Legislature:
Category:
Reset
Active:

MEPA — Applikazzjonijiet

Question

Jistgħu jsiru xi forma ta' emendi ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar, fejn applikazzjoni li ġiet rifjutata kemm-il darba, l-applikant ma jkunx jista' jerġa' japplika fuq l-istess fond, speċjalment fuq l-istess ġeneru ta' negozju, qabel numru ta' snin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li bħalissa l-Att għall-Ippjanar ta' l-Iżvilupp ma jaħsibx għal proċedura kif issuġġerita mill-Onor. Interpellant. Is-suġġeriment se jiġi meqjus, għalkemm diffiċli wieħed jara kif tista’ tiġi mplementata.

Players li jkunu ġejjin mill-EU

Question

Jista' il-Ministru jinformani jekk dawn ir-restrizzjonijiet imposti mill-Malta football association fuq players li ġejjin mill-EU humiex regolari? Jista' ikun li restrizzjonijiet bħal dawn jitfgħu dell ikrah fuq Malta bħala membru sħiħ fil-EU?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Malta Football Association mhix entita' governattiva u għalhekk il-Gvern mhux mgħarraf b'dawn r-restrizzjonijiet imposti minnha.

Players professjonali li jiġu minn pajjiżi ta' l-UE

Question

Għalkemm l-MFA aċċettat li barranin professjonali ġejjin minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea jistgħu jkollhom il-freedom of movement u dritt għax-xogħol, jista' il-Ministru jgħid jekk dawn jistgħux jirristrinġu xorta numru ta' players fuq il-pitch? Hemm xi forma ta' restrizzjoni li tmur kontra d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-liġi tal-UE tirregola li m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni bejn ċittadini ta' l-UE a'bażi ta' nazzjonalita'. Ma jirriżultaliex li hemm xi restrizzjonijiet bħal dik li qed isemmi l-Onor. Membru. Tlabt li niġi informat b'aktar dettal u f'każ ta' xi tagħrif ieħor nieħu ħsieb ninforma l-Onor. Membru.
Leg 10 PQ #5632 Sitting 130 2004-05-17 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Tour companies — Excursions mingħajr gwida

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5224 u jgħidli kemm-il darba l-enforcement section tal-MTA marret u ċċekkjat dawn l-irregolaritajiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bħal ma jaf l-Onor Interpellant, skond ir-regolamenti ta' l-2002 dwar "Operaturi ta' l-Ivjaġġar u l-Operaturi ta' Ġiti Organizzati" (L.N. 129 ta' l-2002), kull ġita organizzata għanda jkollha s-servizz ta' gwida tat-turisti liċenzat (Artiklu 5(4)) u kull ġita organizzata jkollha itinerarju sħiħ (Artiklu 5 (2)). Il-liċenzja li hemm bżonn għal din l-attivita` hi dik ta' "operatur ta' ġiti organizzati", li tinħareġ mill-Awtorita` tat-Turiżmu. L-Enforcement Directorate ta' l-MTA ħadet passi legali kontra ħames operaturi, li organizzaw ġiti f'mini coaches u mingħajr gwida tat-turisti liċenzat. Id-Directorate jesiġi programm sabiex jiċċekja regolarment dawn l-operaturi.

Awtorita' dwar it-trasport — Reserved parking spaces

Question

Jista' il-Ministru jinformani jekk l-awtorita' dwar it-trasport waħedha tagħtix jew tneħħix reserved parking spaces jew huwiex il-kunsill lokali tal-post li jikteb biex dawn jitneħħew?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Meta l-awtorita' dwar it-trasport ta' Malta tirċievi rakkomandazzjoni minn xi kunsill lokali jew minn individwi rigward xi abbużi tas-servizzi tar-reserved parking, il-bord għar-reserved parking għall-persuni b'diżabilita' jevalwa dawn ir-rakkomandazzjonijiet u tittieħed l-azzjoni meħtieġa.

