Korrispondenza bejn l-Awtorità tat-Trasport u l-Kunsill lokali Naxxar — Triq Geatano Vitale - tarmak
Question
B'referenza għall-korrispondenza li għaddiet bejn il-Kunsill Lokali Naxxar u Awtorità tat-Trasport fl-aħħar xhur rigward il-kisi bit-tarmak ta' Triq Gaetano Vitale fin-Naxxar kellha, jista' l-Ministru jindika meta mistenni jibda x-xogħol fuq din it-triq, liema triq kienet identifikata fl-2012 bħala waħda mit-toroq li kienu se jingħataw prijorità mill-istess Awtorità tat-Trasport tant li l-istess Awtorità kienet ħarġet il-permess biex jibda x-xogħol? L-istat tat-triq qed joħloq inkonvenjent lir-residenti li joqogħdu fl-inħawi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq din it-triq isir skont il-progress tal-formazzjoni, fondi disponibbli kif ukoll il-proċess tal-akkwist tas-servizzi tal-kuntratturi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa ta’ konsultazzjoni saret u ma’ min ikkonsulta l-Gvern fit-tħejjija għal hekk imsejjħa riforma fil-Foundation for Social Welfare Services (FSWS) li tinkludi Aġenzija mmexxiha mill-Gvern?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-laqgħat ta' konsultazzjoni ma' dawk kollha involutgi għadhom għaddejjin.
Il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar – użu tas-servizz ta’ Telecare
Question
Jista` l-Ministru jgħid kemm huma l-anzjani li għamlu jew qed jagħmlu użu mis-servizz tat-Telecare fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl u n-Naxxar bejn April 2013 u Awwissu 2015 (sena b`sena, lokalità lokalità)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammonti ta’ anzjani li għamlu jew qed jagħmlu użu mis-servizz tat-Telecare fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar, bejn April 2013 u Awwissu 2015, huwa kif ġej:
Perjodu
Mellieħa
San Pawl il-Baħar
Naxxar
2013
122
240
139
2014
124
244
140
2015
137
252
137
Jista` l-Ministru jgħid, kemm kien in-numru ta` anzjani li għamlu użu mill-Handyman Service bejn April 2013 u Awwissu 2015 sena b`sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ anzjani li għamlu u¿u mis-Servizz tal-Handyman bejn April tal-2013 u Awwissu tal-2015, huwa mqassam kif ġej:
2013 (minn April sa Diċembru) - 782 persuna
2014 (sena sħiħa) - 858 persuna
2015 (minn Jannar sa Awwissu) - 661 persuna
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra li jibdel is-servizz mogħti fil-komunità permezz tal-MMDNA ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ jinsab kontinwament impenjat biex itejjeb is-servizzi fil-komunita’ waqt li jfittex li jintroduċi servizzi u prattiċi ġodda għall-futur.
Jista’ l-Ministru jindika kemm kienu dawk l-anzjani li għamlu użu mis-servizz tal-Meals on Wheels, bejn April 2013 u Awwissu 2015 sena b’sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ anzjani li għamlu użu mis-servizz tal-Meals on Wheels bejn April 2013 u Awwissu 2015, huwa mqassam kif ġej:
2013 (bejn April u Diċembru) – 378 benefiċjarju
2014 (sena sħiħa) – 385 benefiċjarju
2015 (sa Awwissu) – 338 benefiċjarju
Triq li tagħti mix-Xemxija għall-Mellieħa – xogħlijiet ta’ manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk hux previst li jsir xogħol ta’ manutenzjoni jew tarmak ġdid fit-triq li tagħti mix-Xemxija għall-Mellieħa u li tinkludi ukoll it-telgħa ta’ Selmun, liema triq qed toħloq inkonvenjent għas-sewwieqa li jagħmlu użu minnha peress li tinsab fi stat ħażin?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġranet li għaddew saru xogħlijiet ta’ tiswija fit-telgħa tax-Xemxija. Dawn ix-xogħlijiet huma ta’ natura temporanja peress li diversi entitajiet bħalissa għaddejjin b’diskuussjonijiet ta’ kordinazzjoni bejniethom fuq id-diversi interventi ippjanati għal dawn it-toroq.
