Jista' l-Ministru jgħid jekk kellux laqgħat mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa sabiex jerġgħu jiġu introdotti l-BBQs fuq il-Bajja tal-Għadira, liema deċiżjoni sabiex dawn jinqatgħu kienet ittieħdet fl-2009 minn Kunsill preċedenti u b'mod unanimu?
Response (BRINCAT, LEO)
Kif jaf tajjeb l-Onor. Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma entitajiet legali li jgawdu minn awtonomija skont il-parametri tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali.
Id-domanda li qed jagħmilli l-Onor. Interpellant m’hijiex dwar l-operat tal-Ministeru li tiegħu jien responsabbli, imma tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li jien ma kelli l-ebda talba għal-laqgħa ma’ dan il-Kunsill.
Ninsab infurmat li proposti simili tkun trid issirilhom evalwazzjoni adatta, fuq l-implikazzjoni tal-operazzjoni jew attività fuq is-sit tenut skont tal-għanijiet tal-konservazzjoni tas-sit. Dan huwa skont A.L. 311 ta’ l-2006 Regolamenti ta’ l-2006 dwar il-Protezzjoni tal-Flora, Fawna u Ambjenti Naturali.
Nifhem illi l-kwistjoni ġiet riżolta għas-sodisfazzjon tiegħek stess.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jaqbilx mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li fuq il-Bajja tal-Għadira jerġgħu jiġu introdotti l-BBQs wara nuqqas ta' seba' snin?
Response (BRINCAT, LEO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23811.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4433 li ngħatat fis-seduta tat-30 ta' Settembru 2013 b'rabta mal-proġett tal-Għadira, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-evalwazzjoni li għaliha saret referenza għaliha fl-istess risposta fuq il-proġett indikat?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda żviluppi fir-rigward ta’ dan il-proġett.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq residenzjali li Transport Malta se tkun qed taħdem fuqhom fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar matul is-sena 2016?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22856.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23537 u jelenka kemm kienet l-għajnuna finanzjarja li ngħatat mill-Gvern Ċentrali lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għall-attivitajiet Iljieli Mellieħin u Milied Mellieħi organizzati mill-istess Kunsill bejn Diċembru 2008 u Diċembru 2015 sena b’sena b’mod separat?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif ipprovduta mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.
Residenza għall-anzjani – dħul minn residenti mill-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni fid-djar tal-anzjani inkella f’San Vinċenz de Paul li kienu residenti fil-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar, lokalità b’lokalità, fis-snin 2013, 2014 u 2015 (sena b’sena)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-ammont ta’ persuni residenti il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar, li daħlu fid-djar tal-anzjani jew ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule, f’San Vinċenz de Paul, fil-perijodu imsemmi minnu, kien kif ġej:
2013
2014
2015
Residenti mill-Mellieħa
11
13
12
Residenti minn San Pawl il-Baħar
8
21
15
Residenti min-Naxxar
18
17
19
Residenza għall-anzjani – dħul ta’ anzjani kontra l-volontà tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-lista ta’ persuni li nqatgħu mil-lista ta’ stennija sabiex jidħlu f’xi residenza tal-anzjani u San Vinċenz de Paul bejn Mejju 2013 u Frar 2016 (sena b’sena) kontra l-volontà tagħhom u mhux għax talbu huma?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn Mejju 2013 ‘il quddiem, ebda persuna ma qatt inqatgħet jew xi darba se tinqata’, kontra l-volontà tagħha, mill-lista ta’ stennija sabiex tidħol f’xi residenza tal-anzjani jew ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul.
Servizz ta’ home help, handyman service u meals on wheels
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tammonta l-lista ta’ persuni li qed jistennew li jingħataw is-servizz tal-home help, handyman service u meals on wheels (b’mod separat) sena b’sena bejn l-2013 u Frar 2016?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu, dwar is-servizzi imsemmija fil-perijodu imsemmi, tinsab fit-tabella t’hawn taħt
Sena
Meals on Wheels
Handyman
Home Help
Numru ta’ Stennija
Numru ta’ Stennija
Numru ta’ Stennija
2013
27
2
66
2014
91
16
37
2015
297
14
401
2016 Frar
248
7
167
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien jammonta fi flus l-investiment li sar fir-Residenza San Vinċenz de Paul, sena b’sena, bejn Jannar 2009 u Jannar 2015?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nnforma lill-Onorvoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma d-djar tal-anzjani f’pajjizna li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern (jinkludi wkoll dawk li nbnew u/jew qed jitmexxew taħt l-Iskema tal-PPP) u f’liema sena nbnew?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, id-djar tal-anzjani f’pajjiżna li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern, inklużi wkoll dawk li nbnew u/jew qed jitmexxew taħt l-Iskema tal-PPP, huma kif ġej:
Dar tal-Anzjani tal-Gvern
Ftuh Uffiċċjali
Inbniet fis-Sena
Mtarfa
31 ta` Ottubru 1997
Mhux magħruf
Mosta
5 ta` Mejju 1987
Mhux magħruf
Msida
16 ta` Lulju 1991
Mhux magħruf
Floriana
20 ta` April 1987
Mhux magħruf
Żejtun
14 ta` Marzu 1994
Mhux magħruf
Bormla
18 ta` Diċembru 1999
1998
Zammit Clapp Residential Home
7 ta` Frar 2012
Mhux magħruf
Mellieħa
1 ta` Marzu
2008
2007-2008
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment m’għandux informazzjoni dwar meta nbena l-bini ta’ uħud mid-djar hawn fuq imsemmija.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan tax-xogħlijiet li ser ikunu qed isiru fuq il-Mużew tat-Tunnara fil-Mellieħa u meta mistenni jibdew u jintemmu dawn l-istess xogħlijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kienx ikkonsultat dwar il-fatt li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa qed jerġa’ jittanta jdaħħal mill-ġdid il-BBQs fuq il-Bajja tal-Għadira wara nuqqas ta’ seba’ snin?
