Legislature:
Category:
Reset
Active:

Telgħa tax-Xemxija – tiswijiet meħtieġa

Question

Jista' l-Ministru jara li tul it-Telgħa tax-Xemxija jsiru t-tiswijiet meħtieġa fuq partijiet mill-bankina fuq iż-żewġ naħat tat-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġimgħat li għaddew saru numru ta’ tiswijiet bħala parti mill-programm kontinwu ta’ manutenzjoni. Tiswijiet oħra jsiru skont il-prioritajiet nazzjonali, fondi disponibbli u l-proċess tal-akwist.

Il-Mellieħa – Triq il-Kbira – parkeġġ għall-persuni b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta, jara jekk tul Triq il-Kbira fil-Mellieħa hemmx parkeġġ adegwat riservat għall-persuni b'diżabilità?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fi Triq il-Kbira, Mellieħa ma hemm l-ebda’ parkeġġ riservat għall-persuni b’diżabilita’ iżda fi Triq Ġorg Borġ Olivier li tagħmel ma’ Triq il-Kbira, hemm żewġ parkeġġi riservati għal tali skop.

Mellieħa u San Pawl il-Baħar – rapporti ta’ serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu r-rapporti dwar serq li saru lill-pulizija fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar (Buġibba u Qawra nklużi) sena b’sena bejn Jannar 2014 u Jannar 2017?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba.

Support line 179 — voluntiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' voluntiera li taw is-servizz tagħhom fis-Supportline 179 bejn Jannar 2012 u Jannar 2017 (xahar b'xahar)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif miġbura fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Residenza San Vincenz de Paule – teatru

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-teatru fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule għadux jinkera għall-attivitajiet imtella' minn entitajiet privati? Jekk le għal-liema raġuni ttieħdet din id-deċiżjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-attivitajiet ġewwa San Vinċenz de Paule, li jsiru u jiġu organizzati minn San Vinċenz de Paule stess fit-teatru, żdiedu konsiderevolment. Madanakollu, jekk ikun hemm xi entità li tixtieq tagħmel attivita ġewwa it-teatru, tkun tista’ tagħmel dan billi ssir talba lill-Amministrazzjoni tar-Residenza skont il-proċedura stabbilita.

FSWS – każijiet b’rabta ma’ negliġenza tat-tfal

Question

B'referenza għall-istorja li dehret fuq is-sit elettroniku tvm.com.mt fl-aħħar jiem intitolata "L-FSWS tinvestiga mad-950 każ fis-sena b'rabta ma' negliġenza tat-tfal" jista' l-Ministru jgħid kemm kienu preċiżament il-każijiet investigati fis-snin 2014, 2015 u 2016 (sena b’sena)? U fl-istess waqt jista' jgħid il-każijiet investigati fis-snin indikati mil-liema lokalitajiet kienu ġejjin dawn it-tfal?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni minnu hija kif miġbura fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

FSWS – każijiet b’rabta ma’ negliġenza tat-tfal

Question

B'referenza għall-istorja li dehret fuq is-sit elettroniku tvm.com.mt fl-aħħar jiem intitolata "L-FSWS tinvestiga mad-950 każ fis-sena b'rabta ma' negliġenza tat-tfal" jista' l-Ministru jgħid kemm kienu preċiżament il-każijiet investigati bejn Jannar 2014 u Jannar 2017 (sena b’sena) u li minnhom ħareġ li l-ilment kien wieħed ġustifikat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija skont kif inhi miġbura hawn taħt: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-istatistika tikkonċerna każijiet li għaddew minn diversi forom ta’ abbuż fuq minuri rrapurtati lis-Servizz għall-Ħarsien tat-Tfal (Child Protection Servce – CPS) In-numru ta’ kazijiet li ħadmu magħhom il-ħaddiema tas-Servizz għall-Ħarsien tat-Tfal, skont jekk l-abbuż ġiex ivverifikat jew le, huwa kif ġej: Abbu ż verifikat ? Jan-Diċ 2014 Jan-Diċ 2015 Jan- Ġunju 2016 Le 1007 1176 895 Iva 367 431 230 Total Globali 1374 1607 1125 Dawn il-każijiet setgħu kienu trasferiti minn sena għal oħra. Fejn tidħol statistika għal aħħar 6 xhur tas-sena 2016, jiġifieri bejn Lulju u Diċembru 2016, l-informazzjoni miġbura mhijiex waħda uffiċjali, hekk kif din l-informazzjoni għadha trid tkun analizata għal xi anomaliji, għaldaqstant tista’ tvarja mill-istatistika uffiċjali finali li għad trid tiġi ippublikata. Madanakollu l-informazzjoni għal dan il-perijodu xorta waħda qiegħda tinġieb għall-attenzjoni tal-Onor. Interpellant, kif jidher hawn taħt: Abbuż verifikat? Lul-Diċ 2016 Le 324 Iva 24 Total Globali 348

Transport Malta – Il-Mellieħa — Triq Għar u Casa - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-Triq Għar u Casa fil-Mellieħa hijiex waħda mit-toroq li se jsiru minn Transport Malta matul l-2017?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq toroq residenzjali jsiru abbażi ta’ prioritajiet nazzjonali, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist, ġaladarba jkunu ffurmati mill-iżviluppaturi jew residenti, skont l-obligi tagħhom.

