San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa — inizjattiva tat-Tourism Police
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inizjattiva tat-Tourism Police li kienet imnedija is-sena li għaddiet hiex se tkun introdotta fil-lokalitajiet tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar matul ix-xhur tas-sajf ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Dan huwa proġett pilota u ġie implimentat biss f’San Ġiljan u Tas-Sliema. Il-gvern għadu qed jevalwa il-possibiltajiet kollha.
Awtorità tat-Turiżmu — spezzjonijiet minn uffiċjali f'żoni turistiċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet minn uffiċjali tal-Awtorità ta' Turiżmu jew uffiċjali minn entitajiet oħra governattivi fil-lokalitajiet meqjusa bħala żoni turistiċi jew lokalitajiet li fi ħdanhom hemm lukandi (bħal fil-Mellieha - San Pawl il-Baħar - Tas-Sliema - San Ġiljan - Valletta) dwar allegati rapporti ta' abbużi fuq twaqqiegħ jew skavar fuq siti ta' bini matul ix-xhur tas-sajf?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat li l-ispezzjonijiet isiru mill-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini. Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Il-Mellieħa — Triq Snajjin - żona li ma jistax isir twaqqiegħ jew skavar fis-siti ta' bini matul ix-xhur tas-sajf
Question
Jista' l-Ministru jara li Triq Snajjin fil-Mellieħa tiġi inkluża mal-lista ta' toroq fl-istess lokalità bħala żona li fiha ma jistax isir twaqqiegħ jew skavar fuq siti ta' bini matul ix-xhur tas-sajf peress li f'din l-istess triq hemm lukanda ewlenija u li apparti li tista' titntlaħaq minn diversi toroq oħra hemm ukoll din l-istess triq imsemmija li tista' tintlaħaq minnha fejn jista' jkun li "bi żvista" mhix inkluża fil-lista ta' toroq fil-Mellieħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu li l-lista li qed jirreferi għaliha ssir b’konsultazzjoni sħiħa mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. Fil-fatt diġà hemm inklużi Triq l-Għerien u Triq Adenau. Għaldaqstant ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni li Triq Snajjin tiġi kkunsidrata u wara ssir konsultazzjoni sħiħa mal-Uffiċju tar-Regolamenti tal-Bini.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inkjesta li għaliha kienet saret referenza fil-mistoqsija parlamentari 31137 tat-12-il Leġislatura (dwar l-Advisory Board tal-Fostering) tlestitx u jekk iva jistax ipoġġi r-riżultat tal-istess inkjesta fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-allokazzjoni finanzjarja ta' kull kunsill lokali f'Malta u Għawdex b'mod individwali għas-snin 2015, 2016 u 2017 ?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Kunsilli Lokali — fondi speċjali fuq inizjattivi mnedija mill-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu il-fondi speċjali fuq inizjattivi mnedija mill-Gvern li ħadu l-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex b'mod individwali fis-snin 2015, 2016, 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Kunsilli Lokali — fondi speċjali minn programmi/inizjattivi/proġetti Ewropej
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu il-fondi speċjali minn programmi/inizjattivi/proġetti Ewropej li ħadu l-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex b'mod individwali fis-snin 2015, 2016, 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk bejn 1 ta' April 2013 u l-6 ta' April 2017 qattx saret talba mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa lill-awtoritajiet (inkluż lid-Dipartiment tal-Artijiet) sabiex parti jew il-ġnien kollu (Ġnien tas-Salib) li jinsab bejn Triq il-Kbira u Triq tas-Salib fil-Mellieħa jingħatax għal użu ta' terzi persuni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Kunsill Lokali tal-Mellieħa — diskussjoni fuq Ġnien tas-Salib
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-minuti tal-laqgħat tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li fihom ġie diskuss b'xi mod Ġnien tas-Salib fl-istess lokalità bejn l-1 ta' April 2013 u s-6 ta' April 2017, liema ġnien jinsab bejn Triq il-Kbira u Triq tas-Salib fil-Mellieħa?
Kunsill Lokali tal-Mellieħa — kopja tal-applikazzjoni għal xogħlijiet/tisbiħ ta' Ġnien tas-Salib
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-applikazzjoni li kien għamel il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa quddiem il-MEPA (li n-numru tagħha qed jingħata separatament) għal xogħlijiet ta' tisbieħ fi Ġnien is-Salib fil-Mellieħa, liema tisbieħ/xogħlijiet sal-lum jirriżulta li għadhom ma sarux?
Sptar Ġenerali t’Għawdex – trasferiment ta’ pazjenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema pazjenti ser jiġu meħuda mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex lejn Dar Lourdes f’Għajnsielem?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bħalissa għaddej proċess ta’ transition planning relatat mall-iżvilupp tal-isptar il-ġdid ġewwa Għawdex. Dan il-proċess, li qed isir bl-inqas inkonvenjent possibbli għall-pazjenti kkonċernati, ser iwassal għal qabża fil-kwalita’ ta' servizzi tas-saħħa offruti mingħajr ħlas għal pazjenti Għawdxin.
Jista’ l-Ministru jgħid xi ftehim sar min naħa tal-Gvern mal-Knisja dwar l-użu ta’ Dar Lourdes u kemm ser ikun qed iħallas il-Gvern għall-u¿u ta’ din id-dar jew parti minnha biex fiha jittieħdu pazjenti li bħalissa jinsabu fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex?
Jista’ l-Ministru jgħid xi ftehim sar min naħa tal-Gvern mal-Knisja dwar l-użu ta’ Dar Lourdes u kemm ser ikun qed iħallas il-Gvern għall-użu ta’ din id-dar jew parti minnha biex fiha jittieħdu pazjenti li bħalissa jinsabu fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid liema proġetti relatati mal-Housing ser isiru f’Għawdex matul is-sena 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, matul is-sena 2017 l-Awtorità tad-Djar ser tkompli tagħmel ix-xogħlijiet meħtieġa biex tindirizza rapporti ta’ ħsarat li tirċievi mill-inkwilini minn żmien għal żmien. Ser tkun qed issir ukoll evalwazzjoni ta’ twaħħil ta’ liftijiet u tisbieħ tal-madwar f’diversi blokok.