Ċentru ta’ Matul il-Jum – spiża ta’ kuljum għal kull persuna b’nuqqas ta’ saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża ta’ kuljum għal kull persuna b’nuqqas ta’ saħħa mentali li tattendi fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li attendew fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum minn Jannar sal-aħħar ta' Ottubru tal-2016 hija ta €605,034.
Ċentru ta’ Matul il-Jum — persuna b’diżabilità intellettwali – spiża ta’ kuljum
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm hija l-ispiża ta’ kuljum għal kull persuna b’diżabilità intellettwali li tattendi fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu hija ta' natura kummerċjali u sensittiva u għaldaqstant ma tistax titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm infetħu Ċentri ta’ Matul il-Jum f’din il-leġiżlatura u jekk hemmx il-ħsieb li jinfetħu aktar ċentri s-sena d-dieħla?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament għandna 5 Ċentri ta’ Matul il-Jum f'Malta u ieħor f'Għawdex għall-użu ta' persuni bi bżonn ta' kura psikjatrika.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti/permessi (fosthom dak tal-aċċessibilità) mill-Awtoritajiet konċernati relatati mal-proġett li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa qiegħed jagħmel bħalissa fi Triq San Publiju l-Mellieħa?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill Ministru konċernat.
Il-Mellieħa – Ċentru ta’ Matul il-Jum – sistema ta’ Wi-Fi
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26131 mogħtija f'Ġunju 2016, fejn ingħatat il-kelma li se jiġi estiż is-servizz tal-Wi-Fi miċ-Ċentru ta' Matul il-Jum fil-Mellieħa għall-parti residenzjali f'Dar il-Madonna tal-Mellieħa, jista' l-Ministru jara li din il-wegħda tiġi esegwita mill-aktar fis possibbli, peress li sal-lum din għada ma seħħitx?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, bħalissa għaddej ix-xogħol f’dan ir-rigward.
Dar il-Madonna tal-Mellieħa – servizz tat-trasport pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jara li s-servizz tat-trasport pubbliku li kien jingħata viċin Dar il-Madonna tal-Mellieħa jerġa' jibda jingħata, wara li jirriżulta li dan twaqqaf ħesrem bil-konsegwenza li qed joħloq inkonvenjent għall-qraba tar-residenti fl-istess residenza?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li kienet ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 7331.
Jista' l-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni biex is-servizz tar-rotta X1 ma jibqax jingħata fil-qalba tal-lokal tal-Mellieħa, għajr fejn hemm biss il-lukandi fil-viċinanzi, bil-konsegwenza li tnaqqas is-servizz għar-residenti li qabel kienu jagħmlu użu minn din ir-rotta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-kuntrarju ta’ dak li qiegħed jintqal f’din il-Mistoqsija Parlamentari, ir-rotta X1 sal-aħħar tas-sena l-oħra ma’ kinitx tgħaddi miċ-ċentru tal-Mellieħa iżda kienet tgħaddi minn Dawret il-Mellieħa u minn Triq Louis Wettinger, magħrufa aħjar bħala bypass tal-Mellieħa u b’hekk kienet taqta’ kompletament iċ-ċentru tal-Mellieħa. Kien biss wara li ġie introdott in-network il-ġdid li din ir-rotta bdiet tgħaddi miċ-ċentru ta’ din il-lokalita’.
Għaldaqstant, mhux talli ma’ tnaqqasx is-servizz fuq din ir-rotta għar-residenti Mellieħin iżda żdied b’24 vjaġġ, fiż-żewġ direzzjoniet kuljum.
Barra minn din ir-rotta, żdiedet ukoll rotta ġdida, ir-Rotta X1A, li topera żewġ vjaġġi filgħodu bejn it-Tnejn u il-Ġimgħa waqt l-iskeda tax-xitwa miċ-Ċirkewwa. Din ir-rotta tgħaddi miċ-ċentru tal-Mellieħa lejn l-isptar Mater Dei u tispiċċa il-vjaġġ tagħha ġewwa l-MCAST ta’ Raħal il-Ġdid. B’hekk qiegħed jiġi provdut servizz dirett kemm lejn l-isptar kif ukoll lejn iż-żewġ istituzzjonijiet edukattivi imsemmija aktar qabel.