Servizz ta’ Home Help – persuni mill-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm kienu l-persuni li ngħataw is-servizz tal-Home Help fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar bejn Jannar 2010 u Awwissu 2015 sena b’sena, b’mod separat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ persuni li bbenefikaw mis-servizz tal-Home Help bejn Jannar tal-2010 u Awwissu tal-2015, huwa maqsum kif ġej:
Naxxar
2010 43 persuna
2011 44 persuna
2012 48 persuna
2013 50 persuna
2014 56 persuna
2015 (sa Awissu) 61 persuna
San Pawl il-Baħar
2010 21 persuna
2011 22 persuna
2012 25 persuna
2013 33 persuna
2014 35 persuna
2015 (sa Awissu) 39 persuna
Mellieħa
2010 20 persuna
2011 22 persuna
2012 28 persuna
2013 36 persuna
2014 44 persuna
2015 (sa Awissu) 49 persuna
Residenza San Vincenz de Paule – ilma tal-arja kkundizzjonata jqattar fil-kuridur
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li matul ix-xhur tas-Sajf f’numru ta’ swali fir-Residenza San Vincenz de Pauletpoġġew bramel fil-kuriduri sabiex jilqa’ t-taqtir tal- ilma li kien qed jiġi kkawżat mill-apparat tal-arja kkundizzjonata mwaħħlin fis-soqfa tal-istess swali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Intepellant, illi l-bramel li tpoġġew f’numru ta’ swali fil-kuriduri, tqegħdu bħala prekawzjoni għal waqt li kien għaddej l-ispezzjonar ta’ rutina tas-sistema tal-arja kkundizzjonata.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm rapporti li ħarbu tfal mill- istituzzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern permezz tal-Aġenzija Appoġġ bejn Jannar u Settembru 2015? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhi l-età ta’ dawn it-tfal?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn Jannar sa Settembru 2015 saru 4 rapporti lill-Pulizija, dwar minuri tas-sess feminili li kienu rrapportati nieqsa. L-etajiet ta’ dawn it-tfajliet ivarjaw minn 13-il sena sa 15-il sena, biż-żmien li damu rraportati nieqsa jvarja minn ġurnata sa’ erbat ijiem.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każijiet jinvolvu minuri li jkunu ġew irraportati nieqsa għal xi ħin jew jiem kif indikat hawn fuq, u mhux ħarbu mingħajr ritorn. Fir-rigward tal-każi imsemmija, il-minuri jkunu ħarġu mid-dar residenzjali tal-placement tagħhom, fil-ħin li għandhom permess joħorġu, iżda ma jkunux irritornaw lura fil-ħin mistenni. Tajjeb li wieħed isemmi illi l-minuri għandhom permess joħorġu mid-dar/instituzzjoni, u dan isir biex il-minuri taħt kura u kustodja tal-istat jgħixu kemm jista’ jkun ħajja normali bħalma jgħixu minuri oħra subien u bniet tal-età tagħhom li jgħixu fid-djar residenzjali mal-ġenituri.
It-tfajliet involuti huma l-istess individwi li l-ebda dar oħra jew NGO ma aċċettawhom bħala residenti fid-djar tagħhom.
Istituzzjonijiet tal-Gvern li jilqgħu fihom tfal u adoloxxenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ istituzzjonijiet tal-Gvern li jilqgħu fihom tfal jew adoloxxenti sa Settembru 2015? B’mod separat, jista’ jgħid kemm hu n-numru u l-etajiet tat-tfal u adoloxxenti residenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli. Interpellant illi sa Settembru 2015, in-numru ta’ istituzzjonijiet tal-Gvern li jilqgħu fihom tfal jew adoloxxenti jammonta għal 30 (b’għaxra minn dawn id-djar residenzjali huma immexxija mill-Knisja). In-numru ta’ tfal ġewwa l-imsemmija residenzi jammonta għal 207, imqassma kif muri fit-tabella t’hawn taħt:
Etajiet tal-MinuriNumru ta’ Tfal fiċ-Ċentri Residenzjali
0-335
4-957
10-16101
17-18+14
Jista’ l-Ministru jindika kemm kien in-numru ta’ tfal li ġew addottati minn barra l-pajjiż, sena b’sena bejn Awwissu 2013 u Awwissu 2015?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ adozzjonijiet ta’ tfal minn barra l-pajjiż bejn Awwissu 2013 sa Awwissu 2014 kien ta’ 15–il addozzjoni, filwaqt li bejn Settembru 2014 sa Ġunju 2015, in-numru ta’ addozzjonijiet kien ta’ 14.