Response (BONNICI, OWEN)
Kif jgħallimni l-Onor Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma entitajiet legali li jgawdu minn awtonomija skont il-parametri tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali.
Id-domanda li qed jagħmilli l-Onor Interpellant m’hijiex dwar l-operat tal-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli imma tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħat tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bejn Novembru 2015 u Frar 2016 fejn matulhom saru diskussjonijiet dwar l-introduzzjoni mill-ġdid tal-BBQs fuq il-Bajja tal-Għadira wara nuqqas ta’ seba’ snin b’deċiżjoni unanima li l-istess kunsill kien ħa fl-2009?
Response (BONNICI, OWEN)
Kif jgħallimni l-Onor Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma entijiet legali li jgawdu minn awtonomija skont il-parametri tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali.
Id-domanda li qed jagħmilli l-Onor Interpellant m’hijiex dwar l-operat tal-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli imma tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.
Li nista’ ngħid b’mod ġenerali hu li hija policy li ilha titħaddem għal numru ta’ snin li l-minuti tal-laqgħat jittellgħu online.
Jista’ l-Ministru jelenka liema ser ikunu l-proġetti li l-MTA ser tkun qed twettaq fil-Mellieħa matul l-2016 sabiex tkompli tgħolli l-livell tal-pakkett turistiku fil-lokalità tal-Mellieħa?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ Maltija għat-Turizmu bħalissa qed taħdem fuq numru ta’ inizjattivi li se jkunu mwettqa matul din is-sena. Fosthom, aċċess aktar komdu għall-persuni b’diżabilita’ għall-bajja tal-Għadira, xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-promenade tal-Għadira bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet, tinbidel it-tieni parti tal-festun tal-Għadira – dan wara li fis-sajf li għadda nbidlet l-ewwel parti tiegħu, u jiġu nstallati numru ta’ bankijiet fl-istess lokalita’.
Ser isir xogħol ukoll fiż-żona magħrufa tal-għaddasa sabiex ikompli jgħola l-livell għal dak li jiffrekwentaw din iż-żona. Dan wara li lejn it-tmiem tas-sena li għaddiet, l-Awtorita’ ħadet ħsieb li żżid il-faċilitajiet fosthom żamma ta’ latrina pubblika bil-ħtigijiet kollha neċessarji. L-Awtorita’ applikat ukoll għal proġett ta’ fondi Ewropej li fih jinkludi r-restawr tat-Torri l-Aħmar.
Residenzi għall-anzjani – lista ta’ stennija minn Residenti mill-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma dawk ir-residenti fil-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar li sa Frar 2016 qed jistennew sabiex jidħlu f’xi dar għall-anzjani inkella fir-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammonti ta’ residenti fil-lokalitajiet imsemmija, li sa Frar 2016 kienu qed jistennew sabiex jidħlu f’xi dar għall-anzjani tal-Gvern jew fir-Residenza San Vinċenz de Paul, huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Lokalita’
Total
Mellieħa
24
Naxxar
30
San Pawl il-Baħar
28
Total
82
Residenzi għall-anzjani – lista ta’ stennija minn residenti mill-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw residenti mill-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar, lokalità lokalità, sena b’sena, bejn l-2012 u l-2015 li kienu fil-lista ta’ stennija sabiex jidħlu f’xi dar tal-anzjani inkella fir-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu dwar numru ta’ residenti mill-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar, lokalità lokalità, sena b’sena, bejn l-2012 u l-2015, li kienu fil-lista ta’ stennija sabiex jidħlu f’xi dar tal-anzjani jew fir-Residenza San Vinċenz de Paul kienu kif qed jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Lokalita’
2012
2013
2014
2015
Mellieħa
44
49
46
25
Naxxar
44
47
48
28
San Pawl il-Baħar
36
41
43
29
Total
124
137
137
82
Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar – xogħlijiet fuq toroq
Question
Jista’ l-Ministru jindika liema toroq ser ikun qed isir xogħol fuqhom minn Transport Malta fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar matul is -sena 2016?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22856.
Kunsill Lokali Mellieħa – laqgħat dwar bbqs fil-bajja tal-Mellieħa
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk sarux laqgħat mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa b’rabta mal-ħsieb tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li jerġgħu jibdew isiru l-BBQs fuq il-Bajja tal-Mellieħa wara nuqqas ta’ 7 snin? U jekk iva, jista’ jindika x’kien l-eżitu ta’ dawn il-laqgħat ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li regolarment jsiru laqgħat rigward l-operat tal-bajja tal-Għadira mal-Kunsill Lokali Mellieħa. Fl-aħħar laqgħa li saret ftit tal-ġranet ilu, ġejna infurmati bid-deċizjoni li ħa l-Kunsill Lokali sabiex jibdew jsiru BBQs fuq il-bajja tal-Għadira permezz ta’ apparat tal-gass biss.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser iżid il-ħaddiema mad-Dipartiment tal-Indafa Pubblika (cleansing) fuq il-bajjiet fil-Mellieħa matul ix-xhur tas-sajf jekk kemm-il darba ser jerġgħu jibdew isiru l-BBQs fuq il-Bajja tal-Għadira?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li ma hemm l-ebda ħsieb li jiżdiedu ħaddiema fuq il-bajja tal-Għadira. Fl-opinjoni tagħna hemm biżżejjed ħaddiema sabiex isir it-tindif fuq din il-bajja.