Legislature:
Category:
Reset
Active:

Naxxar – Bini tal-Gvern – tiswija ta’ lift

Question

B'referenza għall-istorja li dehret il-Ħadd 12 ta' Lulju 2015 fuq il-ġurnal " Illum" b'rabta ma' mara li tgħix f'bini tal-Gvern fin-Naxxar, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-lift baqa’ ma sarulux tiswijiet meħtieġa għal numru ta' xhur? Jista' jgħid meta mistenni jsiru t-tiswijiet meħtieġa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17638.

Tiswijiet ta’ lift

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni lift fil-bini li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatment ilu aktar minn sena ma' jaħdimx bla ma sarulu t-tiswijiet meħtieġa bil-konsegwenza li hemm persuni fosthom anzjani li qed ibatu minħabba dan in-nuqqas? Jista' jgħid meta mistenni jsiru t-tiswijiet meħtieġa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17638.

Dwal fit-toroq mill-Imġarr għal Għajn Tuffieħa u minn Għajn Tuffieħa għal San Pawl il-Baħar

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk il-Gvern għandux l-intenzjoni li jinstalla dawl fit-toroq mill-Imġarr għalGħajn Tuffieħa u minn Għajn Tuffieħa għal San Pawl il-Baħar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Enemalta plc ma ntalbitx tapprova jew tagħti l-provvista lil bozoz ġodda fit-toroq imsemmija. L-installazjoni u l-manutenzjoni ta’ bozoz ġodda f’toroq u postijiet pubblici oħrajn mhijiex responsabilta’ tal-Enemalta plc peress li xi snin ilu dawn is-servizzi għaddew f’idejn il-Kunsilli Lokali u għadd ta’ entitajiet governattivi oħrajn.
Leg 12 PQ #17840 Sitting 289 2015-07-14 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Bajja tal-Għadira – tiswijiet fuq il-festun

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17536 li saret lill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, jista’ l-Ministru jara li d-deċiżjoni meħuda mill-Ministeru li kien responsabbli mill-festun inkwistjoni fil-bajja tal-Għadira, issa tintervjeni l-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu sabiex issib soluzzjoni anke fid-dawl li l-promenade tal-Għadira huwa post frekwentat b’mod regolari anke fil-ħinijiet ta’ filgħaxija minn mijiet ta’ Maltin u turisti?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, flimkien mal-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi, diġa’ kienet f’kuntatt mal-Ministeru kkonċernat fejn offriet għajnuna finanzjarja sabiex jiġi rranġat il-festun in kwestjoni jew sabiex jinbidlu l-partijiet neċessarji.

Mellieħa — Bus Interchange

Question

B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 13845, jista' l-Ministru jara li dak li ġie mwiegħed fl-istess risposta b'rabta mal-Bus Interchange tal-Mellieħa (żona fejn qabel kien il-Belleview) jidħol fis-seħħ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif kien ġie mwiegħed, il-karozzi tal-linja mhux ser jibqgħu jagħmlu użu mill-bus interchange ġewwa l-Mellieħa. Din il-bidla ser iseħħ meta jiġi mplimentat it-tibdil fir-rotot in konnessjoni man-network il-ġdid.
Leg 12 PQ #17647 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar – lista ta’ toroq f’żoni turistiċi

Question

B`referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 17464, jista` l-Prim Ministru jwieġeb dak elenkat fid-domanda peress li parti mir-responsabbilità għall-kontenut tad-domanda hija tal-MEPA?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-infurzar tar-regolamenti rigward xogħol ta’ skavar u twaqqiegħ ta’ bini jaqgħu fir-reponsabilta` tal-Building Regulation Office u għalhekk il-mistoqsija għandha tigi riferuta lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #17648 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

