Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill Lokali Mellieħa – proġetti kapitali

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema proġetti kapitali ser ikun qed iwettaq il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa matul is-sena 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li l-proġetti li ser ikunu qed jingħataw priorità fl-2016 huma dawn: · Dwal ornamentali fi Triq il-Parroċċa; · Skemi ta’ dwal ġodda fil-parti t’isfel ta’ Triq Għajn Żejtuna, Triq il-Qasab, u x-Xatt ta’ Santa Marija; · Servizzi, bankini u asfaltar mill-ġdid fi Triq il-Klamari, Triq it-Tunnaġġ, Triq il-Kaħli u Triq it-Tumbrell; · Restawr tal-Batterija ta’ Westreme (Muzew tat-Tunnara); · Kostruzzjoni ta’ culverts għall-ilma tax-xita fi Triq il-Qortin u fi Triq Għajn Żejtuna; · Tisbiħ tat-taraġ fi Triq il-Mitħna l-Qadima u Triq Sant’ Anna flimkien ma’ titjib fl- aċċessibilita` fi Triq Sant’ Anna k/m Triq Ġorġ Borg Olivier; · Introduzzjoni ta’ bandli ġodda u safety carpet fi Ġnien il-Qigħan; · Żvilupp ta’ ġnien pubbliku fuq art konfinanti minn Triq l-Etna, Triq Mons. Franġisk Xuereb u Triq l-Għasel; u · Restawr ta’ ħajt fi Triq il-Marfa u taraġ li jgħaqqad għal Triq Dun Franġisk Sciberras.

Kunsill Lokali Mellieħa – għajnuna finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm kienet l-għajnuna finanzjarja li ngħatat mill-Gvern Ċentrali lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għall-attivitajiet Iljieli Mellieħin u Milied Mellieħi organizzati mill-istess Kunsill bejn Diċembru 2008 u Diċembru 2015 sena b’sena b’mod separat?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

Mellieħa – Transport Malta — Taraġ il-Landiera - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika meta hu mistenni li Transport Malta tibda u tispiċċa x-xogħol fuq il-bini ta’ Taraġ il-Landiera fil-Mellieħa, liema nuqqas ta’ turġien qed joħloq inkonvenjent għar-residenti tal-madwar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni hija fil-lista ta’ programm ta’ toroq li jridu jsiru minn Transport Malta. Ix-xogħlijiet fuq din it-triq se jsiru skont il-prijoritajiet, progress tal-formazzjoni, fondi disponibbli kif ukoll il-proċess tal-akwist tas-servizzi tal-kuntratturi.

Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità – Dewmien sabiex jinħatar bord ġdid

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-bord tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità ilux li ġie xolt sa minn Ottubru 2015 u jekk iva x'inhi r-raġuni għal dan id-dewmien kollu sabiex jinħatar bord ġdid?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. interpellant li l-membri tal-bord tal-KNPD se jkunu nfurmati fil-jiem li gejjin
Leg 12 PQ #23379 Sitting 360 2016-02-23 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – Bajja tal-Għadira – BBQs — konsultazzjoni - bye-law

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk fl-aħħar ġimgħat/xhur kienx hemm konsultazzjoni bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa dwar bye-law li l-istess kunsill qed jikkunsidra li jdaħħal sabiex fuq il-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa jerġgħu jibdew isiru l-BBQs, xi ħaġa li kienet ilha li nqatgħet bi qbil unanimu bejn il-partijiet kollha involuti sa mill-2009?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kellha laqgħat ta’ konsultazzjoni mall-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fuq numru ta’ inizjattivi li qed isiru inkluż il-ħsieb li l-kunsill jibdel din il-bye-law.
Leg 12 PQ #23380 Sitting 360 2016-02-23 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali tal-Mellieħa – Bajja tal-Għadira — BBQs

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk bħala Ministeru/Awtorità Maltija għat-Turiżmu jaqblux mal-proposta tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li fuq il-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa jerġgħu jibdew isiru l-BBQs wara nuqqas ta' seba’ snin?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa qed jikkunsidra li jitħallew BBQs bil-gas fuq il-bajja tal-Għadira bi prova għal perjodu ta’ żmien. Il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu qegħdin jiddiskutu din il-proposta fi sfond tal-operat tal-immaniġġjar li jsir fuq din il-bajja.

