Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plan fin-Naxxar ta’ fejn sa issa hu ppjanat li ser jinbena l-proġett tal-Hub għall-persuni b’diżabilità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-applikazzjoni għadha fi stadju ta' kjarifiċi.
Jista’ l-Ministru jindika liema servizzi ser ikunu qed jingħataw mill-proġett tal-Hub għall-persuni b’diżabilità li l-Gvern indika li ser jinbena fl-aħħar budget?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadhom għaddejin it-tahdidiet u l-informazzjoni opportuna tinghata fi stadju iehor.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni u meta mistenni li se jibda u jitlesta x-xogħol relatat mal-aċċess alternattiv għar-residenti tas-Salini, liema sitwazzjoni preżenti qed tikkawża inkonvenjent u periklu għar-residenti tal-istess żona?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni mistennija terġa titla’ quddiem il-Bord tal-MEPA fix-xahar ta Dicembru.
Jista’ l-Ministru jara li l-aċċess li suppost tħalla għar-residenti tas-Salini għal Triq il-Kosta ikun wieħed aċċessibli bis-serjetà u mingħajr ma’ jħalli l-iċken possibilità ta’ periklu għall-istess residenti?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun iżjed speċifiku fil-Mistoqsija tiegħu.
Kuntratt iffirmat bejn Kunsill Malti għall-Isport u Naxxar Lions FC
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt li kien iffirmat bejn il-Kunsill Malti għall-Isport u Naxxar Lions FC nhar it-23 ta’ Ottubru 2012 għadux jgħodd?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar ġranet uffiċċjali mill-kumitat ta' Naxxar Lions FC kellhom laqgħa mas-Segretarju Parlamenatri responsabbli mill-iSport u flimkien iddiskutew it-triq ‘il quddiem dwar art li fuqha jista' jinbena grawnd minn Naxxar LFC.
In-Naxxar – Hub għall-persuni b’diżabilità – faċilitajiet u servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jindika liema faċilitajiet u servizzi se jkunu qed jiġu offruti fil-proġett indikat bħala hub għall-persuni b’diżabilità li se jinbena fin-Naxxar u li tħabbar fl-aħħar jiem?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, għadna għaddejjin bid-diskussjonijiet fuq il-pjanijiet maħsuba u meħtieġa għal dan il-proġett ma' diversi entitajiet.
In-Naxxar – Hub għall-persuni b’diżabilità – tmexxija u operat
Question
Jista’ l-Ministru jindika taħt liema mudell/kunċett se jkun qed jinbena u effettivament jiġi operat/imħaddem il-proġett ta’ hub għall-persuni b’diżabilità fin-Naxxar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, dettalji dwar il-kunċett/mudell diġà ngħataw fi stqarrijiet li saru fuq il-mezzi tax-xandir. Dettalji ulterjuri se jkunu qegħdin jingħataw iktar 'l quddiem.
(Informazzjoni Addizzjonali: Ara dokument PL 6021 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 325, it-Tnejn 16 ta' Novembru 2015)
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra impressjoni artistika tal-proġett ta’ hub għall-persuni b’diżabilità u jinkludi wkoll site plan tal-post fejn se jsir dan il-proġett?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lilll-Onor. Interpellant li, il-Ministeru flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità, għadu għaddej bix-xogħol fuq dan il-proġett u għaldaqstant għadu kmieni biex wieħed ipoġġi fuq il-mejda tal-kamra dokumenti relatati mal-hub in kwistjoni.