MEPA – xogħol ta’ kostruzzjoni f’żoni turistiċi

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsijiet parlamentari 16906 u 16907, jista’ l-Prim Ministru jara li r-restrizzjonijiet jiġu esegwiti peress li fl-aħħar jiem (25 u 26 ta’ Ġunju) fi Triq Ġorġ Borg Olivier fil-Mellieħa kien għadu għaddej xogħol ta’ skavar u twaqqiegħ ta’ bini fejn anke kien hemm spetturi ta’ Trasport Malta jidderieġu t-traffiku fit-triq indikata biswit is-sit ta’ kostruzzjoni?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-infurzar tal-Avviz Legali li jwaqqaf milli jsir xogħol ta’ skavar u twaqqiegħ huwa f’idejn il-Building Regulation Office (BRO) fi ħdan il-Ministeru tat-Trasport u Infrastruttura. Madankollu, uffiċjali tal-Awtorita’ flimkien mal-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi, għamlu diversi spezzjonijiet ma’ uffiċjali tal-BRO u minn informazzjoni li għandna jidher li x-xogħol ta’ twaqqiegħ u skavar f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Ġorġ Borġ Olivier fil-Mellieħa ntemm sad-data stabbilita’ tal-15 ta’ Ġunju 2015. Infatti, uffiċjali minn naħa tal- BRO żaru s-sit imsemmi ħamest (5) ijiem qabel ma bdiet tiġi nfurzata l-liġi, jiġifieri l-Erbgħa 10 ta’ Ġunju 2015, fejn l-istess uffiċjali ġibdu l-attenzjoni tas-sid u nfurmawh illi mit-Tnejn 15 ta’ Ġunju 2015 ma jistax isir xogħol iktar ta’ twaqqiegħ u skavar, liema sid kien diga’ infurmat b’din il-liġi. Infurmati wkoll li x-xogħol li sar wara din id-data kien jikkonsisti fi tqegħid ta’ konkos mal-appoġġ sabiex iservi bħala lqugħ, bħala miżura ta’ sigurta’ għall-bini li hemm fil-madwar. Filfatt, l-uffiċjali ta’ Transport Malta kienu msejħa sabiex jidderieġu t-traffiku fl-imsemmija triq waqt li kien qed isir dan ix-xogħol. Madankollu, nibqgħu nżidu l-ispezzjonijiet sabiex innaqsu kemm jista’ jkun kwalunkwe inkonvenjent.
Leg 12 PQ #17649 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Lukanda Selmun Palace u l-Palazz ta’ Selmun — diskussjonijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17466 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet fit-trattattivi biex possibilment il-lukanda Selmun Palace u l-Palazz ta’ Selmun jinbiegħu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 12309, datata 18 ta’ Novembru 2014. F’dan l-istadju, m’għandix iktar xi nżid fir-rigward tat-trattattivi biex possibilment il-lukanda Selmun Palace u l-Palazz ta’ Selmun jinbiegħu.
Leg 12 PQ #17650 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Palazz ta’ Selmun — restawr tal-faċċata

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17467 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-Gvern huwiex infurmat li b’mod immedjat il-Palazz ta’ Selmun jinħtieġlu restawr fil-faċċata, apparti f’partijiet oħra interni għax kull ġurnata li qed tgħaddi, qed issir ħsara lill-Palazz li tista’ tkun irreparabbli?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi jekk saret ħsara lill-Palazz ta’ Selmun huwa dovut għall-fatt illi taħt l-amministrazzjoni preċedenti dan il-Palazz ta’ Selmun tħalla mitluq meta l-lukanda ta’ Selmun ingħalqet u meta falla tentattiv li l-lukanda tinbiegħ. M’hemm l-ebda ħtieġa ta’ restawr hekk kif issuġġerit fid-domanda parlamentari. Il-Gvern ser ikun qed jaċċerta fil-viċin illi din il-lukanda terġa’ tiftaħ u tkun parti mis-suċċess li qed jagħmel pajjiżna fit-turiżmu.
Leg 12 PQ #17651 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA u Dipartiment tal-Artijiet – Faċilità Tal-Iskateboarding

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17485 u jgħid jekk hemmx permessi mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u d-Dipartiment tal-Artijiet għall-faċilità tal-iSkateboarding li tinsab u li qed tintuża fi Triq il-Port Ruman fil-Qawra u li l-Kunsill Lokali preċedenti ta’ San Pawl il-Baħar kien ippermetta li din l-istess faċilità tibda tintuża?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tweġiba hija fin-negattiv.

Bajja tal-Għadira – tiswijiet fuq il-festun

Question

Jista’ l-Ministru jara li b’mod immedjat isiru t-tiswijiet meħtieġa fuq il-festun li hemm mal-promenade tal-Bajja tal-Għadira, liema post ikun iffrekwentat minn mijiet ta’ persuni kuljum fil-ħinijiet ta’ filgħaxija f’dawn ix-xhur sajfin?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara spezzjoni tal-festun in kwistjoni, rriżulta li parti kbira minnu spiċċat u ma tistax tissewwa. Għaldaqstant ser tissewwa l-parti li għadha tajba.
Leg 12 PQ #17464 Sitting 284 2015-07-06 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar – lista ta’ toroq f’żoni turistiċi

Question

B’referenza għat-tweġibiet parlamentari 16906 u 16907, jista’ l-Prim Ministru jara li r-restrizzjonijiet jiġu esegwiti peress li fl-aħħar jiem (25 u 26 ta’ Ġunju) fi Triq Ġorġ Borg Olivier fil-Mellieħa kien għadu għaddej xogħol ta’ skavar u twaqqiegħ ta’ bini fejn anke kien hemm spetturi ta’ Trasport Malta jidderieġu t-traffiku fit- triq indikata biswit is-sit ta’ kostruzzjoni??

