Malta Football Association — Negozjati ma l-Unjoni Ewropea
Question
Jista' il-Ministru jinfurmani jekk il-Malta Football Association ġietx involuta fit-trattativi waqt in-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea? Jekk fl-affermattiv din l-istess assoċjazzjoni marritx Brussels, u tat l-input tagħha fil-kwistjoni ta' free movement ta' players tal-football?
Response (BORG, JOE)
Il-forum li permezz tiegħu il-Gvern involva l-għaqdiet rappreżentattivi fit-trattativi waqt in-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea kien il-Malta EU Steering and Action Committee. Il-Malta Football Association qatt ma talbet li tifforma parti minn dan il-Kumitat li fih ġew diskussi il-pożizzjonijiet li ttieħdu mill-Gvern Malti fin-negozjati għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, u għal daqstant l-MFA qatt ma saret membru ta' dan il-kumitat.
Jista' il-Ministru jinformani jekk it-tkomplija tal-proġett ta' l-embellishmenti tal-promenade ta' Tas-Sliema, il-parti bejn il-Fortizza ta' Qui-si-Sana se jitkompla?? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Taqsima tax-Xogħlijiet m'għandha l-ebda pjanijiet għas-sit imsemmi mill-Onor. Membru.
Il-proposti ta' żvilupp għal dan is-sit qed tieħu ħsiebhom il-MEPA.
Jista' il-Ministru jinformani jekk il-proġett ta' parking taħt l-art quddiem il-preluna hotel u x'chalet ġiex allokat lil xi ħadd? Jekk fl-affermattiv, lil min u meta se jibda x-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jinfurmani kemm tħallas il-PBS lill-MFA, għal drittijiet ta' TVrights fis-sena? Dawn jitħallsu fix-xahar jew f'daqqa? Dan il-kuntratt għandu terminu fiss, jekk fl-affermattiv, għal kemm snin?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li l-mistoqsija magħmula mill-Onor. Interpellant hija ta' natura kummerċjali għaldaqstant ma nħossx li għandha tiġi ppublikata.
Jista' il-Ministru jinfurmani jekk il-car park fix-xatt tas-Sliema hux se joħroġ bl-offerta u jekk fl-affermattiv meta? Il-car park attendants li hemm fil-post għandhom preferenza? L-offerta se toħroġ mill-Kunsill Lokali jew mill-Gvern?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali Tas-Sliema wera x-xewqa li jkollu 3 postijiet għall-pparkeġġjar tal-vetturi (fosthom dak tax-Xatt) taħt l-iskema u l-proċedura ta` devoluzzjoni. Dawn qegħdin fl-istadji inizjali għalhekk huwa pre-matur sabiex jikkonsidra l-bqija tal-punti tad-domanda.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-MEPA għandhiex quddiemha applikazzjonijiet għal casinos? Jekk fl-affermattiv, kemm u f'liema lokalitajiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) m' għandha l-ebda applikazzjoni pendenti quddiema li fl-iżvilupp propost tagħha tinkludi casino.
Jista' il-Ministru jinformani jekk l-awtorita' tat-turiżmu mill-1 ta' Ottubru 2003 'il hawn impjegatx xi nies ġodda magħha u jekk fl-affermattiv, kemm? Kienhemm xi nies li spiċċaw mix-xogħol mill-Malta tourism authority u dan mill-1 ta' Ottubru 2003 ukoll?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-impjegati ġodda / li spiċċaw mix-xogħol mill Malta Tourism Authority mill 1 ta' Ottubru, 2003 sa' llum huwa kif ġej:
Ħamsa (5) Ġodda
Tnejn (2) Spiċċaw mix-xogħol.
Jista' il-Ministru jinformani jekk mill-1 ta' Mejju nies Maltin li l-vjaġġ tagħhom jibda minn Malta, ikunu jistgħu jagħmlu użu minn airlines li huma low cost jew charters, kemm bl-AirMalta jew b'airlines barranin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fl-ewwel ta' Mejju 2004 Malta taddotta r-Regolamenti ta' l-Unjoni Ewropeja magħrufa bħala it-Third Package. Dan ifisser illi kull airline stabbilita f'pajjiż tal-EU, inkluż allura anke dawk Maltin, jistgħu joperaw minn Malta għal kull ajruport/belt fl-EU bi dritt. Naturalment dan ma jkunx possibli għal kull ajruport minħabba limitazzjonijiet tekniċi u ta' kapaċita' (slots).
