta – aċċess bil-pass għar-residenti tas-Salina

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk ir-residenti tas-Salina hux ser ikollhom aċċess bil-pass minn u lejn Triq il-Kosta kif kellhom dejjem mir-residenzi tagħhom sabiex ikunu jistgħu jagħmlu użu mit-trasport pubbliku kif ukoll biex bla karozzi jkunu jistgħu jinżlu fil-bajja li hemm biswit Triq il-Kosta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara li jitlestew ix-xogħlijiet ser ikun hemm aċċess permanenti bil-pass minn u lejn Triq il-Kosta biex ir-residenti jkollhom aċċess għall-bajja kif ukoll biex ikunu jistgħu jagħmlu użu mit-trasport pubbliku.

Salina – aċċess għal-persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk persuni b’diżabilità / ġenituri bit-trabi tagħhom hux ser ikun hemm faċilità u aċċess adegwat (b'rampa) li jħares is-sigurtà tagħhom meta jinżlu u jitilgħu mit- / minn trasport pubbliku minn Triq il-Kosta għar-residenzi tagħhom fiż-żona tas-Salina?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ser ikun hemm aċċess pedonali li jinkludi rampa adegwata minn Triq il-Kosta għar-residenti tas-Salina.

Il-Mellieħa – Triq Għar u Casa — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15819, jista’ l-Ministru jikkonferma li din it-triq (Triq Għar u Casa) taqa’ taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta u allura dan ikun ifisser li l-kumplament tax-xogħol fuq l-imsemmija triq irid issir mill-istess Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn x’inżid mat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 15819.

Triq li tagħti għall-Armier — xogħlijiet - servizzi tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk hux minnu li fix-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa fit-triq li tagħti għall-Armier ġiex deċiż li ma jsirx xogħol relatat mas-servizzi tal-ilma? Jekk dan huwa minnu, jista' l-Ministru jgħid min ħa din id-deċiżjoni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħlijiet tal-ilma miftehma oriġinarjament mal-Kunsill Lokali saru u tlestew.