Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet sportivi li għadhom ma ħadux l-assistenza finanzjarja dovuta lilhom għas-sena 2013 mill-Kunsill Malti għall-Isport? Jista’ jgħid jekk fadalx għaqdiet sportivi li saħansitra għadhom qed jistennew l-istess assistenza tas-sena 2012? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma dawn l-għaqdiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li qed jassistu lilu jew lis-Segretarju Parlamentari fil-qasam sportiv? Jista' jgħid ukoll kemm qed jitħallas kull konsulent għas-servizzi tiegħu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-Segretarju Parlamentari għandu konsulent wieħed fuq sport li huwa s-Sur Mark Cutajar. Dan jitħallas €15,334 fis-sena u €1,000 oħra fis-sena bħala expense allowance.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-rwol tal-persuna li okkupat l-uffiċċju taċ-chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport mill-għada li tħabbret ir-riżenja taċ-chairman?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-persuna li għaliha qed issir referenza kellha rwol ta' koordinazzjoni tal-ħidma tal-Kunsill Malti għall-Isport mal-ħidma tas-Segretarju Parlamentari.
Rappreżentanti ta’ Msieħba Soċjali fuq bordijiet governattivi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm rappreżentanti tal-imsieħba soċjali ġew maħturin fuq bordijiet governattivi? Jista’ jippreżenta tabella li turi kull imsieħeb soċjali kemm għandu ħatriet uffiċjali f’isem min, l-isem tal-persuna maħtura u fuq liema bord ġew maħtura?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ma jirriżultax li hemm rappreżentanti tal-imsieħba soċjali li ġew maħtura fuq bordijiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Rigward bordijiet li m’humiex parti mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministri kkonċernati.
Il-Mellieħa – servizz mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
Question
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali hux se jwaqqaf is-servizz li ilu jagħti għal din l-aħħar sena mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa? Jekk iva, tista' l-Ministru tgħid għal liema raġunijiet ittieħdet din id-deċiżjoni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz imsemmi mhux se jitwaqqaf
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4293, jista' l-Ministru jgħid minn liema vot se jkunu qed jinħarġu l-ħlasijiet li se jingħataw il-membri tal-bord u kemm mistennija li tkun l-ispiża totali fis-sena ta' dawn il-ħlasijiet bil-kompożizzjoni attwali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li, wara l-approvazzjoni neċessarja mill-Ministeru tal-Finanzi, il-ħlasijiet se jinħarġu minn Vot 15 - Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. L-ispiża mistennija tkun €9,000 fis-sena.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4282, jista’ l-Ministru jgħid min qed jagħmel din l-evalwazzjoni u meta mistenni li jkun preżentat rapport finali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-evalwazzjoni qed issir mill-Management Efficiency Unit. Ir-rapport finali mistenni jitlesta għall-bidu tas-sena d-dieħla.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-proġetti infrastrutturali li l-Gvern qed jevalwa u li jista’ jwettaq fiż-żona tal-Bajja tal-Għadira? Jista’ jikkonferma jekk hemmx dati stipulati meta jista’ xi xogħol ta’ dan it-tip?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzoni ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-bord il-ġdid tal-Fond għall-Kawżi Ġusti minn April 2013 sal-lum? Liema kienu dawk l-għaqdiet li sarilhom il-pagament dovut lilhom fl-istess żmien, u liema huma l-għaqdiet li qed jistennew pagamenti mill-istess bord?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4291, jista’ l-Ministru jara li t-tiswijiet li hemm bżonn issir fil-bypass ta’ San Pawl b’rabta ma’ bozoz maqtugħa u arbli mdawrin isiru wara li ilhom ġimgħat jiġu rrappurtati?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-imsemmija triq hemm mija u ħmistax-il arblu, jiġifieri mitejn u tletin bozza. Minn dawn, ninsab infurmat li hemm ħmistax-il bozza ma jixegħlux, liema bozoz ser jiġu mibdula fil-ġranet li ġejjin. Għaxar arbli mdawwrin ġew ukoll irranġati fil-bidu ta’ Ottubru.
Tlabt lil min hu responsabbli biex issir reviżjoni tas-sistema tat-tibdil tal-bozoz biex dan il-proċess isir wieħed aktar effiċċjenti.
Il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar – pjan lokali
Question
Fid-dawl tal-fatt li għaddej il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar bdil fil-pjan lokali, jista` l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern hux jikkunsidra bdil f`dan il-pjan fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar? Jekk iva, dawn jinkludu ukoll ż-żoni urbani?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess ta' konsultazzjoni dwar il-pjanijiet lokali li tnieda riċentement ikopri t-territorju Malti kollu u għaldaqstant jinkludi fost oħrajn l-imsemmija lokalitajiet bil-komponent urban tagħhom.
Bħalissa r-reviżjoni tal-pjanijiet lokali għadu fi stat bikri ħafna u żgur mhux il-każ illi wieħed jikkontempla proposti partikolari f'dan l-istadju. Ta’ min iħeġġeġ li min hu konċernat dwar xi aspett tal-pjanijiet lokali tajjeb li tintuża l-formola speċifika li hemm fuq il-websajt tal-MEPA jew li tista’ tinġabar mill-uffiċċji tal-MEPA sabiex jitressqu l-fehmiet relevanti. Din il-fażi tal-eżerċizzju tibqa’ miftuħa sal-aħħar ta ' Settembru ta ' din is-sena. Qed isiru wkoll laqgħat ma’ kull kunsill lokali biex jinġabru l-ideat preliminari ta' kull kunsill.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4293, jista' l-Ministru jgħid minn liema vot se jkunu qed jinħarġu l-ħlasijiet li se jingħataw il-membri tal-bord u kemm mistennija li tkun l-ispiża totali fis-sena ta' dawn il-ħlasijiet bil-kompożizzjoni attwali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4282, jista’ l-Ministru jgħid min qed jagħmel din l-evalwazzjoni u meta mistenni li jkun preżentat rapport finali?
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-impjegati part-time ingaġġati mal-Kunsill Malti għall-Isport mid-9 ta' Marzu 2013 sal-lum? F'kull każ jista’ jagħti l-kariga li fiha kien impjegat kull individwu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Fuq parir tal-Uffiċju tal-Protezzjoni tad-Data, dan it-tagħrif mhux qiegħed isir pubbliku. Kopja ta' din l-informazzjoni se tingħata lill-Onor. Interpellant b'mod kunfidenzjali.