Tfal li inħarġulhom care orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fost it-tfal li nħarġulhom care orders, kemm kienu aħwa u kif kienu mqassma bħala aħwa u f’kemm gruppi bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u l-1 ta’ Frar 2016?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23131.

Tfal li nħarġulhom care orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn kienu placed dawk it-tfal li nħarġulhom care order kemm f’fostering u kemm f’residential bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u l-1 ta’ Frar 2016?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23131.

Home Help

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22853 u ċjoè jgħid kemm kien in-numru ta’ individwi f’Malta u Għawdex li twaqqfilhom is-servizz tal-Home Help minħabba nuqqas ta’ ħaddiema bejn l-20 t’April 2015 u l-20 ta’ Jannar 2016?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitlubha għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Impjegati fis-settur tal-home help trasferiti għaċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22669 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 22215, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-ħaddiema li spiċċaw jagħtu s-servizz tagħhom fis-settur tal-home help u issa qed jaħdmu fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum bejn April 2013 u Diċembru 2015?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, in-numru ta’ ħaddiema li spiċċaw jagħtu s-servizz tagħhom fis-settur tal-home help u issa qed jaħdmu fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum bejn April 2013 u Diċembru 2015 kienu kif ġej: Sena Numru ta’ Mpjegati 2013 11 2014 12 2015 11

Il-Belt – twaqqif tas-servizz tal-home help

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 22668 u 22214 u jgħid għal liema raġuni, bejn Novembru 2015 u Jannar 2016, numru ta’ anzjani mill-Belt Valletta twaqqfilhom is-servizz tal-home help b’mod temporanju jew permanenti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox, in-numru ta’ residenzi li twaqfilhom is-servizz tal-Home Help jammonta għal 19. Dan ġara minħabba raġunijiet varji. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bil-kuntratt il-ġdid qed jiġu allokati l- home helpers il-ġodda tal-kuntrattur.

Il-Mellieħa, San Pawl u n-Naxxar – twaqqif tas-servizz tal-Home Help

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 22667 u 22213 u jgħid kemm kienu dawk ir-residenti fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar (lokalità b’lokalità) li bejn Diċembru 2014 u Jannar 2016 twaqqfilhom is-servizz tal-home help b’mod temporanju jew permanenti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, in-numru ta' residenzi (households) li waqfilhom is-servizz fuq bażi temporanja fil-lokalitajiet imsemmija huwa kif ġej: Il-Mellieħa - 37 residenza San Pawl il-Baħar - 15 –il residenza In-Naxxar - 4 residenzi

Awtorità Ċentrali Maltija – infieq ta’ spejjeż relatati mal-proċess tal-adozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità Ċentrali Maltija tagħtix rendikont ta’ kif jintefqu l-ispejjeż relatati mal-proċess ta’ adozzjonijiet lill-koppji / individwi Maltin li jkunu bdew il-proċess mal-istess awtorità u liema ħlasijiet ikunu qed isiru mill-istess koppji / individwi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, is-servizz lill-koppji jingħata direttament mill-aġenziji tal-adozzjoni akkreditati. Għaldaqstant, il-proċess tal-adozzjoni minn ġenituri adottivi prospettivi Maltin, isir mal-aġenziji akkreditati u mhux mill-Awtorità Ċentrali. Huwa l-irwol tal-aġenziji akkreditati li jiggwidaw lill-applikanti dwar l-ispejjeż relatati mal-proċess tal-adozzjoni.

Adozzjonijiet – problemi mad-Dipartiment tas-Saħħa f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-problemi relatati mad-Dipartiment tas-Saħħa f’Malta li qed jiġu ffaċċjati fil-proċess ta’ adozzjoni ma’ pajjiżi barranin?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jaghmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru ikkoncernat.

Adozzjonijiet – problemi mad-Dipartiment tas-Saħħa f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ma’ liema pajjiżi barranin qed jiġu ffaċċjati problemi relatati mad-Dipartiment tas-Saħħa f’Malta fil-proċess ta’ addozzjoni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jaghmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru ikkoncernat.

Każijiet ta’ Adozzjoni quddiem id-Dipartiment tas-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-każijiet ta’ adozzjonijiet ta’ tfal minn pajjiżi barranin li għad iridu jiġu pproċessati mid-Dipartiment tas-Saħħa sal-31 ta’ Jannar 2016??

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jaghmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru ikkoncernat.