Inħoss li mhux aċċettabli li jintefgħu dubji bħal dawn fuq it-trasport pubbliku, li ma jgħinu xejn biex iħajjar lill-pubbliku juża dan is-servizz. Wara kollox, aktar ma l-poplu jagħmel użu minn dan is-servizz, aktar jonqos it-traffiku mit-toroq tagħna b’ konsegwenza li jonqos it-tniġġiż fl-arja.
Il-Mellieħa – Santa Maria Estate — trasport pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-servizz tat-trasport pubbliku lejn iż-żoni ta' Selmun u Santa Maria Estate fil-Mellieħa għadhomx jingħataw? Jekk iva, jista' l-Ministru jindika x'inhi preċiżament il-frekwenza ta’ dan is-servizz mogħti u l-ħinijiet preċiżi?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li kienet ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 7331.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tnaqqis fis-servizzi tat-trasport pubbliku mil-lokalità tal-Mellieħa fl-aħħar xhur, sarx b'konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux korrett meta qed jingħad li tnaqqas is-servizz tat-trasport pubbliku mil-lokalita’ tal-Mellieħa, iżda għall-kuntrarju in-numru ta’ vjaġġi li jservu din il-lokalita’ fil-fatt żdiedu.
Meta wieħed iqabbel in-numru ta’ vjaġġi li hemm fil-preżent fuq l-iskeda tax-xitwa, ma’ dawk li kien hemm qabel ma’ ddaħħal in-network il-ġdid bejn Novembru u Diċembru tas-sena l-oħra, wieħed isib li n-numru ta’ vjaġġi fil-fatt żdiedu b’żewġ vjaġġi fis-siegħa.
Il-frekwenzi tar-rotot li jservu lill-lokalita’ tal-Mellieħa fuq l-iskeda tax-xitwa huma s-segwenti:
Rotta
Minn
Sa
Via
Numru ta’ Vjaġġi fis-siegħa (Xitwa) 2015 Ħinijiet
Peak
Numru ta’ Vjaġġi fis-siegħa (Xitwa)2016 Ħinijiet
Peak
37
Valletta
Ċirkewwa
Mellieħa Centre
1
-
41
Valletta
Ċirkewwa
Mellieħa Centre
2
2
42
Valletta
Ċirkewwa
Mellieħa Centre
1
2
49
Valletta
Għadira
Mellieħa Centre
-
1
101 / 102
Cirkewwa
Ġnejna
Ġnien Ingraw
1
1
221
Cirkewwa
Buġibba
Mellieħa Centre
2
2
222
Cirkewwa
Buġibba
Mellieħa Centre
2
2
X1
Cirkewwa
MIA
Mellieħa By-Pass
1
1
X1A
Cirkewwa
MCAST Paola
Mellieħa By-Pass, Universita’ ta’ Malta, tibqa’ sejra MCAST Paola
2 vjaġġi fil-għodu
2 vjaġġi fil-għodu/
250
Valletta
Għadira
Mellieħa Centre/MDH
-
1
Nota:
Ir-rotta 250 ħadet post ir-rotta 37;
Ir-rotta 49 hija rotta ġdida li bdiet topera fl-aħħar tas-sena li għaddiet.
In-numru ta’ vjaġġi fl-iskeda tas-sajf żdiedu wkoll meta wieħed iqabbel kemm kien hemm vjaġġi li jservu l-lokalita’ tal-Mellieħa qabel u wara li ddaħħal in-network il-ġdid. Fil-fatt, in-numru ta’ vjaġġi żdiedu minn 13-il vjaġġ fis-siegħa għal 18-il vjaġġ fis-siegħa.
Il-frekwenzi tar-rotot li jservu l-lokalita’ tal-Mellieħa fuq l-iskeda tas-sajf huma s-segwenti:
Rotta
Minn
Sa
Via
Numru ta’ Vjaġġi fis-siegħa (Sajf) 2015 Ħinijiet
Peak
Numru ta’ Vjaġġi fis-siegħa (Sajf)2016 Ħinijiet
Peak
37
Valletta
Ċirkewwa
Mellieħa Centre
1
-
41
Valletta
Ċirkewwa
Mellieħa Centre
2
3
42
Valletta
Ċirkewwa
Mellieħa Centre
2
3
49
Valletta
Ghadira
Mellieħa Centre
-
1
101/102
Ċirkewwa
Ġnejna
Ġnien Ingraw
1
1
221
Ċirkewwa
Buġibba
Mellieħa Centre
3
4
222
Ċirkewwa
Buġibba
Mellieħa Centre
3
4
X1
Ċirkewwa
MIA
Mellieħa By-Pass
1
1
250
Valletta
Għadira
Mellieħa Centre/MDH
-
1
Nota:
Ir-rotta 250 ħadet post ir-rotta 37;
Ir-rotta 49 hija rotta ġdida li bdiet topera fl-aħħar tas-sena li għaddiet.