MFA — Persuni professjonali li jkunu ġejjin minn pajjiżi tal-UE

Question

Għalkemm l-MFA aċċettat li barranin professjonali ġejjin minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea jistgħu jkollhom il-freedom of movement u dritt għax-xogħol, jista' il-Ministru jgħid jekk dawn jistgħux jirristrinġu xorta numru ta' players fuq il-pitch? Hemm xi forma ta' restrizzjoni li tmur kontra d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub qed jiġi verifikat, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Pulizija — Daqq ta' ħornijiet

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jikkonsidra li biex jitnaqqas in-noise pollution ikun hawn lokalitajiet fejn ħornijiet ma jkunux jistgħu jintużaw, anke f’ħinijiet indikati? Barra minn hekk, fejn ċerti ħornijiet jagħmlu wisq ħoss, jista’ jikkonsidra li dawn ikunu kkontrollati b’xi mod?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-użu ta' ħornijiet huwa regolat bir-regolament 96 tar-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur.
Leg 10 PQ #4995 Sitting 114 2004-03-29 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — “XARABANK VISITMALTA”

Question

Jista’ il-Ministru jinformani kemm ħarġet flus il-Malta Tourism Authority għall-inizjattiva tax-“Xarabank visitMalta”? Jista’ jinformani wkoll kemm-il vjaġġ sar sat-23 ta’ Marzu, kemm tellgħu turisti komplessivament fuqhom u liema nazzjonalita’ spikkat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Waħda mir-responsabiltajiet ta' l-Awtorita` Maltija tat-Turiżmu huwa illi tagħmel Malta aktar attraenti bħala destinazzjoni turistika. Is-servizz tal-Visitmalta għandu jagħmel Malta aktar attraenti għal vizitaturi b'żewġ modi; l-ewwel, it-turist jista' jilħaq aktar postijiet ta' interess b'mod iktar faċli. It-tieni, it-turist għandu għażla iktar wiesa ta' mezzi ta' trasport li jista' juza biex iżur postijiet ta' nteress. Fi ftit kliem, iktar għażla tfisser destinazzjoni turistika iktar attraenti. Dan huwa servizz li huwa provdut mill-ATP jiġifieri s-sidien tal-karozzi tal-linja bis-support tal-Awtorita tat-Trasport u tal-Awtorita tat-Turiżmu. Is-support finanzjarju fl-ewwel xhur inqasam b'mod ugwali bejn l-MTA u l-ADT. L-MTA tas-support tekniku f'dak li jirrigwarda marketing, l-ippjanar tas-servizz, training u quality assurance. Bejn brochures u assistenza ohra, l-proġett ġie jiswa lill-MTA madwar Lm14,000. Fl-ewwel erba' xhur (Novembru 2003 - Frar 2004) użaw is-servizz mal-4,500 turist. Immedjatament kif bdew id-diskussjonijiet fuq dan is-servizz, l-MTA għamlitha ċara li ma kellha l-edba ħsieb illi tissussidja dan is-servizz fit-tul. L-intenzjoni kienet u għadha li s-servizz jkompli jiġi operat mill-ATP b'mod li jkun finanzjarament vijabbli. L-ADT ħadet l-istess pożiżżjoni. Għalhekk l-infiq li ser tagħmel l-MTA fuq dan is-servizz fix-xhur li ġejjin huwa ftit li xejn. Dan ifisser illi għall-investiment li l-MTA għamlet fix-xhur tal-bidu, qed jiġi stabilitt servizz illi tul medda ta' snin għandu jagħmel Malta aktar attraenti bħala destinazzjoni turistika. Huwa stmat illi matul l-2004 dan is-servizz ser jintuża minn bejn 35,000 u 40,000 turist.
Leg 10 PQ #4782 Sitting 110 2004-03-15 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Awtorita' Maltija tat-turiżmu

