Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17244 u 16916 u ċjoè: B'referenza għal dak li qal l-individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fl-10 ta' Mejju fuq l-istazzjon Family Living waqt il-programm 'Bejnietna' fejn stqarr li għaddejjin investigazzjonijiet fir-Residenza San Vinċenz de Paul dwar allegat abbuż li f'ċerti swali fil-postijiet pubbliċi t-televiżjoni kien jitħalla fuq l-istazzjoni tal-Partit Labursita, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu dawn l-investigazzjonijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent ma jirriżultax li għaddejja xi investigazzjoni simili.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqisja parlamentari 17241, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-pajjiżi li għalihom qed jagħmel referenza għalihom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, b’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17241, li Malta qed tagħmel kuntatt mal-pajjiżi hawn taħt imsemmija sabiex tagħti aktar opportunitajiet lill-familji Maltin li jaddottaw minn pajjiżi barranin bħal:
· L-Albanija
· Il-Kosovo
· Il-Bulgarija
· Il-Vjetnam
· Il-Kambodja
· Il-Latvja
· Il-Polonja
· Iċ-Ċile
· Il-Ghana
· Il-Brażil
· L-Armenia
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni bejn Malta u l-Bulgarija rigwardadozzjoni tat-tfal?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward tas-sitwazzjoni bejn Malta u l-Bulgarija, fejn jidħlu addozzjonijiet tat-tfal, id-Dipartiment tal-Istandards u Ħarsien Soċjali qiegħed jistenna li tkun qiegħda tittieħed deċiżjoni mid-Dipartiment tas-saħħa, dwar il-proċeduri mediċi involuti.
Jista’ l-Ministru jindika liema huma l-kriterji jew il-kundizzjonijiet relatati mas-saħħa li qed jimpedixxu milli pajjiżna jkollu opportunitajiet ta’ adozzjonijiet tat-tfal min-numru ta’ pajjiżi? Jista’ jindika liema huma l-pajjiżi li qed jiffaċċjaw problemi jew intoppi relatati?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid ma' liema pajjiżi barranin il-Gvern jinsab viċin li jasal fi ftehim biex jinfetħu opportunitajiet ġodda jew jerġgħu jinfetħu dawk li kienu diġà eżistenti dwar possibilitajiet ta' adozzjoni ta' tfal?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-pajjiz/pajjizi jigu mhabbra fil-futur qarib malli jigi iffirmat ftehim ma’ dawn il-pajjizi.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16911, jista' l-Ministru jgħid għal liema pajjiżi kien qed jirreferi meta qal "fost l-oħrajn"?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm pajjiżi fejn id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-viżjoni tal-Gvern fuq is-settur tal-Adozzjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li il-viżjoni tal-Gvern fuq is-settur tal-adozzjoni hija li ninstensifkaw il-kuntatti ma’ pajjiżi barranin u nilħqu ftehim ma’ numru minnhom meta possibbli biex jinfetħu dejjem aktar opportunitajiet ġodda ta’ adozzjonijiet għal ġenituri interessati f’pajjiżna.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16916 u ċjoè: B'referenza għal dak li qal l-individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fl-10 ta' Mejju fuq l-Istazzjoni Familuy Living waqt il-programm 'Bejnietna' fejn stqarr li għaddejjin investigazzjonijiet fir-Residenza San Vinċenz de Paul dwar allegat abbuż li f'ċerti swali fil-postijiet pubbliċi it-televiżjoni kien jitħalla fuq l-istazzjoni tal-partit labursita, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu dawn l-investigazzjonijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Residenza San Vinċenz de Paul — investigazzjoni jew proċeduri ta' dixxiplina
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16917 u jgħid kemm kien hemm investigazzjonijiet jew proċeduri ta' dixxiplina fir-Residenza San Vinċenz de Paul bejn April 2013 u Mejju 2015?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 57 investigazzjoni/proċeduri ta' dixxiplina fir-Residenza San Vinċenz de Paul bejn April 2013 u Mejju 2015.