Inħoss li mhux aċċettabli li jintefgħu dubji bħal dawn fuq it-trasport pubbliku, li ma jgħinu xejn biex iħajjar lill-pubbliku juża dan is-servizz. Wara kollox, aktar ma l-poplu jagħmel użu minn dan is-servizz, aktar jonqos it-traffiku mit-toroq tagħna b’ konsegwenza li jonqos it-tniġġiż fl-arja.
Infakkar lill-Onor. Interpellant fil-kampanja negattiva li kienet għamlet l-Oppożizzjoni, li l-uniku għan tagħha, kien u għadu, li tiżra’ d-dubji fost il-poplu.
· Akkużaw lill-MPTS li kienet waqqfet
Night Routes
, meta fil-fatt dawn kienu twaqqfu żmien qabel, meta t-trasport kien għadu f’ idejn l-Arriva.
· L-istess ġara meta l-Arriva, f’lejliet l-ewwel tas-sena talbet €5 għal kull vjaġġ. Li ma qalitx l-Oppożizzjoni hu li l-ftehim iffirmat mill-istess Oppożizzjoni, dak iż-żmien fil-Gvern, kien jippermetti li jsir dan.
· McGill’s kienet bagħtet rappreżentanti tagħha ġewwa pajjiżna biex jagħmlu laqgħat max-xufiera, il-Partit Nazzjonalista kien akkuża lill-Gvern li qed jagħmel ftehim ma’ din il-kumpanija. Dak iż-żmien il-Partit Nazzjonalista kien qal li b’McGill’s f’ Malta, kien ser ikollna Arriva oħra, u dan għax id-direttur maniġerjali ta’ din il-kumpanija qabel kien jaħdem mal-Arriva. Meta McGill’s ma sabx Maltin jinvestu miegħu, qal li sab intoppi min-naħa tal-Gvern. Hawnhekk, il-Partit Nazzjonalista biddel il-verżjoni u beda jiddefendi lill-McGill’s.
· National Express – PN qal li kien diffiċli li taħdem mal-Gvern. Kontradizzjoni fl-għola livell, meta tqis li l-kumpanija li illum qed tmexxi t-trasport pubbliku f’pajjiżna hija kumpanija sussidjarja ta’ l-istess National Express .
· Beżżgħu li ser ikun hemm tkeċċija ta’ ħaddiema mill-istess Spanjoli, kif ukoll li l-impjiegi tal-Maltin kien ser jiġi meħuda mill-ħaddiema Spanjoli.
· Meta l-kuntratt bejn l-
Autobuses de Leon
u l-UBS ma ġiex imġedded l-Oppożizzjoni permezz tal-
media
tagħha tat l-impressjoni li ntużaw
mini-buses
minflok
coaches
, meta dawn l-istess
mini-buses
kienu ilhom jintużaw fuq diversi rotot.
· L-Oppożizzjoni approfittat ruħha ukoll minn persuni b’ diżabilita’. Qajjmet l-
issue
tal-persuni b’ diżabilita’ li jużaw
scooters
. Li ma qalux hu li l-Arriva kienet ħolqot
policy
li ċertu
scooters
ma jitħallewx jitilgħu fuq il-karozzi tal-linja u din ir-restrizzjoni kienet parti mill-kundizzjoni tal-ġarr ta’ persuni. U Gvern preċedenti la qatt tkellem fuq din l-
issue
, aħseb u ara kemm oġġezzjona għaliha !!
Infakkar ukoll lill-Onor. Interpellant f’ intervista li ġiet ippubblikata riċentament mal-kap eżekuttiv tal-kumpanija preċedenti fejn dan iddikjara li l-Gvern Malti ta’ dak iż-żmien kien ħoloq sistema li ma ħadmitx u li sejħilha mostru. Qal li l-każ ta’ Malta kien assolutament diżastru. “Fl-Ewropa kullimkien morna tajjeb”, qal, “imma f’Malta, kollox mar ħażin.” Nefqu ammonti kbar ta’ flus fuq konsulenti li ċċarċjaw ħafna u ħolqu xi ħaġa li kienet assolutament, ma taħdimx.
