Legislature:
Category:
Reset
Active:

Adozzjonijiet – problemi mad-Dipartiment tas-Saħħa f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jelenka ma’ liema pajjiżi qed ikun hemm problemi mad-Dipartiment tas-Saħħa f’Malta, b’rabta ma’adozzjonijiet minn pajjiżi barranin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, id-Dipartiment tas-Saħħa qed jitlob li jkun hemm testijiet u riżultati mediċi speċifiċi mill-Bulgarija kif jiġi pprovdut minn pajjiżi oħra u dan fl-akbar interess tat-tfal infushom u l-ġenituri addottivi prospettivi.

Adozzjonijiet – problemi mad-Dipartiment tas-Saħħa f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-problemi li qed ikun hemm fil-proċess ta’ adozzjoni relatati mad-Dipartiment tas-Saħħa f'Malta ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nrreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23123.

Adozzjonijiet – aġenziji akkrediati f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata ta’ aġenziji akkreditati f’Malta li jistgħu jaħdmu fil-qasam tal-adozzjonijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-aġenziji akkreditati mill-Awtorità Ċentrali li jistgħu jaħdmu fil-qasam tal-adozzjoni huma: · Adoption Legal Services , · Adoption Opportunities , · Aġenzija Appoġġ, · Aġenzija Tama, u · Beyond Borders Adoption Agency .

Adozzjonijiet – talbiet ta’ aġenziji privati biex jiltaqgħu mal-Awtorità Ċentrali Maltija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba saret minn aġenziji privati nvoluti fl-adozzjonijiet sabiex jiltaqgħu mal-Awtorità Ċentrali Maltija bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u l-31 ta’ Jannar 2016? Jista’ jindika kemm-il laqgħa saret fl-istess perjodu ma’ dawn l-aġenziji?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma jinżammx rendikont ta’ kemm laqgħat isiru. Kull aġenzija akkreditata li toffri servizzi relatati mal-adozzjoni, tagħmel talba biex tiltaqa’ mal-Awtorità Ċentrali, din ta’ l-aħħar dejjem tilqa’ tali talba. L-Awtorita’ Ċentrali ikollha diskussjonijiet ma’ diversi aġenziji privati nvoluti fl-addozzjonijiet.

Aġenzija Sapport — riforma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet ir-riforma fl-Aġenzija Sapport u ma’ min saret konsultazzjoni tul il-proċess ta’ din ‘l hekk imsejjħa riforma?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tibdil fl-Aġenzija Sapport huwa wieħed mill-prijoritajiet tas-Segretarjat Parlamntari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilita’ u Anzjanita’ Attiva. Il-Proċess għaddej u meta jasal il-waqt dan jitwettaq kif għandu jiġi mwettaq kull tibdil maħsub sewwa.

Aġenzija Appoġġ — riforma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet ir-riforma fl-Aġenzija Appoġġ u ma’ min saret konsultazzjoni tul il-proċess ta’ din ‘l hekk imsejjħa riforma?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-konsultazzjoni saret mal-iStakeholders kollha u l-proċess jitħabbar fil-ħin oppurtun.

MELLIEĦA – ĊIMITERJU OMM IL-ĦNIENA

Question

Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar meta mistenni jibda x-xogħol fuq l-estensjoni taċ-Ċimiterju Omm il-Ħniena fil-Mellieħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d- Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ghamel talba lil Mepa biex il-permess jinqaleb mill-applikant originali ghal fuq il-perit attwali tal-Fundazzjoni ghas-Servizzi Medici.

Is-Salini – bdil ta’ railings

Question

Jista’ l-Ministru jara li r-railings li qed isiru fiż-żona tas-Salini li jagħtu għal Triq il-Kosta fil-parti residenzjali jinbidlu bħal dawk li saru riċentament fil-belveder ta’ Ħaż-Żabbar?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22959.

