Legislature:
Category:
Reset
Active:

Night Shelters – anzjani — użu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani li bħalissa qed jagħmlu użu mis-servizz tan-night shelters f’Malta u Għawdex? Jista’ jagħti din l-informazzjoni b’mod separat għal kull night shelter?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent qed jattendu 24–il anzjan fin-Night Shelters li ġew imwaqqfa ġewwa Malta u Għawdex, skont kif spjegat hawn taħt: · Fin- Night Shelter taż-Żejtun qed jattendu 8 anzjani; · Fin- Night Shelter tar-Residenza San Vinċenz de Paule qed jattendu 8 anzjani; · Fin- Night Shelter tal-Mellieħa qed jattendu 3 anzjani; · Fin- Night Shelter tal-Ħamrun qed jattendi anzjan (1) wieħed; · Fin- Night Shelter ta’ Għajnsielem - qed jattendu 4 Anzjani.
Leg 12 PQ #22218 Sitting 343 2016-01-12 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – ftuħ tad-Dar tal-Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jindika meta mistenni li tiġi inawgurata u allura tilqa’ l-ewwel residenti fiha d-Dar tal-Anzjani f’Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-mistoqsijiet parlamentari 14013 u 19677.

Pajjiżi Barranin — proċess għal-adozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jindika ma' liema pajjiżi barranin il-Gvern Malti laħaq ftehim matul is-snin 2014 u 2015 sabiex koppji/individwi Maltin ikunu jistgħu jibdew il-proċess ta' adozzjoni ta' tfal minn barra l-pajjiż?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, sabiex koppji/individwi Maltin ikunu jistgħu jibdew il-proċess ta’ adozzjoni ta’ tfal minn barra l-pajjiż, il-Gvern Malti, matul l-2014 u l-2015, laħaq ftehim mas-Slovakkja (fit-23 ta’ Jannar 2014), kif ukoll mal-Vjetnam (fis-27 ta’ Ġunju 2015).

Il-Mellieħa – Triq Il-Kortin — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma meta hu mistenni matul l-2016 li jibda u jitlesta x-xogħol fuq il-bini mill-ġdid ta' Triq il-Kortin fil-Mellieħa, liema proċess kien diġà nbeda fl-2012 mill-Amministrazzjoni preċedenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq hija nkluża mal-lista ta’ toroq li għandhom isiru mill-Gvern Ċentrali. Ix-xogħol ser isir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Is-Salini – aċċess għar-residenti

Question

Jista' l-Ministru jindika meta mistenni li jibda u jispiċċa x-xogħol fuq triq li trid tipprovdi aċċess adegwat u mingħajr periklu għar-residenti tas-Salini fl-istess żona fejn huma joqogħdu u dan wara li tneħħew rampi li kienu jipprovdu aċċess lill-istess residenti minn Triq il-Kosta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat tat-Toroq u Infrastruttura fi ħdan Transport Malta diġa ilu jippjana dan ix-xogħol u qed isiru l-preparamenti neċessarji biex ix-xogħol jibda fil-ġimgħat li ġejjin, kemm jista’ jkun malajr. Ix-xogħol ser isir taħt permess PA 01238/15.

Is-Salini – Aċċess minn Triq il-Kosta

Question

Jista' l-Ministru jara li l-aċċess pedonali miż-żona residenzjali għal Triq il-Kosta li suppost ingħata lir-residenti tas-Salini minn meta tlestiet Triq il-Kosta jkun wieħed mingħajr periklu u inkonvenjent għall-istess residenti u dan peress li biex wieħed jasal għall-bus stop fid-direzzjoni ta’ San Pawl il-Baħar, irid jimxi aktar minn 50 metru fit-triq bla bankina b’barrier tal-ħadid jostakola l-istess passaġġ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li aċċess mill-imsemmija żona għall-bus stop fid-direzzjoni ta’ San Pawl il-Bahar jeżisti permezz ta’ rampa ġdida li nbniet max-xogħlijiet ta’ Triq il-Kosta fit-tarf ta’ Triq Francesco Ximenes, u fuq bankini adegwati matul il-main road, li jiggwidaw lin-nies ghall-bus stops. Fl-ebda ħin ma hemm bżonn li persuna timxi tul triq il-Kosta mingħajr bankina.

Triq il-Kosta – żamma ta’ ilma fit-triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li f'parti minn Triq il-Kosta qed iżomm kwantità ta' ilma tax-xita, liema ilma qed joħloq inkonvenjent lis-sewwieqa li jkunu għaddejjin minn din it-triq li tlestiet inqas minn tliet xhur ilu? X'tiswijiet jew rimedji jeħtieġ li jsiru u kemm se jiġi jiswa flus ix-xogħol li jrid isir biex din it-triq ma tibqax iżżomm l-ilma?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-indikazzjonijiet li għandha s’issa Transport Malta huma li hemm diversi ħsarat fil-culverts tax-xita fit-triq li ġejja minn T’Alla u Ommu, bir-riżultat li kwantitajiet kbar ta’ ilma qegħdin jiġu devjati għal fuq wiċċ Triq il-Kosta, minflok fil-culverts tagħha. Dan l-ilma imbagħad jispiċċa jieħu iżjed ħin biex jinqabad mill-culverts li hemm fi Triq il-Kosta.

