Legislature:
Category:
Reset
Active:

Nisa — rapporti dwar vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30513 jgħid kemm kien in-numru ta' nisa li għamlu rapport f’xi Għassa tal-Pulizija jew f'xi sezzjoni oħra tal-Korp tal-Pulizija dwar vjolenza domestika fil-konfront tagħhom bejn Ġunju 2013 u Diċembru 2016 u kemm minn dawn ir-rapporti mexxiet bil-qorti l-pulizija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li l-informazzjoni kif mitluba qatt ma nżammet f’forma ta’ data elettronika, mhux possibli li din tingħata.

Tfal u Żgħażagħ – rapporti dwar vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30514 u jgħid kemm kien hemm tfal u żgħażagħ ta' taħt l-età li għamlu rapport f’xi Għassa tal-Pulizija jew f'xi sezzjoni oħra tal-Korp tal-Pulizija dwar vjolenza domestika fil-konfront tagħhom bejn Ġunju 2013 u Diċembru 2016 u kemm minn dawn ir-rapporti mexxiet bil-qorti l-pulizija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li l-informazzjoni kif mitluba qatt ma nżammet f’forma ta’ data elettronika, mhux possibli li din tingħata.
Leg 12 PQ #30774 Sitting 481 2017-02-13 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar – proġetti infrastrutturali

Question

Jista' l-Prim Ministru jindika liema proġetti infrastrutturali mistennija jsiru fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar matul l-2017??

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Advisory Board tal-fostering

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inkjesta li kien talab huwa stess waqt li kien għamel referenza għal diskors li sar minni fil-21 ta' Ottubru 2015 waqt seduta parlamentari b'rabta mal-ħidma tal-Advisory Board tal-fostering tlestietx? Jekk fil-fatt tlestiet, jista’ l-Ministru jpoġġi r-rapport ta' din l-istess inkjesta fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru ikkonċernat.

Kunsill Lokali tal-Mellieħa – għajnuna finanzjarja mill-Gvern Ċentrali għall-attivitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm kienet l-għajnuna finanzjarja li ngħatat mill-Gvern Ċentrali lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għall-attivitajiet ‘Iljieli Mellieħin’ u ‘Milied Mellieħi’ organizzati mill-istess kunsill bejn Diċembru 2008 u Diċembru 2016 sena b’sena b’mod separat?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-Informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Kunsill Lokali tal-Mellieħa – toroq/sqaqin f’żoni rurali — wiċċ bil-konkos

Question

Jista' l-Ministru jindika liema kienu dawk it-toroq/sqaqin f'żoni rurali fil-konfini tal-Mellieħa (il-Manikata) li ngħataw wiċċ bil-konkos mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bejn Ġunju 2013 u Jannar 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba, kif provduta mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.

Kunsill Lokali tal-Mellieħa — Funikular bejn il-Mellieħa u l-Bajja tal-Għadira – studji dwar il-proġett

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13083 mogħtija fil-11 ta' Diċembru 2014 , jista' l-Ministru jgħid jekk sarux l-istudji li jitrattaw diversi aspetti dwar il-proġett tal-funikular fil-Mellieħa , liema idea tal-proġett kienet tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa? Jekk saru dawn l-istudji, jista' jpoġġi dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Kunsill Lokali tal-Mellieħa — proġetti

Question

Jista' l-Ministru jindika liema huma l-proġetti li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa se jkun qed iwettaq matul is-sena 2017 ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li l-proġetti li ġejjin jinsabu fi stadju ta’ tħejjija avvanzat biex jiġu mplimentati matul l-2017: · Titjib fil-Playing Equipment ta’ Ġnien il-Qigħan · Titjib fil-Playing Equipment ta’ Ġnien Dun Anton Debono; · Titjib fil-Playing Equipment tal-Ġnien tas-Salib; · Culverts għall-ilma tax-xita fi Triq Toni Pace, Triq Antonio Falzon u Triq Ġuże’ Flores; · Restawr ta’ ħajt fi Triq il-Marfa, flimkien ma’ taraġ u passaġġ li jinfed għal Triq Dun Franġisk Sciberras; · Titjib fit-taraġ ta’ Triq il-Mitħna l-Qadima u Triq Sant’ Anna; · Resurfacing tal-parti t’isfel ta’ Triq Ġorġ Borg Olivier; · Titjib fis-sistema ta’ dwal fi Triq Ġorġ Borg Olivier; · Titjib fis-sistema ta’ dwal fi Misraħ il-Parroċċa u fil-Belveder tas-Sur; · Titjib fis-sistema tad-dwal fil-qalba tal-Manikata.

FSWS — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema impjegati fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) bil-karigi rispettivi tagħhom f'Jannar ta' kull sena bejn l-2014 u l-2017 (sena b’sena)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ ħaddiema impjegati fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) bil-karigi rispettivi tagħhom bejn l-2014 u id-data li fiha qed tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari hija kif qiegħed jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Pawl il-Baħar – Skola Primarja — Klassi bla għalliem u eżami ta’ nofs is-sena

Question

B'referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 30498 u 30499, peress li jirriżulta li l-klassi inkwistjoni baqgħet mingħajr għalliema b'mod ripetut filwaqt li kelli konferma wkoll mingħand numru ta' ġenituri li l-karta tal-eżami kienet ta’ sena iżgħar, jista' l-Ministru jerġa' jindaga dwar kif l-fatti huma fil-verità? .

