Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar residenzjali għall-persuni b’diżabilità – Konsultazzjoni fuq Standards

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17166 u jgħid ma’ min saret konsultazzjoni (jekk saret) fit-tfassil tal-Istandards għad-Djar Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment Standards għall-Ħarsien Soċjali huwa responsabbli għat-twaqqif tal-Istandards Nazzjonali fil-qasam tal-ħarsien soċjali. Id-Dipartiment għaqqad grupp ta’ ħidma li huwa responsabbli għall-i¿vilupp tal-Istandards Nazzjonali għall-Faċilita Residenzjali li jakkomodaw persuni b’di¿abilita’. Il-grupp ta’ ħidma għamel dan billi addatta, għall-kuntest lokali, d-diversi standards Nazzjonali li japplikaw għad-Djar Residenzjali għall-persuni b’Di¿abilita’ fl-Iskozja, li huma maħruġa u implimentati mill-Care Inspectorate. Il-grupp ta’ ħidma ġab flimkien persuni li għandhom għarfien u/jew li huma professjonisti fis-settur. Il-grupp ta’ ħidma kien immexxi mis-Sezzjoni tat-taqsima Research and Development Standards Unit fi ħdan l-istess dipartiment taħt is-supervi¿joni tal-Awtorita’ għall-Affarijiet tal-Kompetizzjoni u l-Konsumatur. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li membri oħra li kienu fil-grupp ta’ ħidma u ġejjin minn entitajiet oħra huwa kif imsemmija hawn taħt: Ministeru għall-Affarijiet Barranin Santa Marta Day Centre Ability for Disability Association Awtorita’ għas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol Inspire Universita’ ta’ Malta Health Care Standards Directorate Health Inspectorate Services, Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Di¿abilita’ Dar il-Kaptan Care Malta Forum for Organisations Providing Residential Care for Disabled Persons Minsiteru għal Għawdex Għaqda tal-Ġenituri ta’ Persuni b’Di¿abilita’ Ħbieb ta’ Aġenzija Sapport Sptar ta’ Rijabilitazzjoni Karin Grech Fondazzjoni Wens Counsellors li jispeċjali¿¿aw fil-qasam tad-Di¿abilita’ Id-Dar tal-Providenza Fondazzjoni Ħajja Indipendenti Aġenzija Sapport Equal Partners Foundation Terapisti fil-qasam Il-grupp ta’ ħidma twaqqaf f’Ottubru 2013 u l-ewwel laqgħha saret fis-6 ta’ Novembru 2013.

Residenza San Vinċenz de Paul – investiment

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23601 u jgħid kemm kien jammonta fi flus l-investiment li sar fir-Residenza San Vinċenz de Paul, sena b’sena, bejn Jannar 2009 u Jannar 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-investiment li sar minn San Vinċenz de Paul ġewwa l-istess Residenza minn Jannar 2009 sal-lum huwa kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Inizjattiva Live in Carer – Persuni li applikaw

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27765 jindika kemm kien in-numru ta’ persuni li applikaw biex jagħmlu użu mill-inizjattiva Live in Carer li kienet tħabbret fil-baġit tas-sena li għaddiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li applikaw sabiex jagħmlu użu mill-Inizjattiva Live in Carer (li issa qed jissejjaħ Carer at Home), matul l-2016 kien ta’ 184. Fl-2017, sal-24 ta’ Jannar, daħlu 26 –il applikazzjoni ġdida, biex issa in-numru ta’ applikanti jlaħħaq il-210.

Inizjattiva Live in Carer – Persuni li qed jagħmlu użu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27766 u jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li sal-lum qed jagħmlu użu mill-inizjattiva ta` Live in Carer li kien nieda l-Gvern sena ilu waqt id-diskors tal-baġit?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li qed jibbenefikaw minn din l-inizjattiva preżentament huwa ta’ 68.