Question

Ladarba qegħdin f'Marzu, jista' il-Ministru jinformani x'inhuma l-miri tal-Malta tourism authority għas-sena 2004, ċifri ta' turisti li se jiġu fis-sena 2004 u dan minn kull suq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Miri ta' l-MTA huma li l-industrija tat-turiżmu f'Malta tirkupra minn nuqqasijçt f'volumi ta' turisti li kçnu ġew reġistrati f'dawn l-aħħar tlett snin. Dan it-tnaqqis fil-volum għandu jkun evalwat fil-kuntest ta' żçdçt fl-infçq mit-turisti kif kçn iddikjarat mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika. Fuq bażi ta' informazzjoni miġbura minn operaturi ta' linji ta' l-ajru, tour operators u sorsi oħra fis-settur, il-projections għas-sena 2004 huma kif ġej: Renju Unit 467,000 Ġermanja 127,000 Italja 100,000 Franza 76,000 Olanda 40,000 Belġju 23,000 Awstrija 28,000 Svizzera 22,000 Pajjiżi Skandinavi 43,000 Spanja 12,000 Oħrajn 199,000 Total 1,137,000 Wieħed għandu jħares lejn dawn iċ-ċifri fl-isfond ta' suq li sejjer iħalli ħafna għall-aħħar biex jiddeċçdi, u anke fid-dawl ta' impatti bħal-dawk li seħħew fi Spanja il-ġimgħa l-oħra jistgħu ikollhom fuq vjaġġi lejn destinazzjonjçt Ewropej.

Bus shelters ġodda

Question

Jista' il-Ministru jinfurmani kemm-il bus shelter ġdid sar, lokalita' b'lokalita' f' dawn l-aħħar 12- il xahar f' tas-Sliema, San Ġiljan, Swieqi u Pembroke? Kemm hemm previsti li jsiru f' din is-sena, u kemm-il talba hemm mill-Kunsilli ta' dawn il-lokalitajiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Madliena — Triq il-Prekursur - Bozoz

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-korporazzjoni Enemalta biex jitwaħħlu d-dwal fi Triq il-Prekursur, fil-Madliena fejn diġax' jeżistu arbli tad-dawl u t-triq tinsab fid-dlam?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li t-twaħħil ta' lampi ġodda hija r-responsabilita' tal-Kunsill Lokali, issa li dan ix-xogħol ġie devolut lill-istess Kunsill.

Swieqi — Triq il-Ġiżimin

Question

Jista' il-Ministru, permezz tad-dipartiment tat-toroq, jara li jingħata t-tarmac fi Triq il-Ġiżimin, fis-Swieqi speċjalment fejn hemm xi toqob?

Response (GALEA, ĊENSU)

jien infurmat li fil-preżent hemm ftehim bejn l-Awtorita' dwar it-Trasport u l-Kunsill Lokali tas-Swieqi sabiex tkun tista ssir it-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant.

Pembroke — Tibdil ta' rotta

Question

Jista' il-Ministru jinformani għaliex talba mill-kunsill lokali ta' Pembroke fuq tibdil ta' rotta ġewwa Pembroke ma ġietx milqugħa? Jista' jgħid x'inhuma r-raġunijiet ta' din id-deċiżjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-talba li għamel il-Kunsill Lokali ta' Pembroke ġiet fil-parti l-kbira milqugħa u llum ir-rotta qegħda tgħaddi b'tali mod li taqdi bl-aħjar mod lill-passiġġieri.

Pembroke — Istallazzjoni ta' dawl ġdid

Question

Jista' il-Ministru jinformani jekk huwiex veru li l-korporazzjoni Enemalta mhix se tagħmel istallazzjonijiet ġodda ta' dawl f'Pembroke, f'zoni li huma mudlama ħdejn kumplessi sportivi u f'zoni residenzjali? Jista' jgħid jekk huwiex veru li ħafna mid-dawl f'Pembroke għadu ta' żmien l-Ingliżi u għalhekk il-kunsill ma jistax jistalla dawl ġdid hu?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li r-responsabilta' ta' twaħħil ta' lampi ġodda issa saret parti mir-responsabiltajiet tal-Kunsill Lokali bħala parti mill-proċess tad-Devoluzzjoni. Mhux minnu li ħafna mid-dwal tat-toroq għadhom ta' żmien ia-servizzi Ingliżi. Tibdil ta' bozoz jista' jsir mill-Kunsill Lokali b'koordinazzjoni ma' l-Enemalta.