Ta' min wieħed jgħid illi l-low cost carriers li prinċipalment ġew stabbiliti fl-Ingilterra, l-Irlanda u l-Germanja anke llum jistgħu joperaw għal Malta taħt l-air service agreements li jeżistu bejn Malta u dawn il-pajjiżi. Wara l-ewwel ta' Mejju dawn it-tip ta' airlines jistgħu jibdew joperaw minn Malta għal kull pajjiż ieħor tal-EU. Jekk dawn il-low cost carriers jibdew jaħdmu f'Malta, il-Maltin jistgħu jagħmlu użu minnhom.
Anke fir-rigward taċ-charter flights, ta' min jgħid illi mill-ewwel ta' Mejju l-Maltin ikunu jistgħu jibdew jixtru seats fuq dawn it-titjiriet.
Tas-Sliema — Kumitat konġunt - ħlas ta' ċitazzjonijiet
Question
Jista' il-Ministru jinformani kemm ħarġu ittri bl-avukat li jitolbu ħlasijiet ta' ċitazzjonijiet għan-nom tal-kumitat konġunt ta' Tas-Sliema?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Kumitat Konġunt ta` Tas-Sliema ħareġ 6,081 ittra bl-avukat li jitolbu ħlasijiet ta` ċitazzjonijiet li ingħataw matul il-perijodu mill-1 ta` Marzu 2000 sal-31 ta` Ottubru 2002 u għadhom ma tħallsux.
Jista’ l-Ministru jinfurmani jekk ix-xogħlijiet ta’ uċuh ġodda fix-xatt ta’ Tas-Siema u fi Triq it-Torri biswit il-pjazzetta, sarux mill-gvern ċentrali? Fil-każ affermattiv kemm swew? Kien hemm sehem mill-kunsill lokali ta’ Tas-Sliema?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li riċentement l-Awtorita' dwar it-Trasport għamlet xogħlijiet ta' tiswija fl-uċuħ ta' parti minn Triq it-Torri u ta' parti minn Triq ix-Xatt li taqa fil-konfini tal-Kunsill Lokali tal-Gzira, biex jitneħħa periklu li kien qed jinħoloq għall-vetturi tat-trasport pubbliku, wara li kienu ġew ikkonsultati ż-żewġ kunsilli kkonċernati.
Dan ix-xogħol ġie jiswa madwar Lm8000.
Jista' il-Ministru jinformani kemm hu l-ammont globali ta' flus li ġie ripatrijat lura għal Malta, jew ġew iddikjarati bl-iskema tal-gvern li għalqet fil-15 ta' Novembru, 2003 u l-ammont ta' penalita' li tħallset?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li naħseb li jkun aħjar li nistennew sakemm tingħalaq l-iskema u jiġu sottomessi r-returns lill-Bank Centrali.
Jista' il-Ministru ġentilment jinfurmani kemm kienet is-seat occupancy factor fit-titjiriet ta' l-Airmalta bejn Jannar u Settembru 2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Bejn Jannar u Settembru 2003 is-seat occupancy factor fit-titjiriet ta' l-Air Malta kienet hekk:
Jannar 59%
Frar 64%
Marzu 75%
April 66%
Mejju 60%
Ġunju 65%
Lulju 69%
Awwissu 75%
Settembru 69%
Jista' il-Ministru jinfurmani kemm-il suġġerimenti ġew mgħoddija mill-Kunsilli Lokali fuq trasport tal-linji, u jekk dawn ġew aċċettati minn tal-linja stess?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta kellha 108 talba differenti mingħand Kunsilli Lokali differenti li jirrigwardaw rotot.
Bħalissa 54 talba jinstabu fi stadju ta' diskussjoni ma' l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku, fejn 12-il talba minnhom jinstabu fi stadju avvanzat, filwaqt li 6 minnhom ġew imwettqa.
Jista' il-Prim Ministru jinfurmani jekk il-Gvern impjegax xi nies li għaddew mill-eżamijiet għal public service clerks? Jekk fl-affermattiv kemm? Jekk fin-negattiv hemmx xi raġuni għal dan?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
It-tweġiba hija fin-negattiv.