Transport Malta – Il-Mellieħa — Triq il-Qortin - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq il-Qortin fil-Mellieħa hijiex waħda mit-toroq li se jsiru minn Transport Malta matul l-2017?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq din it-triq isiru skont il-prioritajiet nazzjonali, fondi disponibbli u l-proċess tal-akwist.

San Vin·enz de Paule – swali bla generator

Question

Jista' l-Ministru jindika liema huma dawk is-swali fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule li sas-7 ta' Frar 2017 kienu għadhom bla generator?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-swali fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paule li sas-7 ta’ Frar 2017 kienu għadhom bla ġeneratur huma s-swali Admission Ward u St Joseph Wards 1 sa 11.

Djar tal-Anzjani – ħaddiema – deċiżjonijiet dwar il-paga

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet li fix-xhur li ġejjin ser ikunu qed jittieħdu deċiżjonijiet li jittrattaw dawk il-ħaddiema li preżentament qed jaħdmu f'diversi djar tal-anzjani f'pajjiżna u li l-paga tagħhom qed titħallas mill-FMS?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Residenza San Vinċnez de Paule – anzjani /residenti li mietu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu anzjani/residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paule bejn Jannar 2015 u Jannar 2017 maqsuma, xahar b'xahar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ anzjani / residenti li mietu fir-Residenza San Vinċenz de Paule, bejn Jannar 2015 u Jannar 2017, xahar b'xahar, kif mitlub minnu, huwa kif qed ikun indikat fit-tabella t’hawn taħt. 2015 2016 2017 Xahar Imwiet Imwiet Imwiet Irġiel Nisa Total Irġiel Nisa Total Irġiel Nisa Total Jannar 16 25 41 16 18 34 19 24 43 Frar 10 32 42 6 21 27 Marzu 16 16 32 7 22 29 April 8 15 23 15 26 41 Mejju 11 16 27 9 14 23 Ġunju 21 17 38 21 11 32 Lulju 10 14 24 10 13 23 Awwissu 11 19 30 15 27 42 Settembru 9 15 24 11 18 29 Ottubru 16 19 35 13 22 35 Novembru 9 15 24 12 20 32 Diċembru 14 21 35 16 26 42 TOTAL 151 224 375 151 238 389 19 24 43
Leg 12 PQ #31295 Sitting 486 2017-02-21 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għas-Saħħa

liġi dwar stili ta' ħajja — avviżi legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jippubblika l-avviżi legali relatati mal-liġi dwar stili ta' ħajja sana, liema liġi ġiet imressqa mill-Oppożizzjoni fid-9 ta' Ġunju 2014 u approvata mill-Parlament f'Jannar 2016 peress li l-qafas tal-istess avviżi legali kienu diġà indikati fl-abbozz oriġinali li kien tressaq f'Ġunju 2014 mill-Oppożizzjoni u maqbula fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjonijiet ta' Abbozzi ta' Liġijiet mill-Gvern u Oppożizzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumitat imsemmi minnu ġie mwaqqaf f’Awwissu tal-2016 u s'issa diġà iltaqa’ 7 darbiet fejn ġew diskussi diversi proposti ta’ inizjattivi . Fost il-mistednin li ndirizzaw dan kumitat interministerjali kien hemm l-istess Onor. Robert Cutajar.

Advisory Board tal-fostering

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30797 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk l-inkjesta li kienet intalbet mill-Ministru għall-Familja u Soliderjetà Soċjali waqt li kien għamel referenza għal diskors li sar minni fil-21 ta' Ottubru 2015 waqt seduta parlamentari b'rabta mal-ħidma tal-Advisory Board tal-fostering tlestietx? Jekk fil-fatt tlestiet, jista’ jpoġġi r-rapport ta' din l-istess inkjesta fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Dar tal-Anzjani tal-Mosta – inkjesta dwar użu tal-frieket u skieken tal-plastik

Question

Fid-dawl tal-fatt li r-risposta dwar jekk saritx inkjesta rikjesta minni f'isem l-Oppożizzjoni dwar l-użu ripetut tal-frieket u s-skieken tal-plastik fid-Dar tal-Anzjani tal-Mosta, jista' l-Ministru jikkonferma jekk din l-inkjesta saritx u jekk fil-fatt saret, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istess riżultat ta' din l-inkjesta?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn iżjed xi nżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari 29904.

