Jista' l-Ministru jgħid kemm bejn Settembru 2014 u Settembru 2015 kien hemm tfal li ntbagħtu ma’ foster family u kemm kien hemm oħrajn li ddaħħlu fl-istituti? Minn dawk li ddaħħlu fl-istituti, kemm minnhom instabitilhom familja?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bejn Settembru 2014 u Settembru 2015 kien hemm 35 Ordni għall-Ħarsien. Fil-punt tal-ħruġ tal-Ordni għall-Ħarsien, 8 minn dawn il-minuri tpoġġew ma’ foster family, 2 tpoġġew ma’ familjari tagħhom, filwaqt li l-oħrajn tpoġġew ġewwa djar residenzjali.
F’dawk il-kazijiet li tpoġġew ġewwa djar residenzjali, baqa’ jsir attentat sabiex ikunu jistgħu finalment jitpoġġew ġo foster families. Dan għadu ma seħħx kemm għax hemm aktar minuri milli hemm foster carers approvati u kemm għax hemm numru ta’ prospective foster carers li għadhom għaddejjin bit-taħriġ tagħhom u li, għalhekk, għad irid isir l-assessment finali tagħhom qabel ma jiġu approvati mill-Fostering Board.
Jista' l-Ministru jgħid bejn Settembru 2014 u Settembru 2015 kemm kien hemm tfal b’Care Order li ntbagħtu lura jgħixu mal-ġenituri? X’qed isir biex dawn it-tfal ikunu monitored u jkun assigurat li qed jgħixu f’ambjent addattat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, bejn Settembru 2014 u Settembru 2015, kien hemm 14-il tifel u tifla li huma protetti b’Ordni għall-Ħarsien li ġew re-integrati lura mal-ġenituri tagħhom, bi pjan li kien fl-aħjar interess tat-tfal.
F’ kull każ ta’ re-integrazzjoni, il-ħaddiema soċjali tat-tfal mill-Aġenzija Appoġġ jibqgħu jsegwu lit-tfal billi jżommu kuntatt regolari kemm mal-minuri kif ukoll mal-ġenituri, permezz ta’ żjarat fid-dar u fl-iskola, appuntamenti fl-uffiċju tal-Aġenzija Appoġġ, u finalment b’appuntamenti mediċi u ma’ professjonisti oħra li jaħdmu mat-tfal u l-ġenituri.
F`dawk il-każijiet fejn, minkejja li t-tfal ikunu ġew re-integrati, l-Ordni tal-Ħarsien tibqa` fis-seħħ, il-każijiet jibqgħu jidhru quddiem il-Bord Konsultattiv tat-Tfal u ż-Żgħażagħ, li jibqa’ isegwi l-bżonnijiet u x-xewqat tal-minuri waqt li jara li kull deċiżjoni li tittieħed tkun fl-aħjar interess tal-minuri kkonċernati.
Jista l-Ministru jgħid x’metodi xjentifiċi ta’ riċerka qed juża l-Ministeru/l-Appoġġ biex ikun studjat liema tfal b’Care Order (jiġifieri hux dawk li qed jgħixu ma’ foster family, dawk li jibqgħu fi stitut jew dawk li jintbagħtu lura d-dar) qed jilħqu l-aħjar suċċess f’ħajjithom (outcomes), bħal eżempju stabbiltà ta’ impjieg, riżultati akkademiċi, ħelsien mill-vizzji, saħħa mentali eċċ biex fuq dawn ir-riżultati tkun ippjanata l-politka tal-gvern dwar il-ħarsien tat-tfal?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lilll-Oner. Interpellant li, l-qofol tal-operat tal-Aġenzija Appoġġ huwa li tipprovdi servizzi lit-tfal, familji u lill-komunita’. Waqt li l-Aġenzija tagħraf l-importanza tar-riċerka, speċjalment fit-tfassil u evalwazzjoni ta’ servizzi, din m’hijiex il-missjoni ewlenija tagħha.