Sa issa għadni nistenna lill-Onor. Interpellant flimkien mal-Kap tal-Oppożizzjoni biex jirribatti dawn l-akkużi. Sa issa dan għadu ma sarx.Dan ifisser l-ammissjoni għal dak li qal is-CEO tal-Arriva.
Jidher ċar li dak li wettaq Gvern Preċedenti ma kienx żball żgħir kif jippruvaw jagħtu l-impressjoni l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, li wassal għall-falliment totali fis-sistema tat-Trasport Pubbliku.
Illum it-Trasport Pubbliku għamel avvanzi kbar u kull statistika maħruġa tikkonferma dan, għal kuntlarju ta’ dak li tipprova tpinġi l-oppożizzjoni.
Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk dak li allegatament kien drenaġġ li ħareġ fil-baħar fl-akkwati ta' San Pawl il-Baħar, nhar il-Ħadd 6 ta' Novembru, ikkontaminax il-baħar tal-istess akkwati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li l-istaġun uffiċjali tal-għawm din is-sena beda’ fis-16 ta’ Mejju u spiċċa fit-23 t’Ottubru, bħalissa ma jsirx moniteraġġ ta' rutina tal-ilma baħar. Madanakollu xorta saret spezzjoni f’din iż-żona mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali u waqt l-istess spezzjoni ma ġiex innutat drenaġġ ħiereġ fil-baħar.
Ċentru ta' Matul il-Jum — Birgu - xogħlijiet fuq lift
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma fiex wasal ix-xogħol fuq il-lift li dan kien qed jingħad li kellu jsir fil-post fejn suppost infetaħ iċ-Ċentru ta' Matul il-Jum fil-Birgu ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpelant illi, għalkemm ġew allokati flus biex eventwalment ntejbu l-aċċessibilita’ fil-Berga tal-Ingliżi, li ser ikun qiegħed jintuża bħala Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-anzjani ġewwa l-Birgu, bħalissa għaddejjin b’taħdidiet sabiex niżguraw li l-aċċessibilita’ tkun kemm jista’ jkun waħda massima.
Jista' l-Ministru jindika x’inhuma l-proġetti li l-Gvern qed jippjana li jagħmel fiż-żona ta' Selmun/Imġiebaħ, anke għall-fatt li parti minn din iż-żona hija waħda protetta u li tifforma parti minn siti Natura 2000?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Fil-Pjan ta’ Tmexxija maħruġ mill-ERA għas-sit tal-Imġiebaħ u tal-Miġnuna bħala parti min-Natura 2000 network ġew identifikati sett ta’ miżuri intenzjonati li jħarsu l-ambjent naturali filwaqt li jtejbu l-esperjenza ta’ min iżur il-post. Fost dawn il-miżuri insibu dawn li ġejjin:
· Ir- restawr tal-ambjenti naturali;
· It- tneħħijja ta’ pjanti u siġar aljeni;
· It-tħawwil ta’ sigar indigeni;
· Kampanja ta’ edukazzjoni u informazzjoni, li tinkludi wkoll
signposting
u materjal promozzjonali.
Dan il-Pjan ikopri l-ewwel ħames snin ta’ tmexxija tas-sit.
Konxju mill-fatt li l-Mellieħa huwa post li jikkontribwixxi b'riżq it-turiżmu f'pajjiżna tul is-sena kollha apparti li huwa post popolari mal-familji Maltin jista' l-Ministru jara li d-dawl (festun) li hemm tul il-promenade tal-Għadira ma' jitneħħix u jitħalla fil-post is-sena kollha kif dejjem kien tul dawn l-aħħar tmien snin? Dan anke għall-fatt li tul l-istess promenade hemm ukoll tliet lukandi li jibqgħu joperaw tul is-sena kollha.
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fir-riġward tal-festun li hemm tul il-promenade tal-Għadira, il-Kumitat Reġjonali tat-Tramuntana ddeċieda li dan jitneħħa f’Ottubru li għadda sabiex issirlu l-manutenzjoni meħtieġa u jerġa jitwaħħal f’Mejju 2017. Tajjeb ngħarraf ukoll lill-Interpellant, illi ġejt infurmat, illi fost membri oħra metta ttieħdet din id-deċizjoni f’dan il-Kumitat, kienu preżenti il-Viċi Sindku tal-Mellieħa kif ukoll is-Sindku ta’ San Pawl il-Baħar.
