Legislature:
Category:
Reset
Active:

Arriva — użu ta' bendy buses

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk il-bendy buses tal-Arriva hux se jitneħħew mir-rotot sax-xhur tas-sajf fin-naħa ta' fuq ta' Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm pjan li jinkludi t-tneħħija gradwali tal-bendy buses minn rotot fejn hu evidenti li qegħdin joħolqu l-konġestjoni. Dan sejjer isir bħala parti mill-eżerċizzju biex jittejjeb is-servizz tat-trasport pubbliku fl-aħjar interess tal-pubbliku u wara diskussjonijiet intensivi mal-operatur.
Leg 12 PQ #681 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli Lokali — skemi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskemi li se jkunu qed jiġu launched jew konfermati matul din is-sena għall-kunsilli lokali?

Response (VELLA, KARMENU)

Infurmat mis-Segretarjat Parlamentari li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u ser nkun qiegħed nippreżentha lill-Kamra f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #682 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

JKIPK — membri tal-grupp

Question

Wara li fl-aħħar jiem is-Segretarju Parlamentari Josè Herrera ħabbar t-twaqqif ta’ grupp rappreżentattiv li se jkun magħruf bħala JKIPK u qal li dan se jkun qed jara x’mar tajjeb u x’mar ħażin filwaqt li se jaraw li jkun hemm kontinwazzjoni ma’ dak li diġà seħħ, u se jara li jkun hemm inklużjoni ta’ ideat ġodda`, jista` l-Ministru jgħid minn huma l-membri ta' dan il-grupp?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għadu qiegħed jiġi iffurmat dan il-grupp u l-laqgħat li saru kienu fuq bażi informali.
Leg 12 PQ #683 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Fondi kulturali — Review

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ried ifisser meta reċentament is-Segretarju Parlamentari Josè Herrera qal li se jsir review tal-fondi kulturali? Jista' jikkonferma li l-vot approvat għall-kultura se jibqa' kollu kif inhu ddedikat għal dan il-qasam għal matul is-sena li qegħdin fiha (2013)?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta s-Segretarju Parlamentari ghall-Kultura u l-Gvern Lokali, l-Onorevoli Josè Herrera qal li se ssir review tal-fondi kulturali, kien qiegħed ifisser li se ssir audit. Is-Segretarju Parlamentari jikkonferma li l-vot approvat għall-kultura se jibqa` kollu kif inhu iddedikat għal dan il-qasam għal matul is-sena li qegħdin fiha.