San Pawl il-Baħar u Mellieħa — Toursim Police Zone

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-lokalitajiet tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar (Buġibba/Qawra) matul din is-sena hux se jibda jkollom is-servizz ta' Tourism Police Zonesu dan anke fid-dawl li din hija l-iktar żona f'pajjiżna li fil-konfini tagħha hemm l-aktar numru ta' sodod mifruxa fuq l-akbar numru ta' lukandi u appartamenti f'pajjiżna apparti attrazzjonijiet oħra bħal bajjiet li jirriżulta ukoll li f'din iż-żona wieħed isib l-akbar numru ta' bajjiet f'pajjiżna?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li qed isiru diskussjonijiet mal-Ministeru għat-Turiżmu rigward il-possibilita` ta’ estensjonijiet fit-Tourism Police Zones.

Anzjani u persuni b’diżabilità — ħrieqi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani u persuni b'diżabilità (b'mod separat) li fil-preżent qed jingħataw ħrieqi (diapers) b'xejn mill-Gvern?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ anzjani u persuni b’diżabilità li fil-preżent qegħdin jingħataw ħrieqi (bis-sussidju) jew b’xejn mill-Gvern huwa kif ġej: · 2359 persuna b’diżabilità li qed jibbenefikaw minn skema A, fejn qegħdin jingħataw il-ħrieqi b’xejn. · 3068 anzjan/a li qed jibbenefikaw minn skema B, fejn qed jingħataw il-ħrieqi bis-sussidju.
Leg 12 PQ #30027 Sitting 472 2017-01-23 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Klabb ta’ Naxxar Lions FC – site plans għal faċilità sportiva

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site plans ta' liema żoni/siti qed jiġu kkunsidrati sabiex waħda minnhom jew aktar jingħataw lill-klabb ta' Naxxar Lions sabiex tinbena faċilità sportiva?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #30028 Sitting 472 2017-01-23 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Naxxar – bini ta’ faċilità sportiva minn Naxxar Lions FC fil-Kumpless taċ-Ċentri tal-Fieri

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk l-art fiż-żona viċin ta' fejn qabel kien hemm il-kumpless taċ-Ċentri tal-Fieri fin-Naxxar għadhiex qed tiġi kkunsidrata sabiex fuqha tinbena faċilità sportiva min-Naxxar Lions FC, liema art fl-2012 kien sar kuntratt fuqha bil-partijiet involuti/firmatarji kienu fil-fatt l-istess Naxxar Lions FC u l-Kunsill Malti għall-Isport?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #30029 Sitting 472 2017-01-23 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Naxxar – Laqgħat bejn il-Gvern u Naxxar Lions FC dwar faċilità sportiva

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru laqgħat u f’liema dati, bejn il-Gvern (Dipartiment tal-Artijiet) u Naxxar Lions FC bejn l-1 ta' April 2013 u l-10 ta' Jannar 2017 dwar is-suġġett relatat mal-faċilità sportiva fil-lokalità tan-Naxxar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #30030 Sitting 472 2017-01-23 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Naxxar — għoti ta’ art lin- Naxxar Lions FC

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta mistennija jiġu konklużi l-laqgħat bejn il-Gvern (Dipartiment tal-Artijiet) u Naxxar Lions FC dwar għoti ta' art sabiex fuqha tinbena faċilita sportiva, dejjem jekk hi differenti minn dik li fuqha kien hemm qbil u ftehim iffirmat f'Ottubru 2012, bejn l-istess għaqda sportiva u l-amministrazzjoni preċedenti (Kunsill Malti għall-Isport)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #30032 Sitting 472 2017-01-23 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar u Mellieħa — Toursim Police Zone

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-lokalitajiet tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar (Buġibba/Qawra) matul din is-sena hux se jibda jkollom is-servizz ta' Tourism Police Zonesu dan anke fid-dawl li dawn huma l-iktar żoni li fil-konfini tagħhom hemm l-aktar numru ta' sodod mifruxa fuq l-akbar numru ta' lukandi u appartamenti f'pajjiżna apparti attrazzjonijiet oħra bħal bajjiet li jirriżulta ukoll li f'din iż-żona wieħed isib l-akbar numru ta' bajjiet f'pajjiżna?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi b’ħidma mal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, qed jiġi evalwat dan is-servizz biex jiġi estiż f’lokalitajiet turistiċi oħra f’Malta u f’Għawdex, skond il-ħtieġa.

