Kunsill Konsultattiv –Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm-il darba ltaqa’ l-Kunsill Konsultattiv li ġie kostitwit bil-liġi dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nominazzjonijiet għall-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx mistenni jkollu l-ewwel laqgha fil-gimghat li gejjin.
Kunsill Konsultattiv –Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li ma Jitteħidx — membri
Question
Jista' l-Ministru jindika min huma l-membri li jiffurmaw il-Kumitat Konsultattiv li ġie kostitwit bil-liġi dwar Stili ta' Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx?
Liġi dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li ma Jitteħidx – avviżi legali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk bdietx il-ħidma minn Ministeri varji sabiex jiġu mressqa l-Avviżi Legali relatati mal-liġi dwar Stili ta' Ħajja Sana u Mard li ma Jitteħidx, liema avviżi legali kienu ġew maqbula bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni waqt l-laqgħa tal-Kumitat Parlamentari dwar il-Konsiderazzjoni ta’ Abbozzi tal-Liġijiet?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti tal-proġett relatat mal-hub għall-persuni b'diżabilità li l-Gvern qed jippjana li jibni fin-Naxxar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, b’konnessjoni mal-proġett li qed issir referenza għalih, giet sottomessa applikazzjoni għall-Fondi Ewropej. L-applikazzjoni tal-Awtorita' tal-Ippjanar għadha qed tiġi pproċessata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bini ta’ hub għall-persuni b'diżabilità fin-Naxxar hux ser jinbena fuq l-istess art/sit fejn fl-2012 kien hemm ippjanat li jsir faċilità sportiva għall-klabb tal-futbol ta' Naxxar Lions?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħal ma jaf l-art/sit li fl-2012 kienet ippjanata li fuqha ssir il-faċilita’ għall-klabb tal-futbol tan-Naxxar Lions, ma kienx u ma hux possibbli li jsiru l-faċilitajiet kif mixtieqa mill-istess klabb.
L-art li tista’ tkun qed tgħaddi għall-proġett importanti fin-Naxxar ġiet indikata mill-Government Property Division.
Għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Servizzi ta’ Home Help u Meals on Wheels – lista ta’ stennija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-lista ta' stennija għas-servizzi tal-Home Help u Meals on Wheels sas-6 ta' Ġunju 2016?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-lista ta’ stennija għas-servizz tal-Meals on Wheels sal-perjodu indikat hija ta’ 182 applikant.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ każijiet approvati mill-bord għas-Servizz tal-
Home Help
sas-6 ta’ Ġunju 2016 u li qed jistennew li jibda jingħatalhom s-servizz huwa ta’ 36 każ.
Jista' l-Ministru jindika jekk hux se jkun hemm tibdil fil-mod kif is-servizz tal-Meals on Wheels qed jingħata sal-lum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizz tal-Meals on Wheels, ser ikun qed jiġi aġġornat biex jirrifletti l-prattici u regolamentazzjonijiet reċenti fuq rakkomandazzjoni tal-Ispetturi tas-Saħħa.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, minkejja t-tibdiliet, il-prezz ser jibqa’ l-istess għal dak li jħallsu għalih l-anzjani li jagħmlu użu minn dan is-servizz fil-preżent.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23163 u 22853 u ċjoè jgħid kemm kien in-numru ta’ individwi f’Malta u Għawdex li twaqqfilhom is-servizz tal-Home Help minħabba nuqqas ta’ ħaddiema bejn l-20 t’April 2015 u l-20 ta’ Jannar 2016?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, is-servizz qiegħed jingħata regolarment.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23538 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan tax-xogħlijiet li ser ikunu qed isiru fuq il-Mużew tat-Tunnara fil-Mellieħa u meta mistenni jibdew u jintemmu dawn l-istess xogħlijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Triq il-Kosta – railing fiż-żona residenzjali fis-Salini