Dan ifisser li l-Aġenzija Appoġġ tibbaża ħafna mill-ħidma tagħha fuq riċerka li ma ssirx in house imma li, fl-istess ħin, l-Aġenzija minn dejjem għenet biex issir għax minn dejjem emmnet li din ir-riċerka hija utli għaliha biex ittejjeb l-operat tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid ma' min qed issir jew saret konsultazzjoni dwar ir-riforma fl-Appoġġ? Saret xi tip ta' konsultazzjoni mas-services users ta' din l-Aġenzija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Saru laqgħat mal-ħaddiema, rappreżentanti tagħhom u individwalment ma' "service users".
Abbozz ta' liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal — konsultazzjoni dwar l-emendi
Question
Jista' l-Ministru jgħid ma' min saret jew qed issir konsultazzjoni fuq l-emendi tal-Abbozz ta' liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Saru laqgħat mas-Settur tal-Ġustizzja biex kif kien ippjanat “care orders” isiru mill-Qrati Maltin u ħalli jkun hemm koordinament tajjeb bejn il-Ġustizzja u s-Soċjal.
Saru laqgħat ma’ persuni u entitajiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi ġodda ddaħħlu bejn April 2013 u Settembru 2015 mill-Aġenzija Appoġġ immirata għal tfal vulnerabbli u dawk il għandhom ordni ta' ħarsien?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn April 2013 sa Ottubru 2015, l-Aġenzija Appoġġ daħlet numru ta’ servizzi ġodda inklużi dawn li ġejjin:
· Servizzi fil-komunità għall-ommijiet li jkunu qed irabbu waħedhom, li jinkludu workshops bil-mira li jintroduċu l-idea ta’ ħiliet bażiċi, snajja u għajnuna akkademika lil dawn l-ommijiet, kif ukoll il-programm High Support Service fejn
support worker
s qed jaħdmu mil-qrib ma’ ġenituri u tfal b’enfazi partikulari fuq it-trobbija pożittiva;
· Is-Servizz tal-
Home Based Family Therapy;
liema servizz jinkludi f’terapija lil diversi familji vulnerabbli u li għandhom bżonn għajnuna speċjalizzata;
· Aktar ħaddiema soċjali biex joffru servizz aħjar fil-ħarsien tat-tfal;
· L-
Adoloscent Day Programme
,
immirat għal dawk l-adoloxxenti li
jkollhom imġieba diffiiċli u li jkun
u
bdew jesperimentaw b’sustanzi illegali;
· Is-Servizz ta’ Emerġenza bl-intervent tal-ħaddiema soċjali f’każijiet diffiċli u partikolari, barra mill-ħinijiet uffiċjali tax-xogħol tal-istess ħaddiema soċjali;
· It-twaqqif ta’
St Venera Residential Home
, li qed tilqa’ fiha żgħażagħ li minħabba imġieba diffiċli ma jkunux jistgħu jibqgħu jgħixu fi djar residenzjali oħra;
· Tnaqqis ta’ stennija b’25% fl-2015, fil-waiting list tal-program Youth in Focus, u tnaqqis signifikanti fil-ħin ta’ stennija ukoll għas-servizz Embark for Life.
·
Be Smart Online,
tgawdi minn Fondi Ewropej sabiex tkompli tkabbar is-servizz tagħha;
· Is-Supportline 179 attrazzata b’teknoloġija avvanzata sabiex ikun jista’ jsir moniteraġġ aħjar tat-telefonati li jidħlu;
· Imniedi ktieb ġdid bl-isem ta’
‘Perla’
, bil-għan li jgħin l-ġenituri addottivi u t-tfal tagħhom fit-trobbija;
· Ristrutturar
tas-shelter tan-nisa ‘Għabex’;
· Moniteraġġ kontinwu fuq il-waiting list tas-Servizz kontra l-Vjolenza Domestika sabiex ikun żgurat illi din tibqa f’livelli baxxi ħafna u b’hekk il-vittmi u t-tfal tagħhom jingħataw servizz minn ħaddiema soċjali allokata għalihom kemm jista’ jkun malajr;
· Ftuħ ta’ dar fil-Komunita għall-Aħwa li tilqa’ fiha sa tmint itfal aħwa li ma jistgħux jgħixu mal-familja tagħhom.
