Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #1093 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Dipartiment ta' l-artijiet — Esproprjazzjoni ta' proprjeta' privata

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga ilment li wasalli mingħand grupp ta' residenti li joqogħdu fi blokk bini li d-dettalji tagħhom u korrispondenza oħra relatata qed jintbagħtu separatament, fejn żviluppaturi privati qed jheddu li jitolbu lill-gvern jesproprja l-proprjeta' privata tagħhom proprju fejn hemm il-ġnien u s-swimming pool biex jgħaddu triq? Il-lands department irċieva xi applikazzjoni f'dan is-sens? Jekk iva, jaħseb il-Ministru li l-gvern għandu jħares l-interessi ta' dawn ir-residenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Artijiet għandu talba mingħand l-Awtorita` tat-Trasport biex jesproprja parti żgħira minn ġnien, li skond l-iskemi tal-Awtorita` tal-Ippjanar jifforma parti minn triq li għad trid tinfetaħ. Dan ser isir a spejjeż tal-iżviluppaturi skond kif jitlob il-Kapitolu 88 tal-Liġijiet ta` Malta.
Leg 10 PQ #762 Sitting 16 2003-06-30 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Xogħlijiet — Paceville

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jinfurmani jekk ix-xogħol li għaddej issa, f'Paceville hux se jkompli fix-xhur tas-sajf?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra Press Release li nħarġet mill-Ministeru għat-Turiżmu dwar ix-xogħol ta' kostruzzjoni f'zoni turistiċi fil-perjodu tas-Sajf. Ninsab infurmat ukoll li għalkemm il-Ministeru mhux involut direttament fil-proġett ta' Paceville, permezz ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu, għamel appell biex ix-xogħlijiet, f'zoni turistiċi, inkluż f'Paceville għandhom jitħaffu peress li dawn huma zoni sensittivi għall-industrija tat-Turiżmu.
Leg 10 PQ #317 Sitting 7 2003-06-09 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jinformani kemm kien hemm impjegati reġistrati fl-MTA fil-31 ta' Marzu, 2003?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-għadd ta' impjegati reġistrati fl-M.T.A. fil-31 ta' Marzu 2003, kien kif ġej: 147 Impegati Lokali 7 Residenti barra minn Malta 38 Istitut għall-Istudji Turistiċi (Staff Akkademiku) Il-Malta Tourism Authority għandha wkoll lista ta' 102 persuni li joffru s-servizz tagħhom meta l-M.T.A. torganizza events, bħall-'In Guardia' u enactments storiċi oħra.

San Ġiljan — Tiswija ta' toroq

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li qed isiru f' B'Kara Road, San Ġiljan, liema xogħlijiet ilhom għaddejjin b'detriment għar-residenti, jista' l-Onor. Ministru ġentilment jgħid meta bejn wieħed u ieħor se jispiċċaw dawn ix-xogħlijiet? Din it-triq se tingħata wiċċ ġdid?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fi Triq San Ġiljan qed isir xogħol fit-tibdil tas-servizzi ta' l-ilma, tibdil f'partijiet mis-sistema tad-dranaġġ, rikostruzzjoni tal-pedamenti kif ukoll il-wiċċ tat-triq. Minħabba d-djuqija tat-triq u l-konġestjoni tas-servizzi li hemm taħt l-istess triq mhux possibli li dawn ix-xogħlijiet isiru fiż-żmien li kien stipulat. Għalhekk ix-xogħol kollu fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellan mistenni jitlesta' sa l-aħħar ta' Lulju.