Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #10336 Sitting 180 2014-07-17 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Bajjiet tal-Għadira u ta’ Golden Bay – Proċess ta’ Sand Sifting

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-frekwenza fil-ġimgħa tal-proċess ta’ sand sifting fuq il-bajjiet tal-Għadira u Golden Bay? Kemm se jkun qed jiġi jiswa dan il-proċess bejn Mejju 2014 u Settembru 2014?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-frekwenza tas-Sand Sifting fis-Sajf 2014: 1. Fil-bajja tal-Għadira: · F’Ġunju darba fil-ġimgħa · Minn Lulju sa Settembru darbtejn fil-ġimgħa u darba fil-ġimgha ta’ wara, jiġifieri tliet darbiet kull ħmistax. 2. Fil-bajja ta’ Golden Bay: · Minn Ġunju sa Settembru darba fil-ġimgha Dawn ser jiswew lil Awtorità Maltija tat-Turiżmu: €17,250.00 għall-Bajja tal-Għadira u €7,735 għal dik ta’ Golden Bay.

San Pawl il-Baħar – Bus Shelter

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjonijiet li f’San Pawl il-Baħar fiż-żona tal-ground tas-Sirens FC, minflok bus shelter normali tpoġġew kanen b’hard board fuqhom fuq il-bankina li qegħdin jikkawżaw periklu u nuqqas ta’ passaġġ adegwat għall-pubbliku in ġenerali, l-aktar għall-persuni bi bżonnijiet speċjali u ġenituri li jkunu għaddejjin minn fuq l-istess bankina bil-pushchairs? Jista’ jara li dan il-perikolu jitneħħa b’mod immedjat u jitpoġġa bus shelter li jirispetta lill-pubbliku in ġenerali (Maltin u turisti) li jagħmlu użu minn dan il-bus stop?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li talbiet fuq diversi il-bus shelters f’ dawn l-inħawi turistiċi saru sa mill-2010 permezz ta’ Mistoqsijiet Parlamentari u talbiet oħra mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar. Minn investigazzjoni li ikkummisjonat Transport Malta fuq dawn l-istrutturi li twaħħlu preżentament irriżulta li għalkemm dawn ma naqqsux mill-aċċessibiltà fuq l-istess bankina, jirriżulta li l-standards kif stipulati fil-policy ta’ Transport Malta f’dan ir-rigward ma ġewx osservati. Fit-30 ta‘ Ottubru 2013 Transport Malta għamlet sight visit biex tara il-possibbilta’ illi jiġi installat bus shelter fl-istess inħawi, però minħabba li m’hemmx spazju biżżejjed fuq il-bankina kif ukoll minħabba li l-layout tat-triq ma tippermettix, ma kienx possibbli li jiġi installat bus shelter. Transport Malta qegħda tesplora possibilitajiet oħra f’dan ir-rigward.
Leg 12 PQ #10300 Sitting 176 2014-07-15 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Proġett ta’ Pixxina

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti tal-proġett tal-pixxina f'Għawdex u fl-istess waqt jgħid kemm ġej jiswa dan il-proġett?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma għandi xejn x’inżid ma tweġiba Parlamentari numru 7263.

In-Naxxar u l-Mellieħa – xogħlijiet infrastrutturali

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10219, jista’ l-Ministru jelenka kemm se jkunu qed jiġu jiswew (wieħed wieħed) il-proġetti msemmija li se jsiru fil-lokalitajiet tal-Mellieħa u n-Naxxar, liema proġetti ġew identifikati fl-istess risposta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk tingħata f’xi seduta oħra.

In-Naxxar u l-Mellieħa – xogħlijiet infrastrutturali

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10219, jista’ l-Ministru jgħid fiex se jkunu qed jikkonsistu ix-xogħlijiet fil-proġetti msemmija (wieħed wieħed) għal-lokalitajiet tal-Mellieħa u n-Naxxar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk tingħata f’xi seduta oħra.

Skola tal-Isport – sena skolastika 2014/2015

Question

Jista’ l-Ministru jgħid matul is-sena skolastika 2014/2015 fejn se jkunu qed jingħataw il-lezzjonijiet l-istudenti li se jattendu l-iskola tal-isport?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li matul is-sena skolastika 2014/2015 l-istudenti tal-iskola tal-isport se jingħataw lezzjonijiet fil-parti tal-iskola (ex-Luigi Preziosi) li qiegħda tiġi refurbished bħala parti mill-ewwel fażi ta' dan il-proġett.

