Jista’ l-Prim Ministru jgħid f’liema stadju waslet l-applikazzjoni għall-bini ta’ Kamra tan-Nar fil-Mellieħa quddiem il-MEPA? Hemm xi data meta mistennija tiġi konkluża din l-istess applikazzjoni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat mill-Awtorita Maltija tal-Ambjent u l-Ippjannar li l-applikazzjoni għall-Kamra tan-Nar fil-Mellieħa li ġġib in-numru PA5985/09, kienet ġiet irrifjutata mill-MEPA. Wara li ġie sottomess appell, it-Tribunal ta' Revizjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar ressaq mill-ġdid l-applikazzjoni lill-Kummissjoni għall-Ambjent u l-Ippjanar (EPC) sabiex terġa' tiġi kkunsidrata taħt il-policies il-ġodda.
Pre¿entament l-applikazzjoni qed tigi eżaminata mill-Kumitat tal-Kmamar tan-Nar kif mitlub mill-policy. Meta jigi konkluz ir-rapport ta' dan il-Kumitat, id-Direttorat tal-Ippjanar ikun jista jikkonkludi r-rapport skont il-policy kurrenti.
Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk sarux laqgħat u effettivament kienx hemm qbil dwar għoti ta’ art lin-Naxxar Lions FC sabiex ikunu jistgħu jibnu faċilità sportiva?
Dipartiment tal-Artijiet – site plan għal art għal faċilità sportiva
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plan tal-art li ġiet imwiegħda mid-Dipartiment tal-Artijiet lin-Naxxar Lions FC apparti dik li kienet diġà mogħtija lill-istess għaqda sportiva Naxxarija mill-amministrazzjoni preċedenti u dan sabiex tkun tista’ tinbena faċilità sportiva mill-istess soċjetà sportiva?
Il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar – Festival Internazzjoni tal-Logħob tan-Nar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-lokalitajiet tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar humiex se jiġu involuti fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tim organizattiv tal-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar, fi ħdan l-Awtorita’ Maltija għat-Turizmu, jinsab bħalissa għaddej bl-aħħar tħejjijiet biex jiġu stabbiliti l-lokaltajiet fejn ser tittella l-edizzjoni tal-avveniment ta’ din is-sena. Ngħarraf lill-Interpellant illi meta jintgħazlu l-lokalitajiet, jittieħdu inkonsidirazzjoni l-aspetti kollha loġistici u dawk ta’ saħħa u sigurta’.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol ta’ restawr fuq il-bini tal-Palazz ta’ Selmun, liema bini qed tkompli ssirlu ħsara minħabba l-elementi naturali xitwin?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħal ma weġibna fil-Mistoqsija Parlamentari bin-numru 17650, datata 15 ta’ Lulju 2015, f’rapport illi kien sar dwar il-Palazz ta’ Selmun fil-15 ta’ Lulju 2015 ħareġ illi ma kien hemm l-ebda ħtieġa ta’ restawr.
Madanakollu, ninforma lill-Interpellant illi tqabbad perit sabiex jevalwa s-sitwazzjoni prezenti tal-bini ta’ dan il-wirt storiku.
Dan għaliex, għal kuntrarju ta’ dak li sar taħt l-amministrazzjoni preċedenti fejn dan il-Palazz tħalla mitluq meta l-lukanda ta’ Selmun ingħalqet u falla kull tentattiv għall-bejgh tal-lukanda, għandna rispett lejn il-valur li għandu dan il-bini għal pajjizna u għas-settur turistiku.
Kunsill Malti għall-Isport – Klabb Sportiv — laqgħat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu l-laqgħat bejn il-Kunsill Malti għall-Isport u l-Klabb Sportiv tan-Naxxar Lions FC dwar il-bini ta’ faċilità sportiva fl-istess lokalità?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-segretarjat għall-isport iltaqa’ diversi drabi ma’ uffiċjali ta’ Naxxar Lions fejn ġew diskussi xi siti preferibilment fil-lokalità tan-Naxxar. Dawn il-laqgħat għadhom għaddejjin, u mistennija jkomplu sabiex tinstab soluzzjoni.