In-Naxxar — hub għall-persuni b’diżabilità – applikazzjoni quddiem il-MEPA
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslet l-applikazzjoni għall-bini ta’ hub għall-persuni b’diżabilità fin-Naxxar quddiem l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li saret referenza għalih fl-aħħar diskors tal-baġit?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-applikazzjoni għall-bini ta' hub għall-persuni b'diżabilità fin-Naxxar, għadha fi stadju ta' validazzjoni.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-proġett tal-hub għall-persuni b’diżabilità, li saret referenza għalih fid-diskors tal-baġit li tressaq fl-aħħar jiem, hux se jinbena fuq l-istess art fin-Naxxar li kienet indikata fl-Avviż Legali 439/2012?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-art fin-Naxxar indikata fl-Avviż Legali 439/2012, għadha tgħajjat lill-Kunsill Malti għall-Isport.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid f’liema stadju waslet l-applikazzjoni għall-bini ta’ hub għall-persuni b’diżabilità fin-Naxxar mal-MEPA li saret referenza għalih fl-aħħar diskors tal-baġit?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-MEPA irċeviet applikazzjoni għall-iscreening b'numru 160547 mingħand il-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta Soċjali fis-6 ta' Marzu 2015.
Bhal issa għaddejien diskussjonijiet dwar diversi issues biex ikun jista jibda l-proċess tal-
validation
.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20169 u jikkwantifika kemm hi l-ħsara li seħħet fuq il-bini tal-Mużew tat-Tunnara fil-Mellieħa wara li fl-aħħar jiem iġġarfet parti minn din il-binja storika?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li wara li nhar is-Sibt 17 ta’ Settembru 2015, kien rappurtat li waqa’ xi ġebel mill-Batterija ta’ Westreme (Mużew tat-Tunnara), saret spezzjoni fuq il-post mill-perit tal-Kunsill li ħejja bill of quantities dwar l-intervent li jrid isir biex tiġi restawrata u konservata l-binja.
L-istima tan-nefqa marbuta max-xogħol meħtieġ hija ta’ €199,610.86.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20170 u jara li t-tiswijiet li huma meħtieġa li jsiru fuq il-Mużew tat-Tunnara fil-Mellieħa jsiru b'mod immedjat anke jekk ir-responsabilità hi tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa biex ma tkompliex issir aktar ħsara fuq l-istess binja issa li se jibda l-istaġun tax-Xitwa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li mill-pariri li ngħata jirriżulta li parti sostanzjali mill-qorxa ta’ barra tal-ħitan tal-Batterja ta’ Westreme jeħtieġ li jinħattu, jinbidel ġebel immermer u jsir tikħil tal-fili li nfetħu. Billi dan l-intervent jinvolvi spiża konsiderevoli, li ma tistax tiġi sostnuta mill-fondi ordinarji tal-Kunsill, qed isiru sforzi biex jinġiebu fondi minn sorsi oħrajn.
Jista' l-Ministru jikkwantifika kemm hi l-ħsara li seħħet fuq il-bini tal-Mużew tat-Tunnara fil-Mellieħa wara li fl-aħħar jiem iġġarfet parti minn din il-binja storika?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li t-tiswijiet li huma meħtieġa li jsiru fuq il-Mużew tat-Tunnara fil-Mellieħa jsiru b'mod immeddjat anke jekk ir-responsabilità hi tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa biex ma tkompliex issir aktar ħsara fuq l-istess binja issa li jibda l-istaġun tax-Xitwa?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara kif l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ilu aktar minn 4 xhur li applika għal TalLinja Card u sal-lum għadu ma rċevijhiex?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni pprovduta mill-opertur tat-trasport pubbliku jirriżulta li l-istess operatur ma’ rċeviex l-applikazzjoni għal tallinja card f’ isem il-persuna li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament.
Jista' l-Ministru jgħid kif qed isiru l-pjanijiet fit-tul (long term plans) għal tfal li nħarġitilhom Care Order u mhemmx tama li jirritornaw lura mal-ġenituri?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, kull meta jsiru pjanijiet fit-tul fir-rigward ta’ minuri li ma għandhomx possibilità li jiġu re-integrati mal-ġenituri naturali tagħhom, il-ħaddiema soċjali involuti jagħmlu laqgħat perjodiċi mal-professjonisti kollha involuti fil-każ sabiex jiġu rrakkomandati pjanijiet ta’ kura fl-interess tal-istess minuri.