Vjetnam — adozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji u informazzjoni dwar fiex wasal il-proċess mal-awtoritajiet tal-Vjetnam b’rabta ma’ adozzjonijiet minn koppji / individwi Maltin u kemm-il proċess ta’ adozzjoni nbeda sal-lum, minn meta ġie ffirmat il-ftehim f’Ġunju 2015 ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorijitajiet tal-Vjetnam talbu lill-Awtorijitajiet Maltin diversi dokumenti. L-aġenzija akkreditata lokalment li tissodisfa l-kriterji stipulati mill-Awtorijitajiet tal-Vjetnam qiegħda tiġbor id-dokumentazzjoni meħtieġa. Sal-lum għadu ma nbeda l-ebda proċess ta’ adozzjoni. Il-proċess tal-adozzjoni ma jistax jinbeda sakemm id-dokumentazzjoni mitluba mill-Awtorijitajiet tal-Vjetnam tiġi pprovduta u sussegwentament l-aġenzija akkreditata lokalment tiġi akkreditata wkoll mill-Awtorijitajiet tal-Vjetnam.

Vjetnam – adozzjonijiet – memorandum of understanding

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim (Memorandum of Understanding) li sar bejn il-Gvern Malti u l-Awtoritajiet Vjetnamiżi b’rabta ma’ adozzjonijietf’Ġunju 2015?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, id-dokument qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaddiema li ntbagħtu jaħdmu f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li ħaddiema li ilhom jaħdmu ma’ aġenziji li jaqgħu taħt il-Ministeru responsabbli minnu, inqabżu minn oħrajn biex intbagħtu jaħdmu f’Għawdex?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindika għal-liema aġenziji qed jirreferi.

Ir-Rabat Għawdex – Taċ-Ċawla – residenza għal persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif intgħażlet id-dar li nxtrat f’Taċ-Ċawla fir-Rabat Għawdex biex tintuża bħala residenza għal persuni b’diżabilità? Saret sejħa għall-offerti biex ntgħażlet din id-dar jew inxtrat b’direct order?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, id-dar li nxtrat f'Taċ-Ċawla ntgħażlet wara li ġiet maħruġa espressjoni ta' interess.

Ir-Rabat Għawdex – Taċ-Ċawla – residenza għal persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz li bih inxtrat id-dar f’Taċ-Ċawla fir-Rabat Għawdex għal persuni b’diżabilità u kemm hu mistenni jonfoq b’kollox il-Gvern biex din tkun tiffunzjona?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-proprjetà li tikkonsisti f'binja mdaqqsa, inxtrat għall-ammont ta' €540,000; liema prezz jinkludi wkoll xogħlijiet ta' finishing, installar ta' lift, kif ukoll installar ta’ sistema tal-arja kkundizzjonata, u l-kmamar tal-banju.

Ir-Rabat Għawdex – Taċ-Ċawla – residenza għal persuni b’diżabilità – kuntratt ta’ akkwist

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ akkwist ta’ din il-proprjetà f’Taċ-Ċawla li nxtrat għal persuni b’diżabilità? Jista’ jgħid kemm-il sulari fiha din il-binja u jekk għandhiex il-faċilità ta’ lift?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-binja għandha erba’ sulari u hija mgħammra b’lift li huwa aċċessibbli minn u għal kull sular. Kopja tal-Kuntratt qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Residenza għal persuni b’diżabilità f’Għawdex — riċerka

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kenitx inkarigata persuna mill-Gvern biex tagħmel ir-riċerka neċessarja biex setgħet tinstab l-aħjar residenza possibbli għal persuni b’diżabilità f’Għawdex? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull rapport li seta’ sar minn din il-persuna relatata mal-għażla ta’ din id-dar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-għażla tad-dar saret fuq bażi ta' espressjoni ta’ interess, u saret l-evalwazzjoni neċessarja, skont il-proċeduri applikabbli.