L-Imsida – Sheltered Employment Training — toilets
Question
Jista’ l-Ministru jara li fix-Sheltered Employment Training fl-Imsida, it-toilets ikunu b’qisien li jkunu aċċessibli u kif stipulat bil-liġi biex jirrispettaw il-bżonnijiet tal-persuni b’diżabilità?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fix-Sheltered Employment Training, l-Imsida, hemm sitt (6) toilets li tlieta (3) minnhom huma aċċessibbli u kif stipulat bil-liġi biex jirrispettaw il-bżonnijiet ta’ persuni b’diżabilità.
L-Imsida – Sheltered Employment Training — toilets
Question
Jista’ l-Ministru jara li fis-Sheltered Employment Training (Ċentru Lino Spiteri) fl-Imsida, it-toilets ikunu b’qisien li jkunu aċċessibli u kif stipulat bil-liġi biex jirrispettaw il-bżonnijiet tal-persuni b’diżabilità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
L-Imsida – Sheltered Employment Training – parkeġġ adegwat għall-persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jara li barra x-Sheltered Employment Training fl-Imsida, ikun hemm parkeġġ adegwat għall-persuni b’diżabilità li jagħmlu użu mis-servizzi offruti f’dan iċ-ċentru, peress li fil-preżent is-sitwazzjoni qed tiżviluppa f’waħda ta’ perikolu u inkonvenjent għall-persuni indikati kif ukoll għall-qraba tagħhom li jkunu qed iwasluhom fuq il-post?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Burmarrad – Triq Papa Ġwanni Pawlu II — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jindika meta mistenni jibda u jitlesta x-xogħol fuq il-bini mill-ġdid ta’ Triq Papa Ġwanni Pawlu II f’Burmarrad, liema triq taqa’ taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni hija fil-lista ta’ toroq li jridu jsiru minn Transport Malta. Ix-xogħlijiet fuq din it-triq se jsiru skont il-prioritajiet.
Jista’ l-Ministru jara li r-rotta numru 37 li sa ftit ġimgħat ilu kienet titlaq mill-Mellieħa u taqdi l-istudenti tal-MCAST Art and Design terġa’ tibda titħaddem?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-residenti tal-Mellieħa, minflok ir-rotta 37, għandhom konnessjoni mal-MCAST Art and Design ġewwa l-Mosta permezz ta’ dawn ir-rotot:
Rotta
Frekwenza
41
2 vjaġġi fis-siegħa
42
2 vjaġġi fis-siegħa
49
Vjaġġ fis-siegħa
250
Vjaġġ fis-siegħa
Jista’ l-Ministru jara li r-rotot 49 u 250 ikollhom ħinijiet fissi u li fuq il-bus stops minn fejn suppost jgħaddu dawn l-istess rotot ikun hemm il-ħinijiet indikati u dan sabiex ma jitkompliex jinħoloq inkonvenjent għall-passiġġieri?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġa beda l-proċess sabiex jitwaħħlu l-ħinijiet fuq il-bus stops kollha, liema eżerċizzju għandu jkun konkluż sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Jista’ l-Ministru jara li jitpoġġew xelters fejn persuna tkun tista’ tistkenn meta tkun qed tistenna sabiex tagħmel użu minn rotot li jgħaddu minn u lejn Triq il-Kosta?
Response (MIZZI, JOE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw f’Mistoqsijiet Parlamentari 15067 u 14161.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22159, jista’ l-Ministru jara li r-risposta tkun tirrispekkja l-verità u l-fatti, u jsir aċċess adegwat bla periklu għar-residenti? Dan peress li fil-verità r-residenti qed ikollhom jimxu parti sostanzjali tul it-triq mingħajr bankina li tispiċċa biss twassalhom sa’ ħdejn ir-roundabout li hemm wara li taqbeż il-lukanda Coastline direzzjoni lejn San Pawl il-Baħar, peress li l-aċċess tar-rampa imsemmija ma jwassal imkien ħlief lejn l-istess roundabout u tajjeb li wieħed ifakkar ukoll li l-aċċess ta’ ħdejn l-imsemmija lukanda huwa biss wieħed temporanju?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif ġie spjegat fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlametnari 22159, preżentament, aċċess adegwat u bla periklu jeżisti għar-residenti permess ta’ rampa ġdida li tinstab fit-tarf ta’ Triq Francesco Ximenes.