Question
Jista’ l-Ministru jindika meta mistenni jitlesta x-xogħol fuq ir-railing fiż-żona residenzjali fis-Salini mal-parti li tagħmel ma’ Triq il-Kosta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li. wara konsultazzjoni mar-residenti ta’ din iż-żona, hekk kif huma għamlu xi oġġezzjonijiet għax-xogħol kif kien qiegħed jiġi esegwit, issa jidher li Transport Malta u r-residenti qed jaqblu fuq ċerti kriterji tad-disinn u għalhekk Transport Malta tħoss li dalwaqt tista’ tipproċedi bil-proċess illi tordna lill-kuntrattur biex jitkompla ix-xoghol. Ix-xogħol mistenni li jkun lest sa l-aħħar ta’ Awwissu 2016.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk bejn Jannar u Mejju 2016 seħħewx inċidenti kemm f'Vermont House f'Santa Venera kif ukoll fil-Young People’s Unit f’Ħ’Attard, fejn issejjħu anke l-pulizija? Jista' jindika kemm-il darba issejjħu l-pulizija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi ma għandu l-ebda faċilità bl-isem ta’ Vermont House f’Santa Venera, waqt li l-YPU ma jaqax taħt ir-responsabbilità tal-Ministeru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu sabiex titħares is-sigurtà tal-persuni li jaħdmu f'Vermont House f'Santa Venera u fil-Young People’s Unit f'Attard?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Ministeru tiegħi ma għandu l-ebda faċilità bl-isem ta’ Vermont House filwaqt li l-YPU ma jaqax taħt ir-responsabbilità tal-Ministeru tiegħi.
B'rabta mas-sigurtà tal-ħaddiema u tar-residenti stess f'Vermont House u fil-Young People’s Unit f'Attard jista' l-Ministru jikkunsidra li jibda jkun hemm preżenza tal-pulizija b'mod permanenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Ministeru tiegħi ma għandu l-ebda faċilità bl-isem ta’ Vermont House filwaqt li l-YPU ma jaqax taħt ir-responsabbilità tal-Ministeru tiegħi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu care orders bejn Jannar 2016 u Mejju 2016 (xahar b'xahar)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn Jannar u Mejju 2016, inħarġu 4 Ordni ta’ Ħarsien, imqassma kif ġej:
2 minn dawn il-minuri ġew rakkomandati mill-Aġenzija Appoġġ; liema Ordni ta’ Ħarsien ħarġu fit-3 ta’ Frar, 2016.
2 minuri oħra ġew rakkomandati mill-Aġenzija AWAS, fir-rigward ta’ Unaccompanied Minors Asylum Seekers; liema Ordni ta’ Ħarsien ħarġu fit-28 ta’ Jannar, 2016 u l-5 ta’ Mejju, 2016.
Mellieħa – toroq/sqaqien/passaġġi li saru bil-konkos
Question
Jista’ l-Ministru jindika liema toroq/sqaqien/passaġġi f’żoni rurali saru bil-konkos mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fil-lokalità tal-Mellieħa (li tinkludi wkoll il-Manikata) bejn Jannar 2014 u Mejju 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-Kunsilli Lokali joperaw b’mod awtonomu fil-parametri tal-liġi li tirregola l-istess Kunsilli Lokali.
Id-domanda tal-Onor Interpellant tirrigwardja l-operat ta’ Kunsill Lokali partikolari u mhux tad-dekasteru tiegħi.
Jista’ l-Ministru jara li kull kunsill lokali li fil-konfini tiegħu għandu bajjiet
Blue Flag
, ikollu logo tal-
Blue Flag
viżibbli fuq kull materjal promozzjonali jew informattiv li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tal-istess kunsilli li jinkludi allura fuljetti,
notice boards
,
websites
u
billboards
?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, billi l-kunsilli lokali huma awtonomi, l-Ministru għat-Turiżmu m’għandu l-ebda jedd fuq deċiżjonijiet illi l-Kunsilli jieħdu dwar il-kontenut tal-materjal promozzjonali jew/u nformattiv li jippublikaw.
Madanakollu, m’hemx dubbju li l-Ministeru jżomm kuntatt kontinwu mal-Kunsilli Lokali.