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #17465 Sitting 284 2015-07-06 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Mellieħa – Evalwazzjoni tas-Selmun Palace Hotel u l-Palazz ta’ Selmun

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk fl-evalwazzjoni tal-Gvern għal dak li qabel kien Selmun Palace Hotel u l-Palazz ta’ Selmun ġietx meħuda konsiderazzjoni għaż-żona li llum hija Natura 2000 kif ukoll peress li ftit metri bogħod sar restawr ta’ kumpless ta’ rziezet u anke pillboxes b’investiment mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fl-2012?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-policy tillimita l-iżvilupp strettament ġol-konfini tal-lukanda eżistenti li l-ebda parti minnhom ma hija Natura 2000. Kull restawr li sar il barra mill-konfini tal-lukanda wkoll mhux se jkun effettwat.
Leg 12 PQ #17466 Sitting 284 2015-07-06 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Selmun Palace Hotel u l-Palazz ta’ Selmun — diskussjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet fit-trattattivi biex possibilment il-lukanda Selmun Palace u l-Palazz ta’ Selmun jinbiegħu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #17467 Sitting 284 2015-07-06 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Palazz ta’ Selmun – restawr fil-faċċata

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-Gvern huwiex infurmat li b’mod immedjat il-Palazz ta’ Selmun jinħtieġlu restawr fil-faċċata, apparti f’partijiet oħra interni għax kull ġurnata li qed tgħaddi, qed issir ħsara lill-Palazz li tista’ tkun irreparabbli?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #17485 Sitting 284 2015-07-06 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA u Dipartiment tal-Artijiet – faċilità tal-iSkateboarding

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx permessi mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u d-Dipartiment tal-Artijiet għall-faċilità tal-iSkateboarding li tinsab u qed tintuża fi Triq il-Port Ruman fil-Qawra u li l-Kunsill Lokali preċedenti ta’ San Pawl il-Baħar kien ippermetta li din l-istess faċilità tibda tintuża?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Il-Qawra – Triq il-Port Ruman – arloġġ tad-dawl

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hemmx arloġġ tad-dawl approvat mill-awtoritajiet konċernati sabiex ikun jista’ jingħata d-dawl lill-faċilità tal-iSkateboarding li tinsab fi Triq il-Port Ruman fil-Qawra u f’liema xahar u sena, kien ġie approvat li jitwaħħal dan l-arloġġ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-faċilita’ tal-iSkateboarding hija f’żona interna tal-Kunsill Lokali u hija qegħda tingħata dawl minn meter li jissuppixxi ż-żona kollha tal-madwar. Il-meter huwa f’isem il-Kunsill Lokali u ġie nstallat ħafna snin ilu.

Bajjiet Blue Flag – aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema bajjiet f’pajjiżna kemm dawk li huma blue flag jew le, huma aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità inkluż għall-persuni li jagħmlu użu mis-siġġijiet bir-roti kif ukoll kemm hemm għad-dispożizzjoni tal-Awtorità tat-Turiżmu siġġijiet bir-roti li jistgħu jintużaw minn persuni b’diżabilità fuq il-bajjiet fejn saħansitra jkunu disposti li jinżlu bihom sal-baħar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli.
Leg 12 PQ #17290 Sitting 282 2015-06-30 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Bajjiet Blue Flag – aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema bajjiet f’pajjiżna kemm dawk li huma blue flag jew le huma aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità inkluż għall-persuni li jagħmlu użu mis-siġġijiet bir-roti kif ukoll kemm hemm għad-dispożizzjoni tal-Awtorità tat-Turiżmu siġġijiet bir-roti li jistgħu jintużaw minn persuni b’diżabilità fuq il-bajjiet fejn saħansitra jkunu disposti li jinżlu bihom sal-baħar?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-bajjiet f’pajjiżna jaqgħu taħt ir-risponsabbiltà tad-Direttorat tal-Artijiet u tal-Kunsill Lokali rispettiv, u mhux taħt ir-risponsabbiltà tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Madanakollu, hija l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li bħal entitajiet oħrajn, fil-perjodu tas-Sajf, timmaniġġja numru ta’ bajjiet li wħud minnhom għandhom l-istat ta’ Bandiera Blu jew Bajja ta’ Kwalità. Il-bajjiet li huma mmaniġġjati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u minn entitajiet oħrajn matul il-ġranet tas-sajf u li huma aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità, jammontaw għal sitta (6) f’ Malta u tlieta (3) f’Għawdex. Għad-dispożizzjoni tagħha, l-Awtorità għandha seba’ (7) siġġijiet bir-roti li jistgħu jintużaw minn persuni b’diżabilità li huma disposti li jibqgħu neżlin bihom fil-baħar. Dawn jistgħu jagħmlu użu minnhom f’erba’ (4) bajjiet f’ Malta u f’bajja waħda (1) f’Għawdex. Annessa ma’ din it-tweġiba, qed inpoġġi dokument li juri fid-dettall l-aċċessibiltà tal-bajjiet matul il-perjodu tas-sajf u minn liema entità tiġi mmaniġġjata fuq il-Mejda tal-Kamra.

Adozzjonijiet ta' tfal

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17242, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-pajjiżi li saret referenza għalihom u li d-diskussjonijiet magħhom għadhom għaddejjin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-pajjiżi li saret referenza għalihom fil-mistoqsija parlamentari 17242, fejn ingħad li hemm pajjiżi li magħhom id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin, huma minn kontinenti differenti.