L-Imsida – Sheltered Employment Training – parkeġġ adegwat għall-persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jara li barra x-Sheltered Employment Training fl-Imsida, ikun hemm parkeġġ adegwat għall-persuni b’diżabilità li jagħmlu użu mis-servizzi offruti f’dan iċ-ċentru, peress li fil-preżent is-sitwazzjoni qed tiżviluppa f’waħda ta’ perikolu u inkonvenjent għall-persuni indikati kif ukoll għall-qraba tagħhom li jkunu qed iwasluhom fuq il-post?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li Transport Malta ma rċeviet l-ebda talba għal parkeġġ riservat għal persuni b’diżabbilta’ biswit ix-Sheltered Employment Training.
L-Imsida – Sheltered Employment Training – parkeġġ adegwat għall-persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jara li barra x-Sheltered Employment Training fl-Imsida, ikun hemm parkeġġ adegwat għall-persuni b’diżabilità li jagħmlu użu mis-servizzi offruti f’dan iċ-ċentru, peress li fil-preżent is-sitwazzjoni qed tiżviluppa f’waħda ta’ perikolu u inkonvenjent għall-persuni indikati kif ukoll għall-qraba tagħhom li jkunu qed iwasluhom fuq il-post?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) diġà talbet lill-Kunsill Lokali tal-Imsida biex il-kaxxa tal-parkeġġ quddiem l-entratura prinċipali tax-Sheltered Employment Training tinżeba’ safra bil-kliem ‘keep clear’. Dan biex il-persuni b’diżabilità li jattendu dan iċ-ċentru jkollhom aċċess għall-imsemmija entratura mingħajr periklu u inkonvenjent.
Jista' l-Ministru jindika kemm u ma' liema pajjiżi barranin saru adozzjonijiet ta' tfal fl-2014 u fl-2015 minn koppji/individwu Maltin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul is-sena 2014 saru ħdax 11– il adozzjoni ta’ tfal mir-Russja, filwaqt li matul is-sena 2015 saru tnax 12–il adozzjoni mir-Russja, 4 adozzjonijiet mis-Slovakkja u adozzjoni 1 mill-Albanija.
Ta’ min jirrimarka illi, jekk koppja tkun addottat tewmin, dawn jitqiesu bħala żewġ adozzjonijiet.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, l-informazzjoni għas-sena 2015 mhijiex kompluta minħabba l-fatt li għadna qed nistennew informazzjoni minn żewġ aġenziji li għadhom ma tawniex ir-reġistri tat-tieni parti tas-sena; jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2015.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni, bejn Novembru 2015 u Jannar 2016, numru ta’ anzjani mill-Belt Valletta twaqqfilhom is-servizz ta’ home help b’mod temporanju jew permanenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Impjegati fis-settur tal-home help trasferiti għaċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-ħaddiema li spiċċaw jagħtu s-servizz tagħhom fis-settur tal-home help u issa qed jaħdmu fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal-liema perjodu qed jirreferi.
Djar tal-Anzjani – anzjani mneħħija minn fuq il-lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni anzjani li isimhom tneħħa minn fuq il-lista ta’ stennija bla ma daħlu f’xi waħda mid-djar tal-anzjani inkella fir-Residenza San Vinċenz de Paul bejn April 2013 u Diċembru 2015 (apparti dawk li mietu fl-istess perjodu)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, bejn April 2013 u Diċembru 2015, id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita, ircieva b’total ta’ 3825–il applikazzjoni għal dħul f’residenza tal-Gvern, għall-anzjani.
Sal-lum hemm 1360 persuna fuq il-lista ta’ stennija. Hemm ukoll total ta’ 768 –il applikazzjoni on hold għal raġunijiet differenti, fosthom li, l-applikant ma’ jkunx interessat li jidħol f’residenza għall-anzjani b’effett immedjat meta tingħata din il-possibilita`. Raġuni oħra hija li fl-assessment jirrizulta li l-persuna ma tkunx eleġibbli għal dan is-servizz fl-immedjat, hekk kif tkun ġiet ikklasifikata indipendenti. Dawn l-applikanti madanakollu, jibbenifikaw mis-servizzi fil-komunita; dejjem skont il-każ ikkonċernat. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-ebda applikazzjoni ma’ tiġi ikkanċellata sakemm ma jkunx hemm talba speċifika mill-applikant.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kien hemm ukoll, 158 –il applikant, fejn l-applikazzjoni tagħhom ġiet irtirata mill-individwi infushom, fuq bażi volontarja.