Jista' l-Ministru, filwaqt li jara li l-Foster Carers f'Malta u Għawdex jitħallsu l-ħlas dovut lilhom li ilu ma' jsir għal dawn l-aħħar xahrejn, jagħti ukoll ir-raġuni għal xiex dan il-ħlas baqa' ma tħallasx mill-Gvern?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-pagamenti tal-Foster Carers saru skont il-proċedura segwita tas-soltu, bl-aħħar pagament li ħareġ fl-10 ta’ Setttembru 2016, liema pagament kien ikopri sas-6 ta’ Jannar 2017.
Qabel dan il-pagament, kien sar eżerċizzju mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, fejn il-Foster Carers ingħataw ċans ta’ 6 ġimgħat biex jibagħtu għall-attenzjoni tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali, l-aħħar approvazzjoni maħruġa mill-Fostering Board. Dawk il-ftit li naqsu li jagħmlu dan, il-pagament kien temporanjament sospiż u ma tħallasx mal-bqija. Ta’ min jgħid li, matul dawn l-aħħar ġimgħat, dawk kollha li pprovdew l-informazzjoni meħtieġa, tħallsu l-pagamenti dovuti sas-6 ta’ Jannar, 2017 hekk kif diġa’ spjegajt tajjeb hawn fuq.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex għal dawn l-aħħar sentejn ma sarx il-festin li soltu kien isir għall-persuni b'diżabilità f'Ħad-Dingli u jekk għal din is-sena hux ppjanat li jsir fil-ġimgħat li fadal qabel tmiem is-sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lilll-Onor. Interpellant jispecifika għal liema festin qiegħed jirreferi hekk kif l-Aġenzija SAPPORT għalkemm torganizza diversi attivitajiet għall-klijenti u għall-ġenituri tagħhom, qatt ma organizzat festini f’Ħad Dingli.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jinfetaħ iċ-Ċentru ta' Matul il-Jum tal-Birgu, liema ċentru suppost ġie inawgurat xhur ilu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, x-xogħol ġewwa ċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum tal-Birgu għadu għaddej u dan eventwalment ser ikun qiegħed jinfetaħ f’data deċiża mill-Gvern.
Jista' l-Ministru jara li x-xogħol li jikkonsisti fi tkomplija ta’ railings, traffic lights kif ukoll bus shelters fost l-oħrajn li kellu jsir xhur ilu fiż-żona tas-Salini jitlesta biex jitnaqqas l-inkonvenjent lir-residenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-railings ġew ordnati filwaqt li Transport Malta qiegħda f’komunikazzjoni mal-kuntrattur fir-rigward tat-traffic lights.
Għal dak li jirrigwarda bus shelters, ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għadha kif ħarġet Request for Proposals li titlob għal twaħħil ta’ bus shelters ġodda f’diversi lokalitajiet ġewwa Malta u Għawdex, inkluż dawk li jinstabu ġewwa Triq il-Kosta.
Jista' l-Ministru jindika għal liema raġuni d-dawl (festun) li jinsab mal-promenade tal-Għadira beda jitneħħa, liema dawl ilu fuq l-istess promenade għal dawn l-aħħar tmien snin sajf u xitwa? Dan anke għall-fatt li tul l-istess promenade hemm ukoll tliet lukandi li jibqgħu joperaw tul is-sena kollha.
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-imsemmi festun inbidel u sar kollu kemm hu mill-ġdid. Dan ġie mħallas mill-MTA u mill-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi. It-talba biex dan il-festun jinqala’ fix-xhur tax-Xitwa saret mill-MTA kif ukoll mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u dan biex ma ssirlux ħsara mill-elementi.
Jista' l-Ministru jindika x'użu qed jagħmel il-Kunsill Lokali Mellieħa minn binja li ngħatat lilu mill-amministrazzjoni preċedenti fl-2012 u li din l-istess binja tagħmel parti mill-binjiet li hemm fil-Park tal-Majjistral?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li l-Kunsill attwali naddaf il-binja in kwistjoni, għamlilha l-aperturi li kienu misruqa jew vandalizzati, u issa qed jużaha bħala maħżen.