Skola tal-Isports — faċilitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskola tal-isport "il-ġdida" hux se jkollha għad-dispożizzjoni tal-istudenti pixxina, track tal-atletika u grawnd tal-futbol b'ħaxix artifiċjali?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-iskola l-ġdida tal-isport se jkollha għad-dispożizzjoni tal-istudenti l-użu tal-Pixxina Nazzjonali, track twila 60 metru u faċilitajiet sportivi oħra fil-viċinanzi tal-iskola.

KMS — riforma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se titħabbar ir-riforma fil-Kunsill Malti għall-Isport (KMS)? B'rabta mal-istess riforma, jista’ jgħid jekk hux qed jikkunsidra li jnaqqas in-numru ta' ħaddiema li preżentament qed jaħdmu fil-Kunsill Malti għall-Isport?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-riforma fil-Kunsill Malti għall-Isport titħabbar wara li jkun sar l-istudju kollu neċessarju. L-ebda ħaddiem ma hu se jitlef postu.
Leg 12 PQ #10213 Sitting 175 2014-07-14 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Sport Board — flus

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10046, jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun l-ammont li se jgħaddi fis-sena mill-Ministeru għal Għawdex lill-Gozo Sports Board?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li fil-ftehim li ġie ffirmat nhar l-1 ta’ Marzu 2014, il-Ministeru għal Għawdex intrabat li jagħti għotja lill-Gozo Sport Board fl-ammont ta’ €35,000 fis-sena.

Stqarrija tad-DOI — grupp ta' sportivi, akkademiċi u amministraturi

Question

B'referenza għall-istqarrija maħruġa mid-DOI (140445) nhar it-8 ta' Marzu 2014, jista' l-Ministru jgħid min huma "l-grupp ta' sportivi, akkademiċi u amministraturi li qed jaħdmu fuq l-istrateġija għall-isport"? Meta mistennija tiġi varata din l-istrategija għall-konsultazzjoni pubblika?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-grupp ta' sportivi, akkademiċi u amministraturi li llum qed jaħdmu fuq l-istrateġija għall-isport. Il-grupp li hemm referenza għalih fl-istqarrija tat-8 ta' Marzu 2014 ġie xolt. Din l-istrateġija mistennija tiġi varata għall-konsultazzjoni pubblika wara s-Sajf.

Skema A 4U — żgħażagħ li bbenefikaw

Question

B'referenza għall-iskema A 4U li ġiet imnedija fis-27 ta' Novembru 2013 li kienet rappurtata fi stqarrija maħruġa mid-DOI (2654) , jista' l-Ministru jgħid kemm kienu ż-żgħażagħ li bbenefikaw minn din l-istess skema ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi n-numru ta’ għaqdiet li bbenefikaw minn din l-iskema u kemm se jilħqu żgħażagħ.

Mellieħa – servizz ta’ trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-servizz tat-trasport pubbliku għadux jingħata fil-lokalità tal-Mellieħa fiż-żoni tal-Kortin, Santa Maria Estate u l-Għoljiet tal-Mellieħa, liema servizzi kienu jingħataw mill-kumpanija preċedenti Arriva?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda tibdil fir rotot li jservu ż-żoni tal-Kortin, Santa Maria Estate u l-Għoljiet ġewwa il-Mellieħa. Dawn iż-żoni huma servuti permezz tar-rotot 101 u 102.
Leg 12 PQ #10298 Sitting 175 2014-07-14 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Proġett EDEN

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk pajjiżna ħax sehem fil-Proġett EDEN fis-sena 2013? Jekk le, jista’ jgħid għal liema raġuni?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2013 pajjiżna ipparteċipa fil-Proġett EDEN It-tema għas-sena 2013 kienet tirrelata ma’ aċċessibilità fit-turiżmu.
Leg 12 PQ #10299 Sitting 175 2014-07-14 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Proġett EDEN