Aġenzija Sapport — vannijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid l-Aġenzija Sapport kemm fadlilha vannijiet tat-trasport li jaħdmu u jintużaw? Jista’ jgħid meta se jinxtraw vannijiet ġodda u kemm hemm ħsieb li jinxtraw għal dan l-iskop?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, preżentament, l-Aġenzija Sapport għandha żewġ vannijiet, fejn wieħed minnhom huwa mikri minn entità mhux governattiva (NGO). Dawn iż-żewġ vetturi huma on stand by. Minbarra hekk, hemm 45 mini-van mikrija b’sistema ta’ leasing, li jwasslu lill-klijenti minn u lejn id-dar, kif ukoll 13-il tail lift wkoll mikrija bis-sistema tal-leasing. Il-kuntratti għal dan il-leasing mat-TDP Co-op saru f’Mejju 2012, fuq direzzjoni tal-Ministeru ta’ dak iż-żmien. Fl-2014 dan is-servizz sewa € 902,494 u fl-2015 sewa € 989,066.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – support workers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati support workers ma’ entitajiet, dipartimenti jew aġenziji li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Jannar 2016?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew ingaġġati 112-il Support Worker mal-Fondazzjoni tas-Servizzi għall-Ħarsien Soċjali, kif ġej: SenaNumru ta' Sejħiet PubbliċiNumru ta' ApplikantiNumru ta' Nies Ingaġġati 20141920957 20151616455 2016* 0 * Il-proċess għadu miftuħ.

Support Workers — sejħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ma’ liema entitajiet, aġenziji jew dipartimenti ġew ingaġġati support workers bejn Jannar 2014 sal-31 ta’ Jannar 2016? F’kull każ, jista’ jgħid jekk saritx sejħa pubblika u jekk iva, kemm applikaw għal kull sejħa u kemm intgħażlu minn kull sejħa li saret?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 23073.

Djar Residenzjali għal persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn djar residenzjali fil-komunità għal persuni b’diżabilità li huma operati mill-Gvern jew mill-privat bl-għajnuna tal-Gvern? Meta nfetħet kull waħda minn dawn id-djar u kemm hemm residenti f’kull dar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba fuq id-djar residenzjali għal persuni b’diżabilità li huma operati mill-Gvern u mill-privat bl-għajnuna tal-Gvern, tinsab fit-tabella t’hawn taħt: Residenza Numru ta’ Residenti Sena meta Nfetħet Fgura 3 2001 Kirkop 4 2003 Mtarfa 8 2002 Vajrita1 14 2003 Vajrita2 12 2003 Bormla 7 2008 Birżebbuġia 3 2012 (bdiet tintuża f Settembru 2013) Siġġiewi 2 (u 2 residenti oħra li qegħdin fil-proċess biex ikunu trasferiti għal din id-dar) 2015 TOTAL 55 NGOs Numru ta’ Residenti Dar Arka, Għawdex 12 Dar Pirotta 9 Dar il-Wens 19 Dar l-Akkwarell 3 TOTAL 43 Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, dan il-Gvern għandu proġett ambizzjuż, fejn matul din il-leġiżlatura se jkunu qegħdin jinfteħu total ta’ 10 idjar ġodda

Is-Siġġiewi – residenti fid-dar residenzjali fil-Komunità għal persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed tilqa’ residenti bħalissa d-Dar Residenzjali fil-komunità għal persuni b’diżabilità fis-Siġġiewi? Kemm hemm impjegati fl-istess dar u f’liema gradi huma dawn l-impjegati?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fid-Dar tas-Siġġiewi, fil-preżent hemm 2 residenti, filwaqt li 2 klijenti oħra qegħdin fi stadju li jkunu trasferiti għal din id-dar. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, ġewwa din ir-residenza, hemm total ta’10 ħaddiema, ta’ gradi differenti, skont kif qed jinher hawn taħt: 1 Leader 1 Support Executive 5 Full-Time Support Workers 1 Part-Time Support Workers, u 2 Part-Time Support Workers li qegħdin fil-proċess ta’ ngaġġ