Residenza San Vinċenz de Paul — deċiżjonijiet ta' dixxiplina
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16918 u jgħid jekk u kemm kienu l-ħaddiema li ġew sospiżi fuq deċiżjonijiet ta' dixxiplina u mil-liema swali jew dipartiment oħra fir-Residenza San Vinċenz de Paul bejn April 2013 u Mejju 2015?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi kien hemm 5 ħaddiema li ġew sospiżi fuq deċizjonijiet ta’ dixxiplina. Il-ħaddiema inkwistjoni kienu jaħdmu f’dipartmineti differenti.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Istandards li se jkunu qed jiġu segwiti fid-Djar Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-eżerċizzju fuq Standards li ser ikunu segwiti fid-Djar Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità huwa lest u dalwaqt ser ikun qiegħed ippublikat għall-pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern qattx ikkunsidrawx li jibdew diskussjonijiet mal-awtoritajiet Ċiniżi sabiex pajjiżna jagħti l-opportunità li jiġu addottati tfal miċ-Ċina?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninfoma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern kellu komunikazzjoni mal-awtoritajiet Ċiniżi dwar il-possibilita’ li jsiru adozzjonijiet minn dan il-pajjiż.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16911, mill-10 pajjiżi li l-Ministru kellu diskussjonijiet dwar possibilitajiet li pajjiżna jkollu l-opportunità ta' adozzjoni, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar dawn il-laqgħat li hu kellu u jgħid x'kien l-eżitu tal-laqgħat ma' kull pajjiż b'mod individwali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern kellu laqgħat mal-pajjiżi msemmija hawn taħt, bl-ezitu ta’ dawn il-laqgħat b’mod indvidwali ikun kif indikat:
Albanija
:
Il-kap tal-Awtorita’ Ċentrali Albaniz kellu laqgħa f’Malta fil-bidu ta’ din is-sena. In numru ta’ tfal għall-adozzjoni internazzjonali f’dan il- pajjiż huwa wieħed limitat, pero’ se jibqa’ jkun hemm kooperazzjoni ma’ dan il-pajjiż. Fil-ġimgħat li għaddew ġie mqabbel tifel ma’ koppja Maltija.
Slovakkja
:
Wara li ġie ffirmat
protocol
bejn iż-żewġ pajjiżi, l-Awtorita’ Ċentrali ġiet mistiedna fis-Slovakkja għal-laqgħa li fiha ġiet diskussa l-kooperazzjoni bejn iż-żewg pajjiżi. Minn Diċembru sal-lum ġew imqabbla 5 itfal ma’ 4 koppji Maltin.
Il-Kosovo
:
Għadu qed jiġi stabbilit l-profil tat-tfal.
Il-Bulgarija
:
Il-Bulgarija urew ix-xewqa li jikkoperaw mal-aġenziji Maltin. Iridu jiġu ċċarati l-proċessi taċ-ċertifikati medici.
Il-Vjetnam
:
Ser jiġi ffirmat Memorandum Of Understanding fil-jiem li ġejjin.
Il Kambodja
:
L-awtoritajiet fil-Kambodja stiednu l-awtoritajiet Maltin għalżjara ta’ korteżija, liema żjara ser tkun qedissir fil-jiem li ġejjin. Għalissa l-Kambodja qiegħda fi stadju li tiltaqa’ ma’ pajjiżi li jkunu interessati f’kooperazzjoni magħha ġaladarbal-pajjiż jerġa’ jibda jagħmel adozzjonijiet internazzjonali.
Il-Latvja
:
Il-Latvja wrew interess li jikkoperaw ma’ Malta.
Il-Polonja
:
Qed isir tentattiv min-naħa tal-Awtorita’ Ċentrali biex jiġi stabbilit jekk dan il-pajjiżhuwiex interessat f’ koperazzjoni ma’ Malta f’ dan ir-rigward.