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet futuri tal-Gvern għall-Proġett EDEN? Kemm hemm flus ivvutati mill-Gvern għal dan il-proġett?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għandu l-intenzjoni li jkompli jipparteċipa f’din l-inizzjattiva b’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea. Qed isir ix-xogħol neċessarju kollu sabiex Malta tħejji s-sottomissjoni tagħha għal din is-sena. It-tema titratta prodotti gastronomiċi li jsaħħu u jarrikkixxu id-diversità tal-prodott turistiku Malti. Il-finanzjament għall-proġett taħt din is-sejħa m’għandux jeċċedi €50,000.
Leg 12 PQ #10207 Sitting 174 2014-07-09 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Bini ta’ Pixxina f’Għawdex

Question

B'referenza għar-risposti mogħtija tal-mistoqsijiet parlamentari 7263 u 10048 jista' l-Ministru jgħid "fiex waslu l-pjanijiet tal-Gvern sabiex il-proġett tal-pixxina f'Ghawdex ikun wieħed vijabbli u fl-aħjar interess ta' kulħadd"? Jista' jagħti garanzija li dan il-proġett effettivament se ssir kif kien ippjanat mill-Amministrazzjoni preċedenti u meta hu mistenni li jitlesta dan il-proġett jekk kemm-il darba verament se jsir ?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju ma għandi xejn x’inżid mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7263.

Pembroke — bini tal-iskola tal-isport

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-bini tal-iskola tal-isport fiż-żona ta' Pembroke wara li din se tkun qed titneħħa min fejn kienet qed topera fl-aħħar snin preċiżament f'Ħal Kirkop? Jista' jagħti dettalji dwar meta mistennija tkun lesta din l-iskola u meta se tilqa' l-ewwel studenti din l-istess skola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li t-tender ta' kostruzzjoni ta' din l-iskola qegħda tiġi evalwata u huwa mistenni li din se tilqa' l-ewwel studenti tagħha fis-sena skolastika 2015/2016.

Ħal Kirkop — faċilitajiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'faċilitajiet sportivi se jkollha "l-iskola l-ġdida" tal-Isport differenti minn dawk li kien hemm sal-lum f'Ħal Kirkop ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-isports hall tal-iskola ġdida ta' Pembroke hi ikbar minn dik ta' Ħal Kirkop.
Leg 12 PQ #10210 Sitting 174 2014-07-09 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Sports Board — statut

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10045, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gozo Sports Board għandux statut? Kif sar dan l-istatut? Jekk il-Ministeru qabel għadda l-fondi biex jiġi mpjegat Chief Executive Officer u part-time clerk talabx kopja tal-istess statut? Jekk iva, jista' jpoġġi kopja ta’ dan l-istatut fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat illi meta saret it-talba mill-Gozo Sports Board, il-Ministeru irċieva kopja tal-istatut li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-Ministeru ma kellu l-ebda sehem fit-tfassil ta’ l-imsemmi statut.
Leg 12 PQ #10211 Sitting 174 2014-07-09 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Sports Board — persuna nominata bħala observer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hi l-persuna nominata minnu bħala observer fuq il-Gozo Sports Board? Jista’ jgħid jekk dan l-observer kienx preżenti meta saret l-laqgħa ġenerali li fih l-għaqdiet sportivi Għawdxin għażlu dan il-Bord? Dan l-observer tiegħu ċċekkja jekk hux l-għaqdiet kollha sportivi kienu mistiedna u involuti biex jiffurmaw parti minn dan il-Bord?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-persuna nnominata bħal Observer fuq board hi s-Sur George Cini. L-ewwel laqgħa li attenda għalija is-Sur Cini kienet ftit wara li ġie nnominat u cioe` fit-2 ta’ Ġunju 2014, meta l-Board kien diġa’ iffurmat.
Leg 12 PQ #10212 Sitting 174 2014-07-09 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Sports Board — għaqdiet sportivi rappreżentati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-għaqdiet sportivi li huma rappreżentati fuq l-Gozo Sports Board?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-għaqdiet irrappreżentati fil-Gozo Sports Board huma : Baseball / Softball, Rugby, Gozo Gray Hounds, Horse Racing, Football, Athletics, Water Polo, Gymnastics, Dance, Gun Blast Shooting, Martial Arts, Billiard & Snooker.