· U finalment l-
Youth Stop Shop
li qiegħed joffri servizz liż-żgħażagħ vulnerabli biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol
Jista' l-Ministru jgħid min qed jevalwa, u x’evalwazzjonijiet psikoloġiċi qed isiru lit-tfal meta tinħareġ care order biex ikun deċiż x’kuntatt għandu jkun hemm mal-ġenituri u x’servizzi terapewtiki oħra jkollhom bżonn (skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Inkjesta Fuq Care Orders (Il-Kummissarju tat-Tfal, p.6, n. 9)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara l-publikazzjoni tal-istudju li l-Onor. Interpellant qed jagħmel referernza għalih, l-Aġenzija Appoġġ ipprovdiet taħriġ lill-professjonisti minn esperti fil-qasam. Wara dan it-taħriġ, ġew imfassla linji gwida mill-istess esperta, wara li din evalwat il-prattiċita’ eżistenti tal-professjonisti fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ, sabiex jintużaw f’każijiet simili. Dawn il-linji gwida jiffukaw fuq kif għandhom jiġu assessjati l-minuri u mgħejjuna sabiex jiġi stabbilit il-kuntatt mal-ġenituri bioloġiċi u l-għajnuna neċessarja li għandha tingħata minn diversi professjonisti f’dan ir-rigward. Fil-prattika, bħalissa isir assessjar minn professjonisti mħarrġa apposta fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ u f’każijiet fejn ikun identifikat li hemm bżonn iktar għajnuna neċessarja, jiġu referuti għal professjonisti oħra.
It-tfal u ż-żgħazagħ li huma protetti b`Ordni għall-Ħarsien, kollha għandhom ħaddiem(a) soċjali assenjat(a) lilhom sabiex iħarsu l-bżonnijiet u l-ħtigijiet kollha tagħhom. F`ċerti każijiet bi qbil bejn il-professjonisti li jkunu qed jaħdmu ma’ dawn it-tfal u mal-familja naturali tagħhom, dawn jiġu referuti għal għajnuniet oħra bħal għajnuna psikjatrika, għajnuna medika u wkoll għal għajnuna psikologika skont il-bżonn tagħhom. F’ċirkostanzi oħra, il-familja tiġi riferuta għal terapija tal-familja sabiex jiġu indirizzati diffikultajiet u sabiex il-familja tingħata l-għajnuna li jkollha bżonn biex jekk ikun fl-aħjar interess tal-minuri, dawn jerġgħu jiġu ri-integrati mal-ġenituri tagħhom.
Dan ix-xogħol isir kollu bl-approvazzjoni tal-Bord Konsultattiv tat-Tfal u ż-Żgħażagħ li hu maħtur skont il-Liġi mill-Ministru responsabbli mill-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, u finalment ikun dan il-Bord li jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet meħtieġa dwar kull każ individwali.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn tfal taħt il-ħames snin qed jerġgħu jintbagħtu fl-istituti għall-kuntrarju tar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Dwar Care Orders (Il-Kummissarju tat-Tfal, p.7 n.10)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-mistoqsija parlamentari kif inhi mpoġġija hija bbażata fuq informazzjoni mhux eżatta (misleading). Isiru l-isforzi kollha biex minuri taħt il-ħames snin jitpoġġew ma’ familji jew residenzi fejn l-ambjent ikun jixbah kemm jista’ jkun dak ta’ familja. Isir minn kollox biex tfal taħt il-ħames snin jiġu integrati f’ambjent ta’ familja.. Isir minn kollox biex tfal taħt il-ħames snin jiġu integrati f'ambjent ta' familja.