Il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – rotot tat-trasport pubbliku – tnaqqis ta’ rotot
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema rotot tat-trasport pubbliku tnaqqsu minn dawk li kien hemm qabel is-Sajf 2015 fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar b’rabta mal-programm ta’ rotot ġodda li tħabbru fl-aħħar ġimgħat?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tibdil fis-servizz tat-trasport pubbliku għall-lokalitajiet tal-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar huwa ippjanat li jiġi ntrodott aktar tard din is-sena u għaldaqstant, fil-preżent għadu ma seħħ l-ebda tibdil.
Tallinja Card – persuni li għadhom ma rċevewx il-card
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ilhom mis-17 ta’ Ġunju jistennew it-tallinja Card, minkejja li ċemplu diversi drabi fl-uffiċċju indikat minn din l-inizjattiva?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat mingħand l-operatur tat-trasport pubbliku li l-persuni li d-dettalji dwarhom ngħataw separatament irċivew it-tallinja card tagħhom.
Infurmat ukoll illi l-operatur qiegħed jinvestiga ir-raġuni għalfejn kien hemm dan id-dewmien fil-ħruġ ta’ dawn il-cards.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ġiet sottomessa applikazzjoni minn Transport Malta quddiem l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex ikun jista’ jsir xogħol fuq triq biex isservi bħala aċċess għar-residenti tas-Salini b’rabta max-xogħol li għaddej fi Triq il-Kosta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-applikazzjoni għal din it-triq ġiet sottomessa skont il-proċeduri normali tal-ippjanar. Il-proċess għadu ghaddej.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol fuq it-triq proposta fiż-żona tas-Salini sabiex ir-residenti tal-akkwati jibda jkollhom aċċess diċenti sabiex jaslu għar-residenza tagħhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-permess mill-MEPA għal xogħlijiet permanenti għadu ma ngħatax lil Transport Malta u għaldaqstant l-Awtorità ma tistax tippjana data meta x-xogħlijiet huma mistennija jibdew jew jispiċċaw. Sadattant, Transport Malta diġà assigurat lir-residenti ta’ din iż-żona li se tkun qed tagħmel arranġamenti neċessarji sabiex l-aċċess alternattiv li diġà ġie pprovdut, jibqa’ pprovdut sakemm jitlestew dawn ix-xogħlijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-problemi li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed tindika lill-Transport Malta b’rabta mal-ħruġ ta’ permess sabiex issir triq biex isservi ta’ aċċess għar-residenti fiż-żona tas-Salini?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ma tħossx li hu f’postu li tispjega il-pożizzjoni ta’ entitajiet oħra fil-konfront tal-pjanijiet tagħha. Għaldaqstant, huwa ssuġġerit li l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jindika meta mistenni jibda x-xogħol fi Triq il-Qortin fil-Mellieħa, liema triq kienet diġà ġiet identifikata bħala prijorità mill-amministrazzjoni preċedenti kif ukoll kienu diġà ħarġu sejħiet għall-offerti minn Transport Malta sa mill-2012?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq hija inkluża mal-lista ta’ toroq li għandhom isiru. Ix-xogħol ser isir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni numru ta' anzjani fil-Mellieħa fl-aħħar ġimgħat ma ngħatalhomx is-servizz tal-homehelp?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-impjegati ġew trasferiti għal raġunijiet diversi biex jaħdmu ġewwa ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum ġewwa l-Mellieħa u San Pawl il-Baħar. Is-sitwazzjoni fis-Servizz tal-Home Help qed tiġi ndirizzata mal-kuntrattur biex tiġi rettifikata fil-ġranet li ġejjin.