Pembroke — Proġett tas-slipway

Question

Jista' il-Ministru jinformani jekk il-proġett tas-slipway ta' Pembroke ġiex approvat? Jekk fl-affermattiv, meta, kemm se tiġi tiswa flus, meta huwa previst li x-xogħol jibda u jekk il-gvern ċentrali hux se jħallas kollox?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ġie approvat fid-9 ta' Diċembru 2003, iżda l-permess għadu ma nħariġ uffiċjalment mill-MEPA. Ix-xogħol jiġi stmat u jinbeda hekk kif joħroġ il-permess relevanti.

Tas-Sliema — Passaġġ ta' bankina ħdejn l-NSTS

Question

Jista' il-Ministru jinformani jekk il-passaġġ ta' bankina, ħdejn l-NSTS, biswit il-proġett ta' Tigne' u li tagħti għax-xatt u l-baħar, tistax tibqa' miftuħa għal Maltin li jridu jinżlu sal-baħar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni u l-Construction Management Plan li ġew approvati mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) s’ issa, u li jirrelataw mal- facilita’ ta’ l-NSTS ġew approvati bl-assigurazzjoni li l-NSTS jibqa’ aċċessibbli għall-pedestrians.
Leg 10 PQ #4621 Sitting 106 2004-03-01 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Tas-Sliema — Ħlasijiet għal boundary walls

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga ilmenti li deħlin fuq talbiet ta' ħlasijiet mill-kunsill lokali ta Tas-sliema lil sidien għal boundary walls fuq siti ta' żvilupp u fuq ħwienet, meta mid-dehra hemm byelaw li tgħid li materjal fuq il-bankini jkun immultat Lm1 kull metru kuljum?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Regolament 7 ta` l-Avviż Legali Nru 119 ta` l-2002 (Regolamenti dwar Attivitajiet li jeħtieġu permess mill-Kunsill Lokali) jirregola "d-depositu ta` materjal tal-bini jew materjal ieħor jew xi oġġetti f`xi triq" billi jinħareġ permess mingħand il-Kunsill Lokali tal-lokalita` fejn ikun ser isir id-depożitu tal-materjal tal-bini li għalih jintalab dritt (fee). Għalkemm jista` jkun utli li wieħed jistudja dan il-punt aktar fil-fond, pero` jrid jingħad li ma kienx il-ħsieb tal-leġislatur li boundary wall jiġi nkluż fit-tifsira tal-kliem "depositu ta` materjal tal-bini jew materjal ieħor jew xi oġġetti f`xi triq".

Tas-Sliema — Triq Mrabat

Question

Jista' il-Ministru jinformani meta Triq Mrabat f'Tas-Sliema se tkun kompluta mix-xogħlijiet li għaddejja bħalissa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni biex isiru x-xogħolijiet tkopri l-perjodu bejn il-15 ta' Jannar u l-5 ta' Marzu, iżda x-xogħol qed isir mill-Kunsill Lokali, li kif jaf sew l-Onor. Interpellant hu entita kompletament indipendenti mill-gvern ċentrali.
Leg 10 PQ #4623 Sitting 106 2004-03-01 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Persuni li għaddew mill-eżami ta' principal

Question

Jista' il-Prim Ministru jinformani jekk il-gvern impjegax nies li għaddew mill-eżami għal principal? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid jekk il-gvern għandux intenzjoni jimpjega fil-ġejjieni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li għadu ma ġie reklutat l-ebda kandidat minn dawk li għaddew mill-eżami ta’ “Principal” fis-Settur Pubbliku, liema riżultat ġie ppublikat fit-22 ta’ Diċembru, 2003. L-ingaġġ ta’ “Principals” isir skond il-ħtiġijiet tas-Servizz.