L-ingaġġ ta’ skrivani jsir meta jkun il-bżonn skond il-ħtiġijiet tas-Servizz.
Jista' il-Ministru jinfurmani kemm hi l-ispiża totali u komplessiva, f'dawn l-aħħar 12-il xahar, li l-Gvern jrid jaffronta, fuq l-imigranti illegali f'Malta, waqt li dawn joqgħodu hawn sakemm jintbagħtu lura?
Response (BORG, TONIO)
Kif diġa` kelli l-okkażżjoni ngħid fi Tweġibiet preċedenti, ninsab infurmat illi ma jinżammux kontijiet separati tan-nefqa għall-immigranti llegali.
Jista' il-Ministru jinfurmani kemm se jiġi jiswa b'kollox, il-proġett ta' Paceville, u meta se jkun komplut? Jista' jinfurmani jekk ir-residenti humiex infurmati b'dan?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ta' tisbiħ f'Paceville huwa stmat li ser jiswa madwar Miljun Liri Maltin. Il-proġett hu mqassam fi tlett fażijiet u mistenni li jitlesta' sa l-aħħar ta' Ġunju 2004.
F'Marzu li għadda kienet saret laqgħa ta' konsultazzjoni pubblika dwar dan il-proġett u għaliha kienu mistiedna li jattendu r-resitdenti ta' Paceville.
Fil-jiem li ġejjien ser issir laqgħa oħra biex jiġi spjegat il-progress tax-xogħlijiet.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Kunsilli Lokali ta’ Malta u Għawdex humiex obbligati din is-sena li jżommu l-10% tal-fondi mogħtija lilhom?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1092 u cioe' jista' il-Ministru jinvestiga ilment li wasalli mingħand grupp ta' residenti li joqogħdu fi blokk bini li d-dettalji tagħhom u korrispondenza oħra relatata qed jintbagħtu separatament, fejn żviluppaturi privati qed jheddu li jitolbu lill-gvern jesproprja l-proprjeta' privata tagħhom proprju fejn hemm il-ġnien u s-swimming pool biex jgħaddu triq? Il-MEPA irċeviet xi applikazzjoni f'dan is-sens? Jekk iva, meta u fejn waslet din l-applikazzjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent (MEPA) investigat l-ilment ta’ grupp ta’ residenti, li rceviet fil-11 ta’ Ġunju ta’ din is-sena, fejn ġie allegat li l-iżviluppatur iddikjara li l-art li trid tinfetaħ bħala triq kienet art privata tiegħu. Irriżulta mill-informazzjoni ta’ l-applikazzjoni li l-izviluppatur ma’ ddikjarax li din l-art hija tiegħu.
Il-MEPA ma tircievix applikazzjonijiet għal esproprjazzjoni ta’ art. Ta’ min jgħid li saret applikazzjoni, PA 6448/02 li ser tiġi kkunsidrata quddiem il-Kummissjoni għall-Iżvilupp nhar it-Tnejn, 14 ta’ Lulju 2003. Din l-applikazzjoni saret wara li nħareġ il-permess PA 7954/95 u s-surveyors tal- MEPA ħarġu l-linja fuq is-sit u mponew ‘splays,’ u allura l-iżviluppatur kellu jibdel il-pjanti. Ix-xogħol li għaddej issa huwa skond il-pjanti approvati fl-applikazzjoni PA 7954/95.
Mill-informazzjoni li għandha l- MEPA, jirriżulta wkoll li l-iżviluppatur għamel talba formali lill-Kummissarju ta’ l-Art ta’ esproprjazzjoni ta’ art biex tinfetaħ it-triq li ħarġet minn kundizzjoni tal-permess oriġinali. Ta’ min jinnota li din it-triq ilha ‘schemed road’ fis-snin sittin u ġiet kkonfermata fis-Skemi ta’ Żvilupp Temporanji approvati mill-Parlament f’ Ġunju 1989.
Jista' il-Ministru jinvestiga ilment li wasalli mingħand grupp ta' residenti li joqogħdu fi blokk bini li d-dettalji tagħhom u korrispondenza oħra relatata li qed jintbagħtu separatament, fejn żviluppaturi privati qed jheddu li jitolbu lill-gvern jesproprja l-proprjeta' privata tagħhom proprju fejn hemm il-ġnien u s-swimming pool, beix jgħaddu triq?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.