Dar tal-Providenza – ftehim maqbul mal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim maqbul bejn il-Gvern u d-Dar tal-Providenza b'rabta mad-djar residenzjali fil-komunità għall-persuni b'diżabilità li ġew inawgurati fl-2016, liema djar huma mmexxiha mid-Dar tal-Providenza?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-kontenut tal-ftehim huwa ta' natura kummerċjalment sensittiva.

Dar Arka – ftehim mal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim maqbul bejn il-Gvern u Dar Arka b'rabta mad-dar residenzjali għall-persuni b'diżabilità li ġiet inawgurata f'Diċembru 2016 f'Għajnsielem Għawdex, liema dar hija mmexxiha minn Dar Arka stess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-kontenut tal-ftehim huwa ta' natura kummerċjalment sensittiva.

Dar tal-Anzjani tal-Mosta – użu ripetut ta’ frieket u skieken tal-plastik

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu jew le li għal numru ta' ġimgħat fid-Dar tal-Anzjani tal-Mosta, minħabba ħsara fid-dish washer li effettivament din baqa' ma ssewwietx, qed jerġgħu jintużaw ripetutament, frieket u skieken tal-plastik (disposable) wara li dawn jinħaslu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħalissa id-dishwasher fid-Dar tal-Anzjani tal-Mosta hija bil-ħsara. Wara li saret xi tiswija minn technician din reġgħet tħassret u nħarġilha ċertifikat mit-technician stess li hija unserviceable. B’hekk beda il-proċess biex tinxtara dishwasher oħra. Għalissa, sakemm tasal dishwasher ġdida, qed jintużaw id- disposables . Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-allegazjoni tieghu hi infondata u intenzjonata biss biex tallarma. Ninfurmah li dawn il-pużati disposables jiġu mormija wara li jintuzaw.

Bordijiet Pubbliċi – persuni b’diżabilità

Question

B'referenza għal-liġi li ġiet approvata aktar kmieni f'din il-leġiżlatura relatata mal-preżenza ta' persuni b'diżabilità fuq bordijiet pubbliċi, jista' l-Ministru jelenka f’liema bordijiet s’issa hemm preżenti persuni b'diżabilità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paul – rigali lill-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti r-rigal li ngħata mill-Gvern lill-anzjani residenti fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paul u kemm kien il-valur ta' kull wieħed minn dawn ir-rigali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Servizz ta’ Meals on Wheels – lista ta’ stennija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-lista ta' stennija ta' persuni li kienu qed jistennew li jingħataw is-servizz tal-Meals on Wheels, xahar b'xahar bejn l-1 ta' Jannar 2015 u l-10 ta' Jannar 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Servizz ta’ Meals on Wheels – persuni li talbu biex jitwaqqaf is-servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li talbu li ma jibqgħux jingħataw is-servizz tal-Meals on Wheels, bejn l-1 ta' Jannar 2015 u l-10 ta' Jannar 2017 (xahar b'xahar)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Meals on Wheels – anzjani li m’għandhomx microwave

Question

Mit-telefonati li saru lill-anzjani li preżentament qed jingħataw is-servizz tal-Meals on Wheels, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-anzjani, m’għandhomx microwave fir-residenza privata tagħhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Family Resource Centre — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati b'mod separat f'kull Family Resource Centre li hawn imwaqqfa? Kemm ġew assistiti klijenti f'dawn iċ-ċentri u x'tip ta' għajnuna rċevew dawn l-istess klijenti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.