Aġenzija Appoġġ – Care Orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu care orders mill-Aġenzija Appoġġ, xahar b’xahar, mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-1 ta’ Frar 2016?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, it-tagħrif mitlub minnu jinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tfal li nħarġulhom care orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-etajiet tat-tfal li nħarġilhom care order bejn l-1 ta’ Jannar 2015 sal-1 ta’ Frar 2016?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 23131.

Iċ-Ċina,l-IStati Uniti, l-Indja, il-Bulgarija,il-Kambodja, ir-Russja ,il-Gana, iċ-Ċili, il-Brażil, Kosovo, l-Albanija u s-Slovakkja — adozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji u informazzjoni dwar fiex wasal il-proċess għal adozzjoni miċ-Ċina, mill-Istati Uniti, mill-Indja, mill-Bulgarija, mill-Kambodja, mir-Russja, mill-Ghana, miċ-Ċili, mill-Brażil, mill-Kosovo, mill-Albanija u mis-Slovakkja minn koppji / individwi Maltin aġġornata sal-31 ta’ Jannar 2016 u għal kull pajjiż?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li: · l-Awtorijitajiet taċ-Ċina, nfurmaw lill-Awtoritajiet Maltin li diġà għandhom numru kbir ta’ pajjiżi ma’ min jikkoperaw fil-qasam tal-adozzjoni. Għaldaqstant, l-Awtorijiet Maltin ġew mgħarrfa li f’dan l-istadju, l-Awtoritajiet taċ-Ċina mhux qed iħarrsu lejn kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi ġodda. · Il-proċess tal-adozzjoni mill-Istati Uniti ġie mwaqqaf minħabba li l-proċess propost mill-aġenzija fl-Istati Uniti ma nstabx li kien skont kif tipprovdi l-Konvenzjoni tal-Ajja u skont l-ispirtu tal-ligijiet lokali. · S’issa ntbagħtu seba’ (7) applikazzjonijiet ta’ ġenituri adottivi prospettivi Maltin lill-Awtoritajiet fl-Indja. · L-Awtorijitajiet Maltin qed jistennew risposta min-naħa tal-Awtoritajiet Bulgari dwar jekk jistgħux jiġu pprovduti riżultati ta’ testijiet mediċi kif mitlub mill-Awtorijiet tas-saħħa Maltin . · L-adozzjonijiet mill-Kambodja għadhom mhux miftuħa għall-pajjiżi terzi. · L-adozzjonijiet internazzjonali mir-Russja għall-ġenituri prospettivi adottivi Maltin mhumiex magħluqa. · It-taħdidiet bejn l-Awtorijiet tal-Ghana u l-Awtoritajiet Maltin jinsabu weqfin peress li l-Ghana għadha ma rratifikatx il-Konvenzjoni tal-Ajja. Id-diskussjonijiet jitkomplew hekk kif il-Ghana tirratifika l-Konvenzjoni tal-Ajja. · L-Awtorijiet taċ-Ċili ikkomunikaw mal-Awtoritajiet Maltin fir-rigward tal-adozzjoni. L-aġenziji akkreditati lokalment ser jiġu mgħarrfa dwar il-proċess tal-adozzjoni minn dan il-pajjiż . · L-aġenziji akkreditati lokalment huma liberi li jagħmlu kuntatt dirett mal-Awtorijiet tal-Brażil. · L-Awtoritajiet tal-Kosovo nfurmaw lill-Awtorijitajiet Maltin li n-numru ta’ tfal li huma eliġibbli għall-adozzjoni internazzjonali huwa limitat ħafna. It-tfal eliġibbli għall-adozzjoni internazzjonali għandhom problemi serji ta’ saħħa. · L-adozzjonijiet internazzjonali mill-Albanija għall-ġenituri adottivi prospettivi Maltin huma miftuħa. · L-adozzjonijiet internazzjonali mis-Slovakkja għall-ġenituri adottivi prospettivi Maltin huma miftuħa.

Il-Brażil — adozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk fil-jiem / ġimgħat li ġejjin hux ser titla’ delegazzjoni minn Malta biex tiltaqa’ mal-Awtoritajiet Brażiljani b’rabta ma’adozzjonijiet mill-Brażil, minn koppji / individwi Maltin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm il-ħsieb li fiż-żmien li ġej isiru laqgħat ġewwa l-Brażil, fir-rigward ta' adozzjonijiet minn koppji jew individwi Maltin.