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-għalliema tal-klassi daħlet lura għax-xogħol imma reġgħet falliet. Infurmat li qed jittieħdu l-passi kollha li jistgħu jittieħdu. Sadattant, l-istudenti mhumiex jitħallew bla lezzjonijiet għax dawn qed jipprovduhom għalliema oħra. L-istudenti tas-6.6, bħall-istudenti l-oħra tas-Sitt Sena se jingħataw karta li hija tal-Year 6.

Torri l-Aħmar – tindif u ġbir ta’ skart madwar iż-żona

Question

Jista' l-Ministru jara li l-ammont ta' skart li hemm fiż-żona ta' madwar it-Torri l-Aħmar jinġabar u ż-żona titnaddaf?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed issir ir-riċerka neċessarja mad-Dipartiment konċernat, sabiex jigi stabbilit jekk l-art hix proprjetà pubblika jew inkella privata.

Torri l-Abjad – skart mormi f’barriera

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm xi forma ta' permess mill-awtoritajiet biex jintrema skart f’barriera fl-akkwati tat-Torri l-Abjad (l-Armier) fl-aħħar ġimgħat?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar — toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li mistennija jsiru jew jinbnew mill-ġdid fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar matul is-sena 2017?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kwalunkwe xogħlijiet isiru skont il-prioritajiet, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist.

Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar – proġetti infrastrutturali

Question

Jista' l-Ministru jindika liema proġetti infrastrutturali mistennija jsiru fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar matul l-2017?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mgħotija għall-Mistoqsija Parlamentari 30772.
Leg 12 PQ #30542 Sitting 479 2017-02-07 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar – Żona tax-Xama- drenaġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk fl-aħħar jiem, preċiżament bejn il-Ġimgħa 27 ta' Jannar u l-Ħadd 29 ta' Jannar, fiż-żona magħrufa bħala tax-Xama f'San Pawl il-Baħar intefax drenaġġ fil-baħar mill-pumping station li tinsab fl-istess żona?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li seħħ żbroff ta’ drenaġġ fiż-żmien u l-akwati msemmija minħabba sadd fil-pompi li ġie kkaġunat minn rimi ta’ materjal mhux awtoriżżat fis-sistema tad-drenaġġ. L-inkonvenjent ġie rrimedjat fi żmien qasir.

FSWS — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ħaddiema u f’liema karigi ngħataw l-impjieg ġdid fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) bejn Ġunju 2014 u Diċembru 2016?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, impjegat total ta’ 151 persuna bejn Ġunju 2014 u Diċembru 2016, kif ġej : Accountant -1 Accounts Clerk – 1 Accounts Executive – 1 Adm Scale 6 – 1 Adm Support Worker – 2 ASW - 2 Care Worker – 2 Customer Care/Clerk – 8 Executive I – 2 Executive II – 1 Executive III – 5 Executive III – Psychology Assistant – 1 Executive IV – 3 Driver II - 1 IT Executive I – 1 Nurse – 3 Officer – 1 Personal Assistant – 1 Precincts Handler – 2 Precincts Officer – 2 Prevention Executive III – 2 Prevention Facilitator – 1 Psychologist – 3 Psychology Assistant – 2 Psychotherapisst – 1 Research Executive – 2 Senior Executive II – 1 Senior Social Worker – 3 Social Support Worker – 19 Social Worker – 29 Social Worker Executive III – 1 Social Worker II – 14 Social Worker II Coordinator – 1 Student Support Worker – 1 Support Worker – 26 Youth Worker – 3 Youth Worker Executive III - 1

FSWS – ħaddiema li għandhom karozza

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-impjegati u f’liema karigi (diretturi inklużi) rispettivi fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) għandhom karozza għad-dispożizzjoni tagħhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Kap Eżekuttiv, id-Diretturi u l-Group Senior Managers għandhom karozza għad-disposizzjoni tagħhom.

FSWS – ħaddiema li għandhom servizz ta’ xufier

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-impjegati u f’liema karigi (diretturi inklużi ) fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom is-servizz ta' xufier?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant, għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 30544.

FSWS – vetturi reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura hemm reġistrata mal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) għandha 14-il vettura li huma propjeta tagħha u 9 vetturi li huma mikrija.

FSWS – Nefqa fuq użu ta’ karozzi

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-nefqa fuq użu ta' karozzi fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), sena b’sena, bejn l-2014 u l-2016?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, in-nefqa fuq użu ta' karozzi fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), għas-sena 2014 u 2015 hija kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. Sena FSWS SEDQA APPOĠĠ SAPPORT TOTAL 2014 €23,682 €30,634 €102,803 €69,182 €226,301 2015 €26,722 €34,345 €132,648 €78,020 €271,735 2016 Il-figuri tas-sena 2016 għadhom qed jiġu awditjati u għaldaqstant il-Fondazzjoni ma tistax tirraporta tali informazzjoni korretament. Hekk kif dan il-proċess jitlesta tali nformazzjoni tkun tista’ tiġi fornuta. Dawn iċ-ċifri jinkludu: · il-kiri u l-manutenzjoni tal-flotta tal-karrozzi mikrija jew li huma proprjetà’ tal-istess Fondazzjoni u; · l-infiq li jkopri l-ispejjeż relatati mal-użu privat tal-karozzi tal-impjegati tal-istess Fondazzjoni fil-qadi ta’ dmirijiethom fil-kommunita’, skont ir-rati stabiliti mill-Ministeru tal-Finanzi.