Bord Konsultattiv tat-tfal u ż-Żgħażagħ — deċiżjoni dwar żieda ta' ħin mal-ġenituri
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif qed jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar żieda ta’ ħin mal-ġenituri mill-Bord Konsultattiv tat-Tfal u ż-Żgħażagħ (Advisory Board)? Min, f’dan il-Bord huwa kkwalifikat akkademikament biex jevalwa dan il-bżonn?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-Bord, li huwa magħmul minn membri kwalifikati u kompetenti f’dan il-qasam, b’għarfien wiesa’ u li jvarja minn counselling, studju dwar iż-żgħażagħ, studji soċjali kif ukoll psikoloġija, jara lill-minuri taħt ordni ta’ ħarsien darba kull sitt xhur. Il-bord jaħdem fil-qrib mal-ħaddiema soċjali li jippreżentaw ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom fuq il-minuri, fejn fost ir-rakkomandazzjonijiet, ikun hemm suġġerimenti fuq l-aċċess tal-minuri. Il-membri tal-bord jevalwaw mill-qrib dawn ir-rakkomandazzjonijiet waqt li jġib quddiem għajnejh dejjem il-ġid tal-minuri. Il-bord ifittex ukoll illi jitkellem mal-minuri u jfittex li jsegwi x-xewqat tagħhom wara li jisma’ u jevalwa l-partijiet kollha involuti fil-ħajja tal-istess minuri. L-ebda rakkomondazzjoni imressqa mill-ħaddiema soċjali ma’ tiġi aċċettata qabel ma jsiru laqgħat mat-tfal taħt kura u kustodja u n-nies kollha involuti fil-ħajja tagħhom (jiġifieri ġenituri, foster carers/leaders tad-djar residenzjali, ħaddiema soċjali u psikologi fost oħrajn).
Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni li jitlesta l-bini tad-Dar tal-Anzjani f'Għawdex u meta hu mistenni (xahar u sena) li din il-binja tibda tilqa' fiha l-ewwel anzjani?
Response (REFALO, ANTON)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-Ministeru se jkun qed jagħmel dak kollu meħtieġ sabiex din id-Dar tinbena u tinfetaħ fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk il-Gvern hux jikkunsidra li r-responsabilità tad-Dar tal-Anzjani f'Għawdex hiex se tiġi taqa' taħt is-Segretarjat responsabbli mill-Anzjanità Attiva fi ħdan il-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjeta Soċjali?
Jista' l-Ministru jindika meta mistenni jibda x-xogħol fuq il-pixxina f'Għawdex, liema pixxina tista' tkun ta' benefiċċju mhux biss għall-pubbliku inġenerali iżda wkoll għall-isportivi kif ukoll għall-persuni b'diżabilità?
Response (REFALO, ANTON)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-Ministeru għandu l-objettiv illi jara illi din il-Pixxina, li ilha tant tiġi mwegħda minn Gvernijiet Nazzjonalisti, issir realta’ fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru jara li jkun hemm aktar preżenza tal-pulizija fit-toroq tal-lokal tal-Mellieħa anke biex ikun żgurat li bħal per eżempju l-parkeġġ quddiem l-iskola primarja tal-Mellieħa waqt il-ħin tad-dħul u l-ħruġ tat-tfal ikun wieħed bil-galbu biex tiġi evitata xi traġedja kif ukoll parkeġġ bl-addoċċ minn inġenji tal-kostruzzjoni u xogħol ieħor f'diversi toroq fil-Mellieħa fosthom Toroq Ġorġ Borg Olivier u ż-żona Ta' Masrija/l-Iżbark tal-Franċiżi?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat ili il-Mellieha hemm dsatax il-uffiċjal tal-Pulizija stazzjonati li hu madwar ħamsa kull shift. Kuljum matul il-jiem tal-iskola wieħed min dawk l-uffiċjali huwa dejjem iddettaljat biex iħares it-tfal ‘shepherding’ waqt il-ħin tad-dħul u l-ħruġ biex jiġi evitat kull inċident. Il-Pulizija fil-Mellieha jieħdu ħsieb ukoll li jagħmlu ronda fil-lokal kollu biex jiġu evitati kontravenzjonijiet ta’ kull xorta.