Dawn il-pjanijiet ikunu orjentati fuq li jinżamm kuntatt regolari mingħajr neċessarjament żieda fil-kuntatt, mal-ġenituri bijoloġiċi, dejjem jekk l-imsemmi kuntatt ikun ta’ benefiċċju u fl-interess suprem tal-istess minuri. F’ċertu każijiet fejn ripettitivament jinstab li l-kuntatt tal-minuri mal-ġenituri tagħhom qed ikun ta’ detrminet għall-istess minuri, tista’ wkoll tiġi kkunsidrata l-possibilita’ li l-minuri jinħelsu għall-addozzjoni.
F’sitwazzjonijiet fejn ikunu l-minuri nfushom li juru x-xewqa li jwaqqfu l-kuntatt minn mal-ġenituri bijoloġiċi tagħhom, il-professjonisti involuti jintervjenu billi jimmoniterjaw is-sitwazzjoni b’mod frekwenti u jaraw li jissospendu l-kuntatt, sakemm tkun evalwata aħjar is-sitwazzjoni. Il-minuri, f’każijiet bħal dawn, jiġu assessjati , immoniterati, ikkonsultati u fuq kollox iggwidati sabiex jiġi fformulat pjan ta’ kura fl-interess tagħhom.
Kull deċiżjoni li tittieħed, issir minn minn grupp multi-dixxiplinarju ta’ professjonisti, li jinkludu ħaddiema soċjali minn oqsma differenti, psikologi, psikjatri, u professjonisti oħra, dejjem skont il-ħtieġa tal-każ. Il-pjanijiet ta’ kura li jiġu mfassla, ikunu mbagħad ippreżentati quddiem il-Bord Konsultattiv Għat-Tfal u z-Żgħażagħ għall-approvazzjoni u d-deċiżjoni finali.
Ġenituri li mhumiex kompetenti biex jieħdu ħsieb lill-uliedhom
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex ġenituri li ma jkunux ibbenefikaw minn/ikkoperaw ma’ programmi mfassla għalihom u għalhekk jirriżulta li mhumiex kompetenti sabiex jieħdu ħsieb lil uliedhom, jiġu tterminati d-drittijiet tagħhom ta’ ġenituri bil-possibiltà li tinstab familja stabbli għall-minuri? Kemm kien hemm każijiet minn dawn (fejn kienu t-terminati d-drittijiet u l-awtorita tal-ġenituri?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’każijiet li qed jirreferi għalihom l-Interpellant, il-minuri jiġu protetti bil-ħruġ ta’ Ordni għall-Ħarsien skont termini tal-artikolu 4 tal-Att Dwar Tfal u Żgħażagħ (Ordnijiet għall-Ħarsien) (Kap. 285), fejn il-minuri jiġu fdati taħt il-kura u l-kustodja tal-Ministru tal-Familja u Solidarjeta’ Soċjali, li jkollu l-istess setgħat u dmirijiet dwar il-ħarsien u l-kustodja tal-minuri kif mistenni minn kull ġenitur bioloġiku.
Sa fejn hu possibbli, minuri li huma protetti minn Ordni għall-Ħarsien, jitpoġġew dejjem ma’ familja u f’każ li jirriżulta li m’hemmx prospett raġonevoli sabiex il-minuri jiġu re-integrati mal-familja naturali tagħhom, jittieħdu l-proċeduri neċessarji kollha sabiex il-minuri jkunu jistgħu jiġu addottati mill-familja li magħhom jiġu fdati, bil-kunsens tal-ġenituri naturali, li konsegwentement jiġu tterminati d-drittijiet u awtorita’ tagħhom bħala ġenituri.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, mill-2012 ’l hawn, kien hemm 12 –il każ, fejn tfal ġew illiberati għal adozzjoni, bil-mod kif qiegħed jiġi spjegat hawn fuq.
Jista' l-Ministru jgħid kemm bejn Settembru 2014 u Settembru 2015 kien hemm tfal li nħarġitilhom Care Order?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, bejn Settembru 2014 u Settembru 2015 kien hemm 35 tifel u tifla li nħarġitilhom Care Order għal tfal lokali, filwaqt li 26 Care Order maħruġa għal minuri mhux akkumpanjati li qed ifittxu l-għażil.