Is-Salini – tneħħija taz-zuntier tal-kappella

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk iz-zuntier tal-kappella li hemm fiż-żona tas-Salini hux se jitneħħa minn Transport Malta? Jekk iva, jista’ jindika jekk hemmx permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar biex dan iseħħ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux minnu li ser jitneħħa iz-zuntier tal-kappella li hemm fiż-żona tas-Salini. Se jsiru biss xi xogħlijiet li se jaffetwaw parti miz-zuntier tal-ġenb tal-kappella, liema xogħlijiet huma koperti minn permess PA01238/15. Infurmat ukoll li fil-proċess tal-ippjanar saru diskussjonijiet mal-Kurja u mas-Suprintendenza tal-Patrimonju Kulturali.

Il-Mellieħa, San Pawl u n-Naxxar – twaqqif tas-servizz ta’ home help

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk ir-residenti fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar (lokalità b’lokalità) li bejn Diċembru 2014 u Jannar 2016 twaqqfilhom is-servizz ta’ Home Help b’mod temporanju jew permanenti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Xemxija – manutenzjoni ta’ bankina

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-manutenzjoni li hemm bżonn issir fuq il-bankina quddiem l-istabbiliment li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fit-telgħa tax-Xemxija, isir b’mod immedjat minħabba l-fatt li fl-aħħar jiem kien hemm inċident fejn weġgħet persuna?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant x-xogħlijiet meħtieġa se jsiru skont il-prioritajiet, fondi disponibbli u l-proċess tal-akkwist tas-servizzi tal-kuntratturi.

Meals on Wheels – applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sal-lum 23 ta’ Novembru 2015 kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għas-servizz tal-Meals on Wheels?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ applikazzjonijiet pendenti għas-servizz tal-Meals on Wheels sal-ġurnata imsemmija huwa ta’ tliet mija u ħamsa (305).

Home Help – applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sal-lum 23 ta’ Novembru 2015 kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għas-servizz tal-Home Help?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li applikazzjonijiet pendenti għas-servizz tal-Home Help sat-23 ta’ Novembru 2015 hemm 32.

Meals on Wheels — prezz

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-prezz li s’issa qed jitħallas minn dawk li qed jieħdu s-servizz tal-Meals on Wheels ser jibqa’ l-istess fix-xhur u s-snin li ġejjin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-prezz imħallas mill-benefiċċjari tas-servizz tal-Meals on Wheels ser jibqa’ l-istess.

Mellieħa – Triq il-Qortin — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika meta mistenni jibda x-xogħol tal-bini mill-ġdid ta’ Triq il-Qortin liema triq tinsab fil-lokalità tal-Mellieħa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq hija nkluża mal-lista ta’ toroq li għandhom isiru. Ix-xogħol ser isir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Mellieħa, San Pawl il-Baħar u Naxxar – trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema rotot tneħħew fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u Naxxar bir-riforma fit-trasport pubbliku?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bit-tibdil li seħħ fit-22 ta’ Novembru 2015, ma’ kien hemm l-ebda tibdil fir-rotot li jikkonċernaw lill-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar.

Pont bejn ix-Xemxija u t-telgħa ta’ Selmun — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk il-Gvern hux jikkonsidra li jagħmel xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-Pont li hemm bejn ix-Xemxija u t-telgħa ta’ Selmun?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li se jkunu qegħdin isiru xogħlijiet fuq iż-żona mmsemmija. Bħalissa Transport Malta qiegħda għaddejja b’diversi laqgħat ta’ ko-ordinament mal-entitajiet tas-servizzi.

Meals on Wheels

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-servizz tal-Meals on Wheels hux ser jinbidel mill-mod kif s’ issa dejjem ġie provdut?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-bidla maħsuba fis-servizz tal-Meals on Wheels ser tkun hekk illi l-ikel ser jibda jitwassal kiesaħ f’temperatura ta’ ħames (5) gradi Celcius u jissaħħan mill-benefiċċjarju ġewwa r-residenza ta’ min jingħata s-servizz.

Meals on Wheels

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li dawk li qed jieħdu jew ser ikunu qed jieħdu s-servizz tal-Meals on Wheels ser ikunu qed jiġu provduti l-ikel bi tlett ijiem bil-quddiem?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ikel tal-Meals on Wheels ser jibqa’ jitqassam kuljum kif qed isir fil-preżent.

Meals on Wheels — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema proċedura ser tkun qed tintuża sabiex jiġu aġġudikati l-applikazzjonijiet il-ġodda għas-servizz tal-Meals on Wheels?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull applikazzjoni sabiex jingħata s-servizz tal-Meals on Wheels ser tkun evalwata minn Social Worker u jekk jinħass il-bżonn ikunu nvoluti professjonisti oħrajn.

Fund for European Aid to the Most Deprived

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-għaqdiet Non Governattivi humiex ser jibqgħu intitolati li jibbenefikaw mill-Programm Iffinanzjat mill-UE imsejjaħ Fund for European Aid to the Most Deprived?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont il-kriterji kif maqbula mal-Kummissjoni Ewropea, it-tqassim tal-ikel taħt il-Programm il-ġdid ser isir biss lill-familji (households) li huma meqjusa l-aktar fil-bżonn.