In-Naxxar — Kulleġġ Maria Reġina - Traffic Impact Assessment
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx Traffic Impact Assessment qabel beda x-xogħol ta' kostruzzjoni fuq il-bini l-ġdid tal-Middle School tal-Kulleġġ Maria Reġina fin-Naxxar? Jekk dan l-istudju sar jista' dan jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-fatt li l-Middle School inbniet fil-kampus eżistenti, ma sarx Traffic Impact Assessment.
Għawdex – responsabilitajiet dwar anzjanità attiva
Question
Jista` l-Prim Ministru jindika liema huma r-responsabilitajiet fid-dekasteri mogħtija minnu relatati mal-anzjanità attiva għall-gżira Għawdxija li jaqgħu taħt il-Ministeru ta’ Għawdex u l-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninfurma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill- Ministru konċernat.
Jista` l-Prim Ministru jgħid jekk l-art fin-Naxxar faċċata ta` fejn qabel kien hemm il-Kumpless tal-Fieri fl-istess lokalità għadhiex tgħajjat lin-Naxxar Lions FC, liema art kienet ingħatat mid-Dipartiment tal-Artijiet fl-amministrazzjoni preċedenti bl-approvazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Isport sabiex tkun tista` tinbena faċilità sportiva mill-istess għaqda sportiva?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 15423.
In-Naxxar – art identifikata għall-faċilità sportiva
Question
Jista` l-Prim Minstru jgħid liema art ġiet identifikata jew mogħtija lin-Naxxar Lions FC mid-Dipartiment tal-Artijiet, jekk mhux dik ta’ quddiem il-Kumpless tal-Fieri fin-Naxxar, sabiex ikunu jistgħu jibnu faċilità sportiva?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-diskussjonijiet dwar din l-art għadhom għaddejjien.
Skola Primarja tal-Mellieħa — servizz tat-trasport għat-tfal
Question
Jista' l-Ministru jara li s-servizz tat-trasport għat-tfal li jattendu l-iskola Primarja tal-Mellieħa jibqa' jingħata kif dejjem ingħata fl-aħħar snin fejn dan jibqa' jinkludi wkoll t-tfal li joqogħdu fiż-żoni Ta' Masrija/Triq l-Iżbark tal-Franċiżi ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-trasport għat-tfal li jattendu l-iskola Primarja tal-Mellieħa qed jingħata kif kien mitlub u skont in-numru ta’ studenti li għandhom bżonn it-trasport. It-tfal li joqogħdu fiż-żoni Ta' Masrija/Triq l-Iżbark tal-Franċiżi għandhom ukoll it-trasport li jgħaddi għalihom fil-pick up points indikati.
Ċentru ta' Matul il-Jum — impjegati minn barra jew mill-privat
Question
Jista' l-Ministru jindika jekk il-Gvern hux jikkunsidra li jdaħħal/jimpjega ħaddiema minn barra jew mill-privat (kuntrattur) sabiex jaħdmu fiċ-Ċentru ta' Matul il-Jum fix-xhur li ġejjin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħalissa, mhux qed tiġi kkunsidrata din l-eventwalita’ ta’ ingaġġ ta’ ħaddiema minn barra jew mill-privat biex jaħdmu fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum, għalkemm xejn ma jista’ jiġi eskluż fix-xhur li ġejjin minħabba l-iżvilupp fis-settur.