Għawdex — Materjal/pubblikazzjonijiet maħruġa mis-Segretarjat responsabbli mill-Anzjanità Attivà u Persuni b'Diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il materjal/pubblikazzjoni differenti relatati mas-servizzi tal-anzjani u l-persuni b'diżabilità maħruġa mis-Segretarjat Responsabbli mill-Anzjanità Attiva u l-Persuni b'Diżabilità tqassmu bieb bieb jew f'partijiet, fil-gżira Għawdxija bejn Jannar 2015 u Jannar 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Bħala tweġiba għal mistoqsijiet parlamentari numru 31264, 31265 u 31266, ninforma lill-Onor. Interpellant li, minħabba li ġewwa Għawdex inħass in-nuqqas ta’ numru ta’ servizzi pprovduti kif ukoll informazzjoni fuq l-istess servizzi, is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilita’ ħass il-bżonn li jippublika u jqassam numru ta’ publikazzjonijiet kif qiegħed jidher fit-tabella t’hawn taħt, bil-għan li l-Għawdxin ikunu mgħarfa fuq servizzi ġodda li ġew introdotti f’Għawdex kemm għall-anzjani kif ukoll għall-persuni b’diżabilita’. Pubblikazzjonijiet Spiża Materjal imqassam f’Malta Materjal imqassam f’Għawdex 2015 Ittra dwar is-sessjonijet dwar id-Dimensja - Kors ta' Għarfien + Applikazzjoni taċ-Ċentru ta' Matul il-Jum għad-Dimensja € 1,368.40 Le Iva Kampanja għarfien dwar l-Anzjanita' Attiva - Applikazzjonijet + Fuljett + Programm tas-sessjonijiet € 2,124 Le Iva Nippromwovu Anzjanita Aktar Attiva -Proġett Pilota Be Active € 767 Le Iva Kampanja Nazzjonali ta' Għarfien dwar id-Dimensja flimkien mal-Istrateġija Nazzjonali għad-Dimensja € 14,250 Iva Iva 2016 Introduzzjoni tal-kors tal-Care Assistants għall-ewwel darba f'Għawdex € 413 Le Iva Ittra stedina għall-Istrateġija tad-Diżabilita'. € 826 Le Iva Ittra 'Nationwide' Ċentru Interattiv Esplora € 1,655 Iva Iva Applikazzjoni Be Active flimkien ma' programm tas-sessjonijiet € 1,305 Le Iva Informazzjoni proġett pilota -Live In Carer € 625.40 Iva Iva Servizzi għall-Anzjani Iva Iva Twaqqif ta' Special Olympics Gozo - Materjal informattiv u applikazzjoni € 1,911.60 Le Iva Kampanja nazzjonali ta' għarfien u informazzjoni - The Autism Spectrum Booklet € 5,127 Iva Iva Miżuri Baġit 2017 + Information Sessions in community Malta and Gozo € 8,450 Iva Iva Fuljett Sessjonijiet ta' Taħriġ dwar it-Teknoloġija Diġitali għall-Anzjani f'Għawdex – Malta Communications Authority € 708 Le Iva Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, kull materjal ieħor li seta’ tqassam, fuq anzjani u persuni b’diżabilita’, ikun sar mal-entitajiet kkonċernati fuq l-għoti tas-servizzi partikolari.

Għawdex — Materjal/pubblikazzjonijiet maħruġa mis-Segretarjat responsabbli mill-Anzjanità Attivà u Persuni b'Diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-materjal/pubblikazzjonijiet kollha li tqassmu bieb bieb jew f'partijiet fil-gżira Għawdxija li kienu maħruġa mis-Segretarjat responsabbli mill-Anzjanità Attivà u Persuni b'Diżabilità bejn Jannar 2015 u Jannar 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 31264

Għawdex — Materjal/pubblikazzjonijiet maħruġa mis-Segretarjat responsabbli mill-Anzjanità Attivà u Persuni b'Diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew il-materjal u l-pubblikazzjonijiet li tqassmu fil-gżira Għawdxija relatati mal-qasam tal-Anzjanità Attivà u l-Persuni b'Diżabilità u li tagħhom kien responsabbli s-Segretarjat responsabbli mill-istess Anzjanità Attiva u Persuni b'Diżabilità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 31264

Residenza ta' San Vinċenz de Paule – swali li baqgħu bla dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk is-swali fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule li baqgħu bla dawl hekk kif mar il-kurrent elettriku f'pajjiżna propju bejn is-7 u t-8 ta' Frar 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’SVPR hemm ġeneraturi tad-dawl li jibdew joperaw appena jinqata’ d-dawl.

Irġiel – rapporti dwar vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30512 u jgħid kemm kien in-numru ta' rġiel li għamlu rapport f’xi Għassa tal-Pulizija jew f'xi sezzjoni oħra tal-Korp tal-Pulizija dwar vjolenza domestika fil-konfront tagħhom bejn Ġunju 2013 u Diċembru 2016 u kemm minn dawn ir-rapporti mexxiet bil-qorti l-pulizija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li l-informazzjoni kif mitluba qatt ma nżammet f’forma ta’ data elettronika, mhux possibli li din tingħata.