Iċ-Ċile
:
L-Awtorita’ Ċentrali ikkomunikat ma’ dan il- pajjiżu qiegħda tistenna aktar informazzjoni dwar il- possibilita’ ta’ kooperazzjoni bejn iż-żewg pajjiżi.
Il-Ghana
:
L–Awtorita’ Ċentrali ikkomunikat mal-Ambaxxata tal-Ghana f’Malta. Ser tkun qed issir laqgħa fil-ġimgħat li ġejjin, fejn fost oħrajn, ser tiġi diskussa l-possbilita’ ta’ kooperazzjoni bejn dawn iż-żewġ pajjiżi.
Djar tal-Anzjani tal-Mosta — viżti l-Isptar Mater Dei jew Sptar Karen Grech
Question
Jista' l-Ministru jindika jekk fid-Dar tal-Anzjani tal-Mosta kienx hemm okkazzjonijiet fejn qraba intalbu jakkumpanjaw anzjani residenti għall-viżiti fl-Isptar Mater Dei jew Sptar Karen Grech minflok infermiera bejn Mejju 2014 u Mejju 2015 ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hija prassi fid-Djar kollha tal-Anzjani tal-Gvern li skont il-kundizzjonijiet u regolamenti ta` akkomodazzjoni fid-djar residenzjali tal-anzjani tal-Gvern, u fejn il-Gvern għandu ftehim mal-privat, sezzjoni ‘Regolamenti tad-Dar għar-Residenti’, Klawsula numru 5, tgħid hekk:
“Minkejja li membru tal-familja jiġi ammess ġo residenza għall-anzjani, l-obbligu legali tal-familjari li jibqgħu jipprestaw, il-kura xorta jibqa’ jissusisti. Għalhekk il-familjari/rappre
ż
entanti tar-residenti, xorta ser jibqgħalhom id-dmir li jgħinu, biex il-qarib tagħhom, ikun jista’ jgawdi l-aħjar kwalita’ ta’ ħajja bl-aktar dinjita’, bħal per e
ż
empju meta jkun hemm il-ħtieġa li resident jittieħed għal xi vista ‘Outpatients’, vvisti fl-isptar jew jiddaħħal/tiddaħħal f`xi sptar partikulari skont il-ka
ż
.”
Minkejja din il-Klawsola Numru 5, meta jirriżulta li (i) l-ebda qraba ma jkunu jistgħu jakkumpanjaw lir-resident, jew/u (ii) fejn ir-resident partikulari ma għandu l-ebda qarib, l-amministrazzjoni tad-Dar partikulari tibgħat
carer
takkompanja l-istess resident għal kwalunkwe viżita rispettiva.
Djar tal-Anzjani — overtime ta' ħaddiema impjegati
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk kienx hemm direzzjoni mid-Direttorat responsabbli mill-anzjani sabiex jitnaqqas jew saħansittra jitneħħa l-overtime fost il-ħaddiema impjegati maċ-ċivil fid-Djar tal-Anzjani?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma kienx hemm direzzjoni mid-Direttorat responsabbli mill-anzjani sabiex jitnaqqas jew saħansitra jitneħħa l-overtime fost il-ħaddiema impjegati maċ-Ċivil fid-Djar tal-Anzjani.
Residenza San Vinċenz de Paul — servizz ta' dentistrija
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk taħt l-Amministrazzjoni preċedenti kienx diġà jingħata s-servizz ta' dentistrija fir-Residenza San Vinċenz de Paul u jekk fl-istess perjodu fl-istess dentistrija kienx hemm persuni kwalifikati jaħdmu fil-qasam kkonċernat b'risq l-anzjani residenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi taħt l-amministrazzjoni preċedenti kien jingħata s-servizz ta' dentistrija fir-Residenza San Vinċenz de Paul u fl-istess perjodu ukoll, fl-istess dentistrija, kien hemm persuni kwalifikati jaħdmu fil-qasam kkonċernat.